Legislature:
Category:
Reset
Active:

Industrija tal-manifattura

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 22343 dwar dħul medju tal-ħaddiema fl-industrija tal-manifattura, fejn qalli li d-data li tlabtu ma teżistix. Jista' il-Prim Ministru jagħtini l-informazzjoni għas-settur tal-manifattura in ġenerali għal Malta u Għawdex rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 22343, u inżid ngħid illi informazzjoni dwar dħul medju tal-ħaddiema fl-industrija tal-manifattura in ġenerali ma tinġabarx għal Malta u Għawdex separatament imma għall-pajjiż kollu f’daqqa.

Għawdex — EU - Proġetti

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru għad-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla fejn hu semma x'inhuma l-proġetti li se jsiru f'Għawdex fl-2007 u li se jkunu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Peress li fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari l-Ministru għal Għawdex qalet li d-dokumenti ta' programazzjoni għas-snin 2007-2013 għadhom ma ġewx finalizzati u għalhekk il-proċess ta' l-għażla skond il-proċedura stabilita għadu ma bediex, jista' l-Prim Ministru jgħidli liema hi l-verżjoni korretta minn dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet, waħda tiegħu u l-oħra tal-Ministru għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti għal Għawdex msemmija minni fid-diskors tal-baġit jinkludu proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-baġit nazzjonali. Għalkemm is-sejħa uffiċjali għall-proġetti għadha ma saritx, Malta qed tipprepara numru ta’ proġetti, dak li hu magħruf bħala l-project pipe-line, kif inhuma mħeġġa li jagħmlu l-Istati Membri mill-Kummissjoni Ewropea, biex kemm jista’ jkun ma jkunx hemm dewmien fl-implementazzjoni. Infakkar ukoll li llum Malta għandha l-istrateġija u l-prioritajiet (dak imsejjaħ NSRF) maqbul mill-Kummissjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #22847 Sitting 483 2007-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Spiża ta' fuels

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2006 n-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru tammonta għal Lm 30,668.71 fi fuel għal karozzi li minnhom Lm 8,300.95 huma tal-Head Office u Lm 17,254.50 intefqu fi fuels għas-sistemi ta' heating ta' l-ambaxxati u residenzi uffiċjali barra minn Malta.

Żvilupp Urban u Toroq — Telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa għall-użu tas-servizzi tat-telephones għas-sena 2006 kienet :- Ministeru/Dipartiment Lm 12,361.37 Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 67,091.00 Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbgħatux mis- suppliers kkonċernati.
Leg 10 PQ #22849 Sitting 483 2007-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Servizzi tat-telephones

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali matul l-2006 għall-użu tas-servizzi tat-telephone fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħi tammonta għal Lm 101,558.06 li minnhom Lm 41,128.65 huma tal-Head Office u l-bilanċ huwa ta' Ambaxxati u Konsolati ta' karriera ta' Malta li jinsabu barra minn Malta u l-Forum Malta fl-Ewropa.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra meta tkun lesta.
Leg 10 PQ #22851 Sitting 483 2007-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u d-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet ta' Lm 76,257.29.
Leg 10 PQ #22852 Sitting 483 2007-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u d-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet ta' Lm 37,264.53. Dan l-ammont ma jkoprix is-sena kollha peress li hemm xi kontijiet li għadhom ma ġewx fornuti għall-ħlas.

Skola Sir Luigi Preziosi — Studenta

Question

Tista' l-istudentessa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fl-iskola Sir Luigi Preziosi tingħata l-għajnuna meħtieġa biex ma tibqax taqa' lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenta konċernata dehret quddiem il-Board f'Ottubru ta' l-2002 meta l-istudenta kienet għada fl-iskola Primarja. Dak iż-żmien ma ġiex rakkomandat li l-istudenta tingħata s-servizz ta' facilitator għax kienet fi klassi ta' 17-il student. Informat ukoll li l-Statementing Board ma ngħatax evidenza għaliex l-istudenta għandha tingħata facilitator. Ir-riżultati li ġew ippreżentati meta il-każ ġie rivedut, kienu juru li l-istudenta kienet average barra f'suġġett wieħed. Tlabt li l-każ jerġa' jiġi evalwat.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Każ dwar fond

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-dipartiment ta' l-artijiet jibda l-proċeduri meħtieġa biex il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu 15-il xahar vojt ikun jista' jinkiseb għal skopijiet ta' kummerċ? X'qed iżomm li jibdew dawn il-proċeduri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċeduri biex il-fond imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jerġa' jinkera mill-ġdid kważi tlestew. Id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' qed jikkunsidra l-possibilita' illi spazju mhux użat quddiem l-istess ħanut u li kien oriġinarjament maħsub bħala passaġġ jiġi nkorporat fis-sejħa għall-offerti biex jifforma parti mill-kirja l-ġdida.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, matul l-2006, ma ngħataw ebda donazzjonijiet lill-għaqdiet jew clubs sportivi jew kulturali mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Malta Shipyards — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni barranin li għandhom top posts fil-Malta Shipyards? X'inhu s-salarju u l-benefiċċji l-oħra li għandhom? Jista' jgħid x'esperjenza għandhom u xi kwalifiki fis-CV tagħhom? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ngħatat ittra lill-ħaddiema tat-Tarzna dwar possibbilta' ta' xogħol b'shift mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m. u mis-7.00 p.m. sas-7.00 a.m.?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawk l-Uffiċjali Pubbliċi li għandhom il-grad ta’ Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali u Direttur, kif ukoll l-Avukat Ġenerali, id-Deputat Avukat Ġenerali u l-Kap tat-Taqsima fl-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali huma intitolati għall-użu ta’ karozza. Matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm għaxar Uffiċjali li meta irtiraw mis-Servizz Pubbliku kienu jokkupaw xi wieħed mill-gradi imsemmija u tlieta minnhom għażlu li jixtru l-vettura li kienu qed jużaw sakemm irtiraw mis-Servizz. It-tlitt vetturi kienu tnejn tat-tip Hyundai Lantra , waħda irreġisrata fl-1994 u l-oħra fl-1998 u l-oħra kienet tat-tip Citroen Xsara reġistrata fl-1999.

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħaddiema li huma ntitolati għal karozza huma dawk l-uffiċjali fi skala wieħed sa erbgħa u dawk li jidħlu f'kuntratt mal-Gvern li jiprovdi wkoll karozza. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #22978 Sitting 483 2007-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar l-ħaddiema tal-Gvern li huma ntitolati għal karozza hi kif ġej: Grad Tip ta' Karozza Sena ta' Reġistrazzjoni Segreatrju Permanenti Toyota Corolla 2003 Direttur Ġenerali (Politika) Citroen C4 2006 Direttur Ġenerali (Affarijiet Ekonomiċi u Ewropej) Citroen C4 2006 Direttur Servizzi Korporattivi Citroen Xsara 2002 Direttur Kwistjonijiet Globali - - Direttur Affarijiet Ewropej - - Direttur Affarijiet Ġenerali u Kummerċ Internazzjonali Peugeot 206 2004 Direttur Relazzjonijiet Esterni u Affarijiet tal-Mediterran - - Direttur Protokoll u Servizzi Konsolari Ford Focus 2001 Kap, Forum Malta fl-Ewropa Citroen Xsara 2003 Kull meta uffiċċjal jispiċċa jiritorna l-karozza sakemm ma jieħux xi karriga oħra li tintitolha l-istess uffiċċjal għal vettura.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onorevoli Interpellant hu riferut għal “Guidelines on the Employment of Staff for Ministers’ Secretariat” kif approvati.

Żvilupp Urban u Toroq — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Onorevoli Interpellant hu riferut għal 'Guidelines on the Employment of Staff for Ministers' Secretariat' kif approvati.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm għandu impjegati l-ministeru ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant hu riferut għall-‛Guidelines on the Employment of Staff for Ministers’ Secretariat’ kif approvati.

Kulleġġ San Benedittu — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara li jiżdied facilitator fil-kulleġġ San Benedittu, peress li hemm facilitator wieħed għal erbat itfal u meta jkun marid dan il-facilitator, dawn jispiċċaw bla facilitator? Tista' tittieħed azzjoni? Tista' l-familja ta' wieħed minn dawn it-tfal li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi nformata direttament?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kwestjoni imqanqla mill-Onor. Membru qed tiġi trattata.