Wara l-ewwel term tas-sena skolastika, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li telqu mill-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk indipendenti separatament li kienu bdew l-iskola iżda telqu għax għalqu s-16-il sena? Kemm kienu subien u kemm bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Għalqu s-16-il sena
Skejjel Spiċċaw il-kors Ma spiċċawx il-
Skolastiku kors Skolastiku
Subien Bniet Subien Bniet
Stat 8 13 3 4
Knisja 3 1 0 0
Indipendenti 1 0 0 0
Totali 12 14 3 4
Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — Segretarju
Question
Jista' il-Ministru jgħid min ġie magħżul bħala Segretarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla? Kemm kienu l-persuni li applikaw għal dan il-post? Minn min kien kompost il-bord ta' l-għażla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess ta' l-għazla ġie ffinalizzat u s-Sur Jacques Sciberras ġie maħtur bħala CEO tas-segretarjat. Informat ukoll li 13-il persuna applikaw.
Il-Bord ta' l-għazla kien kompost minn:
Joseph F.X. Zahra - NCHE Chairman
Alex Manche' - NCHE Deputy Chairman
Micheline Sciberras - NCHE Commissioner
Frances Albani - MPO representative
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali tal-mobile phones matul is-sena 2006 kienet :-
- Ministeru/Dipartiment Lm 12,465.06
- Awtorita' dwar it-Trasport Lm 27,731.00
Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbgħatux mis-suppliers ikkonċernati.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali matul l-2006 għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru ta' l-Affarijiet barranin, inkluż ta' l-Ambaxxati u Missjonijiet Barranin, tammonta għal Lm 26,127.81
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin inklużi l-Ambaxxati u l-Konsulenti ta' Karriera kollha matul l-2006 tammonta għal Lm 67,926.90. Minnhom Lm 34,161.39 kienu tal-Head Office.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża globali ta' safar li saret matul l-2006 kienet :-
Ministeru/Dipartiment Lm 15,534.36 (Lm 3,898.13 reimbursed)
Awtorita' dwar it-Trasport Lm 28,233.00
L-ispiża ma tinkludix xi reimbursements ta' safar li sar fl-2006 mill-Ministeru u d-Dipartiment li għad iridu jaslu.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Itnerpellant li matul l-2006 n-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kienet tammonta għal Lm 428,480.14. Minn din is-somma, it-total ta' Lm 49,005.76 inġabru lura f'rimborsi mill-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-fuel matul is-sena 2006 kienet tammonta għal :-
Ministeru/Dipartiment Lm 8,208.45
Awtorita' dwar it-Trasport Lm 36,935.00
Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbgħatux mis-suppliers ikkonċernati.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-aħħar xahar sarux xi bidliet/aġġustamenti fl-istatistika dwar it-turiżmu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika? X'bidliet saru? Għaliex saru dawn il-bidliet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk is-servizz ta' Security mal-polikliniċi ngħatax lill-privat? Jista' jgħid kemm qiegħed jiswa lid-dipartiment dan is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi mhux minnu li s-servizz ta' Security fiċ-Ċentri tas-Saħħa ngħata lill-privat. Minħabba ċertu inflessibilta' fil-prattiċi tax-xogħol minn naħa tal-HSOs li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa, sar arranġament temporanju ma' kumpanija li toffri dan is-servizz sabiex Security privat ikun jista' jidħol u jaqdi l-bżonnijiet tal-pubbliku meta jkun hemm assenza ta' HSO tad-dipartiment. Dan qed isir sabiex ikun jista jkompli jingħata servizz lill-ispiżeriji tal-Gvern minħabba li fuq direttiva tal-Unions dan is-servizz jieqaf fl-assenza ta' HSO. Dan is-servizz qed jiswa Lm1.77 is-siegħa + VAT.
Jista' d-Dipartiment tax-Xogħol jieħu l-passi meħtieġa biex l-impjegati tal-President Hotel jitħallsu l-pagi dovuti li ilhom għal dawn l-aħħar xahrejn, tlieta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kaz imsemmi mill-Onor. Membru qed jiġi investigat u l-passi neċessarji qegħdin jittieħdu biex l-obbligi ta’min iħaddem jiġu osservati.
Jista' l-Ministru jgħid mnejn hi ppjanata li tgħaddi t-triq fil-Limbordin, limiti ta' San Pawl il-Baħar, u x'impatt se tħalli fuq ir-raba' saqwi ta' l-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta tat-triq proposta bħala alternattiva għat-telgħa tax-Xemxija. Din il-proposta tikkonsisti fil-bini ta’ triq b’tul ta’ mina ta’ 500m u bini ta’ pont li ser jagħqdu il-By Pass ta’ San Pawl mat-Telgħa ta’ Selmun.
L-impatt ambjentali preliminari ta’ din il-proposta għadu mhux konkluż.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar tliet xhur tas-sena 2006 kemm kien hemm każi ta' food poisoning f'ikel ippreparat fil-kċina ta' l-isptar San Luqa? Jista' jgħid jekk fl-istess żmien kienx hemm drabi fejn kien qed isir xogħol ta' żebgħa fil-kċina ta' l-isptar waqt il-preparazzjoni ta' l-ikel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hawn outbreak wieħed ta' Noro Virus f'Novembru 2006 li bih ġew milquta 45 persuna li kienu fl-Isptar San Luqa.
Fl-aħħar tliet xhur tas-sena 2006 saru diversi xogħlijiet ta' żebgħa fl-Isptar San Luqa. Wieħed minn dawn ix-xolgħlijiet kien fil-kċina ta' l-Isptar. Dan ix-xogħol ta' żebgħa kien isir kuljum wara l-erbgħa ta' wara nofsinhar u jibqa' sejjer sa tard filgħaxija, jiġifieri wara li x-xogħol ta' preparazzjoni u tqassim ta' l-ikel fit-trollies ikun intemm.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn m'għadhomx isiru trips kollha mit-trasport pubbliku li kienu jsiru mill-irħula prinċipali għall-Imġarr fil-5.30 a.m.?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninfurmak illi t-trips kollha li jsiru mill-irħula prinċipali għall-Imġarr fil-5.30am kienu ġew ridotti għal nhar ta' Tnejn biss u dan peress li ma kienx qed ikun hemm użu ta' dawn s-servizzi b'mod regolari u għalhekk wara pressjoni mill-Gozo Bus Owners Association dawn ġew sospiżi.
Nixtieq ninfurmak ukoll illi fil-futur qarib ser jibdew taħdidiet bejn l-ADT u l-Gozo Bus Owners Association rigward titjieb fl-għoti tas-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus lill-iskejjel tal-Knisja għas-snin 2005 u 2006 separatament? Kemm kienet is-somma vvotata fil-budget għal kul sena u jekk kienx hemm xi varjazzjoni? Jekk fl-affermattiv, ta' kemm kienet f'kull każ? Jista' jgħid ukoll meta tħallsu u kemm kien il-ħlas f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress it-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż li numru ta' studenti li qed jattendu l-MCAST mhux qed jieħdu l-istipendju minħabba li qed jingħad li kienu f'xi istituzzjoni post-sekondarja oħra qabel ma daħlu l-MCAST? Kemm huwa n-numru ta' studenti full-time li qed jattendu l-MCAST u mhux qed jieħdu l-istipendju?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għad-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra in konnessjoni mat-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 22909.
Jista' l-Ministru ġentilment jinformana jekk sarux spezzjonijiet fl-aħħar ċirklu li kien hawn Malta fi żmien il-festi biex jiġi aċċertat li l-annimali kienu qed jinżammu f'kondizzjonijiet tajbin u aċċettabbli u li l-liġijiet ta' pajjiżna favur l-animal welfare ġew osservati? Jekk iva, minn min saru dawn l-ispezzjonijiet? Meta saru? X'kien l-eżitu ta' dawn l-ispezzjonijiet? Jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsijiet tiegħi waħda waħda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Iċ-ċirku ‘Bellucci’ li hawn il-Furjana kien spezzjonat għall-għarrieda minn uffiċjali tat-Taqsima ta’ l-Attività Veterinarja u s-Sajd, fis-26 ta’ Dicembru 2006, biex jaraw li l-Att għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali kien qiegħed ikun osservat.
L-ispetturi identifikaw li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ dawn l-annimali kienu mħarsa adekwatament.