Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet ta' Lm 39,946.55.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa globali għas-safar matul is-sena 2006 kienet ta' Lm75,130.81c. Minn din is-somma, Lm20,886.90c għandhom jinġabru lura minn istituzzjonijiet li provdew sponsorships.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-2006 kienet ta' Lm 111, 743.08.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li d-Diretturi, Diretturi Ġenerali u Segretarji Permanenti li huma bil-kuntratt, huma intitolati għal karozza.
Matul l-aħħar ħames snin spiċċaw żewġ uffiċjali li kienu Segretarju Permanenti u Direttur Servizzi Korporattivi. Dawn għażlu li jixtru l-karozza skond iċ-Cirkulari tal-Ministeru tal-Finanzi MFC 15/97. Il-karozzi kienu Toyota Carina, sena tar-Reġistrazzjoni 1998 u Renault Megane, sena tar-Reġistrazzjoni 2000.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-ħaddiema taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza huma dawk li għandhom Grad 4 jew ogħla, jiġifieri minn Direttur 'il fuq.
F'dawn l-aħħar ħames snin irtiraw tnejn b'dawn il-Gradi u it-tnejn li huma xtraw il-karozza meta rtiraw għax hekk huma intitolati.
Dawn il-karozzi kienu:
Uffiċjal (Grad)
Tip ta' Karozza
Sena ta' Reġistrazzjoni
Segretaju Permanenti
Mazda 626
2000
Direttur
Mazda 323
1999
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi lmenti lill-pulizija dwar dawk li attendew parties ta' lejliet l-Ewwel tas-Sena minħabba l-kaos u konfużjoni speċjalment dwar sigurta' eċċ.? Jekk iva, x'kienu l-ilmenti u għal liema avveniment kienu qed jirriferu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, sa fejn huwa magħruf, l-uniku lment kien minn nies li attendew l-attivita' li saret ġewwa l-Birgu, fis-sens illi damu ħafna barra fil-kju u li damu ħafna biex daħlu ġewwa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22675 u jgħid kemm hemm staff akkademiku u staff ieħor fl-universita' li llum għandhom aktar minn 60 sena? Kemm għandhom aktar minn 65 sena? F'liema fakulta' qed jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 23031.
Jista' il-Ministru jgħid minn meta bdiet din is-sena skolastika (2006/07) kien hemm xi kapijiet, assistenti kapijiet jew għalliema li tkeċċew milll-impjieg jew ġew imġiegħla jirriżenjaw? Jekk iva, għaliex?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22676 u jgħid jekk hemmx professuri fl-universita' li minbarra s-salarju għandhom allowances oħra? Jista' jgħid min huma u x'allowances għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Universita' ta' Malta hemm professuri li għandhom allowances oħra barra s-salarju. Din l-allowance hi marbuta ma' kariga/i li jokkupaw fl-Universita'. L-allowances huma marbuta ma' dawn il-karigi li ġejjin:
President of Council
Pro-Rector
Dean
Deputy Dean
Head of Department
Chairperson/Director of Institutes or Centres
Rector's Delegate
Course Co-Ordinator
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-figura globali ta' studenti barranin li attendew xi waħda mill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin fl-2006? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u mhux mistennija tkun magħrufa qabel numru ta' ġimgħat oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il visa nħarġet mindu daħlet il-visa miftuħa għal dawk li jkunu qed jistudjaw f'pajjiżna? Jista' jelenka n-numru ta' studenti minn kull pajjiż li ngħataw visa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istatistika mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti semmax leħnu kontra l-piena tal-mewt għat-tabib Palestinjan u n-nurses Bulgari fil-Libja li qed jiġu akkużati li nfettaw tfal bil-viru ta' l-AIDS?
Billi hemm dubju dwar il-proċess ġudizzjarju fejn hu mgħaruf li t-tabib u n-nurses ġew torturati billi fost oħrajn dendluhom minn mas-saqaf u qalgħulhom idejhom minn spallejhom u billi hemm indikazzjonijiet ċari li wara kollox dan it-tabib u dawn in-nurses huma innoċenti, jaħsibx il-gvern li għandu jsemma leħnu kif għamlu diversi pajjiżi u istituzzjonijiet internazzjonali biex jappella kontra l-piena tal-mewt lil dawn il-professjonisti u jappella għall-inkjesta serja biex toħroġ il-verita'?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Malta għamlet diversi rappreżentazzjonijiet bilaterali dwar dan il-każ u pparteċipat fid-dibattitu intern Ewropew li wassal għal ħruġ ta' konklużżjonijiet tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin Ewropej dwar dan il-każ illum stess.
Il-pożizzjoni ta' Malta kontra l-piena tal-mewt fi kwalunkwe każ hi magħrufa.
Jista' l-Ministru jispjega fuq liema kriterju saret id-deċiżjoni li dawk il-boats li huma 'il fuq minn 24 metri tal-ħadid ġew kostretti li jibdlu s-sistema li għandhom preżenti ta' life rafts li tiswa eluf ta' liri f'investiment meta boats li jġorru t-turisti ta' l-istess qisien imma huma magħmulin mhux tal-ħadid ma ġewx ordnati li jagħmlu li-istess? Ma jaħsibx il-Ministru li f'każ li din id-deċiżjoni tibqa' nonostante l-fatt li hemm stramberija jekk mhux inġustizzja dwar il-kriterju li s-sidien li ħafna minnhom huma żgħar, għandhom jingħataw xi forma ta' għajnuna biex jagħmlu tajjeb għal dan it-tibdil immedjat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-bastimenti kummerċjali li jbaħħru fil-portijiet u ibħra territorjali huma regolati skond ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali tal-2002 u skond il-Kodiċi ta’ Prattika għas-Sigurta` ta’ Bastimenti Kummerċjali li jifforma parti integrali minn dawn ir-regolamenti. Dawn ir-regolamenti ġew fis-seħħ bis-saħħa ta’ Avviż Legali Nru 284 tal-2002. Il-Kodiċi msemmi kien jagħti avviż li partijiet minnu kellhom jiġu fis-seħħ b’mod gradwali
Bis-saħħa ta’ Avviż Legali 327 tal-2004 Council Directive 98/18/EC tas-17 ta’ Marzu 1998 dwar Regoli u Standards ta’ Sigurta` għall-Bastimenti tal-Passiġġieri inġiebet fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004.
Fost provedimenti oħra, Artiklu 6 Paragrafu 3(f) tad-Direttiva msemmija jistabbilixxi li bastimenti tal-passiġġieri tal-ħadid jew materjal ekwivalenti u li huma ‘il fuq minn 24 metru kellu jkollhom abbord life rafts. Dawn it-tip ta’ bastimenti kellhom jimplimentaw dawn il-provedimenti kif ġej:
I) Bastimenti li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 1940: sal-1 ta’ Lulju 2006;
II) Bastimenti li nbnew fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 1940 iżda qabel il-31 ta’ Diċembru 1962: sal-1 ta’ Lulju 2007;
III) Bastimenti li nbnew fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 1963, iżda qabel il-31 ta’ Diċcembru 1974: sal-1 ta Lulju 2008;
IV) Bastimenti li nbnew fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 1975 iżda qabel il-31 ta’ Dicembru 1984: sal-1 ta’ Lulju tal-2009;
Bastimenti li nbnew fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 1985 iżda qabel id-data li tidher f’Artikolu 14(1): sal-1 ta’ Lulju 20
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju tpoġġew il-bring-in sites dwar riċiklaġġ ta' l-iskart fi Triq il-Poeta, Mosta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun jaf li l-għażla tas-siti għall-Bring-In Sites hija f’idejn il-kunsilli lokali rispettivi. Sadanittant jien infurmat li fi Triq il-Poeta ma tqiegħdu l-ebda bring-in sites, u dan minħabba l-ilmenti tar-residenti li tressqu quddiem il-Kunsill Lokali. Però is-sit għandu l-permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex tkun tista’ titpoġġa bring-in site. Dan għaliex is-sit huwa konformi ma’ l-Avviż Legali 152 ta’ l-2004.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk l-Interior Design jiġix mgħallem fl-MCAST? Jekk iva, bħala kors għalih jew inkorporat ma' suġġetti oħrajn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Interior Design huwa speċjalizzazzjoni li jifforma parti mit-Three Dimensional Design. Hemm zewġ study-modules ta' sittin siegħa l-wieħed li huma direttament marbutin ma' l-istudju u l-proġettazzjoni ta' l-interni, jiġifieri Exhibition and Retail Design (Unit 26) u Interior Design (Unit 27).
Il-units l-oħra tad-3D Design huma kollha validi għall-ispeċjalizzazzjoni ta' l-Interior Design, per ezempju, Furniture Design, Computer Applications in Art and Design, Commercial Model Making eċċ.