Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Zammit Clapp — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bħalissa ta' l-Isptar Zammit Clapp li qed jagħmlu xogħol part-time wkoll ma' l-istess sptar fejn diġa' jaħdmu full time? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar Zammit Clapp bħalissa m'hemmx ħaddiema li qed jagħmlu xogħol part time ukoll mal-istess sptar fejn diġa' jaħdmu full time. L-Isptar ttermina din il-pratika fl-2006 minħabba problemi interni ta' konflit fl-allokazzjoni tal-impjegati fid-dipartimenti kkonċernati.

ADT — Double line

Question

Jista' l-Ministru jara li l-awtorita' dwar it-trasport tagħmel double line fit-triq li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li t-trakkijiet li jgħaddu qed jagħmlu ħsara lill-proprjeta' privata, b'mod partikolari l-gallarija ta' din il-persuna? Qed nibgħat ritratti ta' din il-proprjeta'.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li uffiċjali tat-Traffic Management Unit għamlu spezzjoni fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant u l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ingħata struzzjonijiet sabiex isir yellow line fit-triq faċċata ta’ tali proprjeta’.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23013 u jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sptar Zammit Clapp — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22759, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każi fejn it-tmexxija ta' l-isptar Zammit Clapp żgwidat impjegati tagħha dwar x'rata ta' taxxa kellhom iħallsu fuq l-impjieg part-time tagħhom fl-istess sptar u x'se tagħmel it-tmexxija ta' l-isptar biex tirrimedja għal dan in-nuqqas li kkaġuna ħafna tbatija lill-impjegat milqut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar Zammit Clapp ma kienx hemm każi fejn it-tmexxija tal-Isptar Zammit Clapp ta parir żgwidat lill-impjegati tagħha dwar x' rata ta' taxxa li kellhom iħallsu fuq l-impjieg part-time tagħhom fl-istess sptar. L-Isptar jitlob lill-impjegati kollha biex jinfurmaw l-Isptar bir-rata ta' taxxa, maħruġa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li għandha tiġi applikata.
Leg 10 PQ #23105 Sitting 485 2007-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-aħħar seba' snin mis-sena 2000 'il hawn x'lukandi għalqu fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba? F'kull każ kemm kellhom sodod? Ta' liema kategorija? Fl-istess medda ta' żmien, liema lukandi nfetħu fl-istess żona, b'kemm sodod u ta' liema kategorija? Għaż-żmien li ġej, hemm xi applikazzjonijiet għall-bini ta' lukandi ġodda jew estensjonijiet? Kemm sodod u liema kategoriji?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif jidher hawn taht: Lukandi f’San Pawl, Buġibba u Qawra Lukandi li għalqu Lukandi li fetħu Sena Isem Klassi Sodod Sena Isem Klassi Sodod 2000 Hyperion 3 344 2001 Villa Mare 2 24 2001 Coralia San Antonio 4 624 Euro club 2 280 Blue Lagoon 2 54 2002 Cartwheel 3 160 2002 Bellavista 4 299 Springfields 3 80 Cycas 3 84 Gallina 3 294 2003 Island International 4 186 2003 Sunflower 3 216 Limelight 3 162 White Dolphin 3 108 Pandora 2 60 Cyrstal 2 75 2004 Breakpoint 3 50 San Mark 4 150 Concorde 3 154 2005 Mistra Village 4 564 2006 Cape Inch 3 54 Applikazzjonijiet fil-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar Isem Klassi Sodod Club Salina Wharf 4 72 Brandon Hostel 45 Beachline Guesthouse 26

NSO — Statistika dwar it-turiżmu

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22912 u jgħid matul l-aħħar xahar sarux xi bidliet/aġġustamenti fl-istatistika dwar it-turiżmu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika? X'bidliet saru? Għaliex saru dawn il-bidliet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22912.

Benefiċċji Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kondizzjonijiet irid jissodisfa l-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jerġa' jiġi ntitolat għall-benefiċċji soċjali peress li bħalissa m'hu jingħata xejn b'detriment għalih u għall-familja tiegħu li qed ikollha tiddependi mill-karita' biex tgħix?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Leg 10 PQ #23116 Sitting 485 2007-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Operaturi Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 'l hawn kemm kien hemm operaturi li jħallsu xi liċenzja lill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u waqfu joperaw? F'liema qasam kienu joperaw? Fl-istess żmien, liema operaturi ġodda turistiċi bdew joperaw? F'liema qasam?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant hija kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #23126 Sitting 485 2007-01-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Maltin ġo ħabsijiet barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni Maltin ġo ħabsijiet barranin illum? Fejn qegħdin u ta' xiex weħlu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- Mistoqsija Parlamentari numru 20689.

Sigurta' Soċjali — Relief

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu fuq ir-relief is-sena l-oħra u għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #23129 Sitting 485 2007-01-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra s-sena l-oħra ġo portijiet Maltin? Ta' liema nazzjonalita' kienu u x'tip kienu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23129 mill-Onorevoli Adrian Vassallo dwar vapuri tal-gwerra ninforma li kien hemm 43 viżita ta' vapuri militari fl-2006, li kienu imqassmin hekk: Rejnu Unit (5), Franza (3), Germanja (14), Kanada (1), Stati Uniti (3), Polonja (1), Portugal (1), Greċja (3), Italja (3), Turkija (1), Spanja (3), Svezja (2), Danimarka (2), Marokk (1)

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru attakki fiżiċi jew verbali fuq għalliema s-sena l-oħra? X'tip kienu? Kemm minnhom kienu studenti, ġenituri u/jew oħrajn?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 22645 fuq l-istess suġġett.

Pulizija — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija fuq ix-xogħol is-sena l-oħra u kif?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, kien hemm 122 membri tal-Korp tal-Pulizija li weġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Minn dawn 31 kien waqt li ġew aggrediti, filwaqt li l-oħrajn weġgħu aċċidentalment.

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti globalment matul l-2005 u l-2006, minn fejn ġew u kemm qattgħu medja ta' iljieli ras għal ras kull wieħed minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi fl-2005, ġew 1,170,610 turisti f’Malta, żieda ta’ 1.3% meta ikkomparata mas-sena 2004. Il-maġġoranza ta’ turisti li ġew Malta fl-2005 huma Ingliżi (41.2%), Ġermaniżi (11.8%),Taljani (7.9%) u Franciżi (7.1%). Skond l-aħħar statistika li ħarget, minn Jannar sa Novembru 2006 ġew Malta 1,077,749 turisti. Din iċ- ċifra turi tnaqqis ta’ turisti ta’ 4.6% meta mqabbla ma’ l-istess perjodu tas- sena l-oħra. F’dan l-istess perjodu, l-aktar turisti li ġew huma mill- Ingliterra (38.1%), Ġermanja (11.1%), l-Italja (9.9%) u Franza (6.6%). Medja ta’iljieli ras għal ras għal dawn il-pajjizi : 2005 - Medja ta’iljieli 2006 (Jannar sa Novembru) Medja ta’iljieli Ingilterra 9.9 9.8 Germanja 8.9 9.3 Italja 7.7 7.8 Franza 8.2 8.5 TOTAL 9.5 9.5

Dipartiment tal-liċenzjiu testijiet — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema mpjegati mad-dipartiment tal-liċenzji u testijiet fi ħdan l-awtorita' dwar it-trasport matul l-2003, l-2004, l-2005 u l-2006? Jista' jgħid jekk hemmx xi pjan li ma jiddaħlux ħaddiema ġodda fil-mument? F'każ affermattiv, jista' jgħid għaliex mhux jiddaħlu ħaddiema ġodda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ ħaddiema mpjegati mad-dipartiment tal-liċenzji u testijiet fi ħdan l-Awtorita’ tat-Trasport huwa kif hawn taħt imniżżel: · 2003 - 68 · 2004 - 83 · 2005 - 71 · 2006 - 66 L-Awtorita’ qed tagħmel eżerċizzju sabiex teżamina l-bżonnijiet ta’ riżorsi umani sabiex tilħaq l-għan tagħha b’mod effettiv u effiċjenti. Sabiex jiddaħħlu ħaddiema ġodda ma’ l-Awtorita’ ikun meħtieġ approvazzjoni mill-uffiċju tal-Prim Ministru.

Suldati/pulizija/membri tal-protezzjoni ċivili

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi r-rata ta' ħlas extra li: a) suldat, b) pulizija u c) membru tas-civil protection jitħallsu separatament nhar ta' Ħadd jew festi pubbliċi/nazzjonali? Jista', f'każ li dawn ir-rati mhumiex indaqs, jgħid għaliex u jaqbilx li dawk li għandhom rata inferjuri għandhom ikollhom l-istess rata ta' dawk superjuri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jinsabu bejn grad 10 u grad 16 jitħallsu b’rata doppja għal kull siegħa maħduma nhar ta’ Ħadd. Ma hemmx rata ta’ ħlas addizzjonali għal xogħol li jsir f’festi pubbliċi jew Nazzjonali. Rigward it-tieni mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant ninforma li bħalissa għaddej proċess ta’ ristrutturar fil-pagi tal-membri tal-Forzi Armati.

Skejjel — Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien introdott is-servizz ta' facilitators fl-iskejjel ta' l-Istat u f'dawk privati u tal-knisja separatament? Min qed iħallas għall-ispiża ta' dan is-servizz? Kemm kienet l-ispiża totali kull sena għal dawn il-facilitators mindu beda jingħata dan is-servizz sa l-aħħar tas-sena 2006? Kemm hu n-numru ta' facilitators fl-iskejjel ta' l-Istat u f'dawk privati u tal-knisja separatament u kemm hemm tfal li għandhom facilitator magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-servizz ta' facilitator fl-iskejjel ta' l-Istat ġie introdott uffiċjalment fl-1995. Bħalissa hemm 1076 Learning Support Assistants impjegati mad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u li jitħallsu mid-Divizjoni. Dawk il-facilitators li jgħallmu fl-iskejjel tal-Knisja jitħallsu wkoll mill-Istat. Il-facilitators li jgħallmu fl-iskejjel Indipendenti jitħallsu mill-ġenituri. Dawn huma mqassma hekk. Learning Support Assistants Jannar 2007 Facilitators 293 K.A. (Sp. Educ) 59 K.A. 37 P.T. (Sp. Educ) 3 S.K.A. (Sp. Educ) 684 TOTAL 1076 Informat ukoll li hemm 1475 student fl-iskejjel ta' l-Istat li għandhom l-għajnuna ta' Learning Support Assistant. Rigward in-numru ta' facilitators fi skejjel tal-Knisja u Indipendenti, tweġiba ingħatat diġa f'Mistoqsija Parlamentari numru 22821.