Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti kull sena bejn l-2000 u din is-sena akkużati bi traffikar ta' droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 2000 u 2006, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 757 persuna fuq akkużi relatati ma' traffikar ta' droga, kif jidher hawn taħt:
2000127
2001110
2002107
200361
2004143
200593
2006116
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fishfarms joperaw f'pajjiżna? Xi kwalita' ta' ħut ikabbru? Kemm hi kalkulata l-produzzjoni kull sena? Kemm, bejn wieħed u ieħor, qed iħallu flus f'pajjiżna dawn il-fishfarms?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-2006 kien hemm dawn il-kumpaniji joperaw:
-
Fish and Fish Company Ltd
li kellha tliet tipi ta' ħut, li kienu l-awrat, l-ispnott u t-tonn.
-
Malta Fish Farming Ltd
kellha l-istess tipi ta' ħut kif ukoll l-aċċol fuq bażi ta' riċerka flimkien mal-Fergħa tas-Sajd u ta' l-Akwakultura.
-
P2M Company Ltd
għandha wkoll tliet tipi - l-awrat, l-ispnott u l-gurbell (
meagre
).
-
AJD Ltd
għandha t-tonn waqt li l-
AJD 2
m'għandha xejn.
-
Mare Blu
kellha t-tonn waqt li
Ta' Mattew
ma kellu xejn.
Il-produzzjoni kull sena hija kif tidher fir-rapporti annwali tal-Fergħa tas-Sajd u ta’ l-Akwakultura. Fis-sena 2005 kien stmat li kien hemm produzzjoni ta' 772 tunnellata ta' awrat u ta' spnott. Il-produzzjoni ta' l-awrat kienet ta' 567 tunnellata li minnhom ġew esportati 529 tunnellata, waqt li dik ta’ l-ispnott kienet ta' 205 tunnellata li minnhom 174 tunnellata ġew esportati. Il-produzzjoni totali għall-esportazzjoni u għall-bejgħ lokali kienet stmata li tlaħħaq il-Lm1.9 miljun. Il-produzzjoni tal-griebel għadha limitata ħafna waqt li l-produzzjoni tat-tonn fl-2006 kienet ta' 5,421,669 kili, li huma stmati li jiswew 54,216,690 ewro jew Lm23.28 miljuni.
Ħafna minn dawn il-
farms
joħolqu impjieg u kummerċ sostanzjali. L-ammont eżatt li huma jħallu fl-ekonomija Maltija mhux magħruf b’mod preċiż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ammontat l-għajnuna li ngħatat lill-bdiewa, raħħala u produtturi tal-majjali u lis-sajjieda kull sena mill-2004 sal-lum? Għal liema skop ngħatat din l-għajnuna u kemm minnha ġiet mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Detention Centre — Rapport dwar il-kondizzjonijiet tas-suldati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mir-rapport ta' Dr Charles Cass tas-sena l-oħra dwar il-kondizzjonijiet tas-suldati li jaħdmu fid-detention centre ma' l-immigranti rregolari? Jista' jgħid x'passi ttieħdu fuq dan ir-rapport anke bħala prekawzjoni għal vantaġġ saħħet is-suldati li jaħdmu f'dak iċ-ċentru ta' detenzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat li l-Armata, flimkien ma’ l-Amministrazzjoni taċ-Ċentri tad-Detenzjoni ħadet nota tar-rakkomandazzjonijiet li għamel Dr Charles Cassar. Abbażi ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, qegħdin isiru arranġamenti ma’ Organizzazzjoni mhux Governattiva lokali li toffri servizzi ta’ sapport lill-impjegati li huma suġġetti għal stress fuq ix-xogħol tagħhom sabiex fil-futur qrib, suldati impjegati f’dawn iċ-ċentri jiġu offruti servizzi relatati mas-saħħa mentali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ammont ħallas il-gvern għal esproprjazzjoni ta' art kull sena mill-2000 'l hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont li ħallas il-Gvern għal esproprijazzjoni ta' art għas-sena 2006 kien ta' Lm2,746,773.00.
Dwar il-ħlas għas-snin mill-2000 sa l-2005, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19205.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm, matul din is-sena, persuni nqabdu jsuqu vettura mingħajr polza ta' assigurazzjoni? Kemm persuni tressqu l-Qorti akkużati b'sewqan mingħajr polza ta' assigurazzjoni? Kemm persuni nstabu ħatja ta' sewqan mingħajr polza ta' assigurazzjoni? X'pieni weħlu, anke b'mod globali f'multi, u/jew ħabs, dawk misjuba ħatja ta' sewqan bla polza ta' assigurazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istatistika disponibbli s'issa, hija dik għas-sena l-oħra, fejn kien hemm 167 persuna li tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli nqabdu jsuqu vettura mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assigurazzjoni. Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra, kien hemm ukoll 143 persuna li kellhom il-każ tagħhom deċiż quddiem il-Qorti u nstabu ħatja li ma kienux koperti b'polza ta' assigurazzjoni waqt li kienu qed jagħmlu użu minn xi vettura. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, jien infurmat li ma tinżammx statistika bil-mod kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, pero' l-pieni mogħtija kienu jinkludu, multa, sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan u sentenza ta' ħabs sospiża.
Billi qed jingħad li uffiċjal tal-MITTS ġie sospiż in konnessjoni ma' allegat leakage in konnessjoni ma' l-aġġudikazzjoni ta' l-IT ta' l-isptar il-ġdid, jista' l-Ministru jgħid jekk dan kienx jaħdem ukoll fis-segretarjat ta' l-MITI?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 22954 u jgħid: Minħabba l-inkonvenjent ikkawżat għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fil-Għargħur, il-gvern għandu ħsieb li jirrivedi d-deċiżjoni li tillimita l-aċċess għat-triq għar-residenti, għall-bdiewa lokali kif ukoll għall-impjegati tal-kamra tan-nar billi teknikament kull karozza li tidħol biex tipprovdi servizz għandha r-riskju li taqla' ċitazzjoni? Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rrappurtat fil-media lokali li d-deċiżjoni ġiet mehuda fuq livell ta' Kabinett?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22922, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm postijiet vakanti fil-Malta Diplomatic Service?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-numru ta' postijiet vakanti bħalissa qed jiġi rivedut in vista tan-numru ta' uffiċċjali li jħallu il-Ministeru sabiex isibu mpjieg f'postijiet oħra partikolarment f'istituzzjonijiet Eworpej.
Minħabba li l-cart ruts li hemm ġewwa San Ġwann huma meqjusa bħala attrazzjoni turistika, jista' isir fencing aħjar ta' l-inħawi minħabba li l-post qed jiġi nvażat bil-klieb u qtates?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Cart Ruts ta' San Ġwann jaqgħu taħt ir-responsabbilta' diretta tal-Kunsill Lokali b'devoluzzjoni li ġiet iffirmata fil-21 ta' Frar tas-sena 2000. Infurmat ukoll li ftit snin ilu kien hemm proġett ippjanat mill-istess kunsill biex jinbidel il-fencing tad-dawra tal-Cart Ruts u għalhekk jirristrinġi l-aċċess li wieħed ikollu dirett fuq il-Cart Ruts. Il-Ministeru kien qiegħed f'diskussjoni biex jgħin f'dan il-proġett.
Il-Kunsill waqaf dal-proġett minħabba li hemm numru ta' djar li fetħu bieb li jinfed fil-Cart Ruts. Ma nara l-ebda diffikulta' niddiskutu xi forma ta' għajnuna jekk il-kunsill jinsab interessat jerġa jipproċedi b'dan il-proġett.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ma narax li hija prudenza li nsemmi l-ismijiet fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li sar mill-Perit Robert Musumeci xi snin ilu, fi żmien meta l-Onor. Francis Zammit Dimech kien Ministru ta' l-Infrastruttura, dwar il-qagħda tal-widien f'Ħal Qormi? Jista' jgħid kemm ġie kkonsultat dan ir-rapport? Liema rakkmandazzjonijiet ġew mogħtija attenzjoni u sussegwentement ittieħdet azzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li setgħat tinġabar mill-files tad-Dipartiment ma jirriżultax li kien hemm xi rapport formali. Li jirriżulta huwa li l-Perit Musumeci kien għamel laqgħat mall-Kunsill Lokali ta` Ħal Qormi. Minn dawn il-laqghat ħarġu numru ta` proposti u inizjattivi biex isir tindif fil-widien u water courses li jgħaddu minn Ħal Qormi kif ukoll proposti għat-titjib in konnessjoni ma` flood relief f’dawn l-istess inħawi.
Fil-fatt l-imsemmi Perit kien involut biex jitħejjew pjanti għal dawn il-proposti u saru applikazzjonijiet lill-MEPA għall-permessi meħtieġa.
Il-parti l-kbira ta` dawn il-proposti twettqu
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi ) matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li tagħti l-informazzjoni mitluba dwar l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll Tabella B bl-informazzjoni dwar il-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' tat-trasport tistax tikkontempla li jkun hemm servizz ta' trasport pubbliku, bħalma kien hemm żmien ilu, bil-karozza numru 5 li titlaq minn Raħal Ġdid jew anke minn Ħal Tarxien li tgħaddi minn Raħal Ġdid għal Belt, Valletta, peress li hemm ħafna residenti Pawlisti u Tarxienisti li għandhom distanzi twal għall-eqreb bus stop issa li kemm Raħal Raħal Ġdid kif ukoll Ħal Tarxien kibru sew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li għalkemm din ir-rotta kif spjegat fid-domanda mill-Onorevoli Interpellant kienet teżisti snin ilu, hemm diversi problemi biex din ir-rotta terġa tiġi ntrodotta fosthom li jrid jitneħħa l-parkeġġ fuq naħa waħda minn Triq is-Sorijiet u Triq Ġuże Damato biex tkun tista' tgħaddi ix-xarabank tal-linja.
Jista' il-Ministru, fid-dawl tal-mistoqsija tiegħi lilu f'Jannar 2006 biex isir l-asfaltar ta' Triq Ħal Resqun fil-Gudja b'mod urġenti minħabba l-istat pessimu tagħha (u li ilha hekk għal dawn l-aħħar 34 sena) u r-risposta tiegħu datata 16 ta' Jannar 2006 (PQ nru. 211) fejn talabni ngħaddilu d-dettalji dwar liema parti tat-triq kont qed nirriferi, u peress li ovvjament kont qed nirriferi għal dik il-parti tat-triq li għadha mhux asfaltata, u peress li jien stess mort f'dawn il-ġranet biex nara b'għajnejja t-tbatijiet tar-residenti wara x-xita li għamlet, jara li dik il-parti ta' Triq Ħal Resqun fil-Gudja li qatt ma ġiet asfaltata tiġi asfaltata mill-aktar fis għax hemm periklu serju kemm għan-nies u kemm għall-proprjeta' tagħhom minħabba t-tajn miġmugħ li jtir fuq il-faċċati tar-residenzi kull meta jgħaddu l-karozzi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn spezzjoni li saret fit-triq imsemmija jirriżulta li ma jeżistix periklu lir-residenti ta' din it-triq. Jeżisti inkonvenjent bħal kif jeżisti f'kull triq li tkun għadha ma ġietx asfaltata.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi għas-sena 2006 kienet :-
- Ministeru/Segretarjat Lm 10,851.47
- Awtorita' dwar it-Trasport Lm 52,346.00
Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbgħatux mis-suppliers konċernati.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi matul l-2006 n-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm 228,970.31.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jiġifieri Department of Elderly and Community Care, Medicines Authority, Mount Carmel Hospital, Division and Private Secretariats, Zammit Clapp Hospital fis-sena 2006 kienet ta' Lm7,025.92c.