Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura u tad-diparimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali tas-safar li sar matul is-sena 2006 mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, id-Dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu kienet ta’ Lm 58,262.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'għadhomx isiru trips mit-trasport pubbliku dirett mill-Imġarr għall-irħula prinċipali wara nofsinhar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninfurmak illi t-trips li kienu jsiru wara nofsinhar mill-Imġarr għall-irħula m'għadhomx isiru peress li ma kienux jiġu wżati mill-Pubbliku u għalhekk wara rakomandazzjoni mill-Gozo Bus Owners Association dawn ġew sospiżi.
Nixtieq ninfurmak illi fil-futur qarib ser jibdew taħdidiet bejn l-ADT u l-Gozo Bus Owners Association rigward titjieb fl-għoti tas-servizz pubbliku.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-aħħar xahar sarux xi bidliet/aġġustamenti fl-istatistika dwar it-turiżmu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika? X'bidliet saru? Għaliex saru dawn il-bidliet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’Diċembru 2006, l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika, ma għamel l-ebda tibdil la mill-aspett ta’ metodoloġija u lanqas bħala reviżjoni ta’ ċifri pubblikati dwar it-turisti li jżuru Malta.
Ċifri fin-News Release 288/2006 tas-27 ta’ Diċembru 2006 dwar turisti li vvjaġġaw lejn Malta bil-baħar għall-perjodu Jannar sa Novembru 2005, ma kienux jaqblu ma’ dawk pubblikati oriġinarjament għax ġew minflok murija ċifri għall-istess perijodu ta’ l-2004. Dan l-iżball ġie korrett minnufih. B’hekk, ma kienx hemm reviżjoni ta’ dawn iċ-ċifri.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġgħu jibdew isiru t-trips b'mod regolari mit-trasport pubbliku mir-Rabat għal San Lawrenz, Għarb u Għasri, liema trips ġew imnaqqsa minħabba x-xogħlijiet fit-Triq ta' Pinu li issa nfetħet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-trips li jsiru mit-trasport pubbliku mir-Rabat għal San Lawrenz/Għarb/Għasri/Żebbuġ fis-7.15am/8.30am/10.30am u 11.30am għadhom isiru regolari u t-trips tad-9.30am u tal-5.30pm m'humiex qed isiru preżentament minħabba x-xogħol li għaddej fuq it-triq li tieħu mir-Rabat għal San Lawrenz.
Ninfurmak li hekk kif ix-xogħol fuq it-triq mir-Rabat għal San Lawrrenz ikun finalizzat t-trips tad-9.30 u tal-5.30 jerġa lura għan-normal kif kien qabel.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent l-uffiċjali fil-gradi msemmijin hawn taħt huma ntitolati għal karozza:
- Segretarju Permanenti
- Diretturi Ġenerali
- Diretturi
F’dan l-aħħar ħames snin (mill-2002 sa l-2006) spiċċaw seba’ uffiċjali fil-gradi msemmija. Minnhom sitta xtraw il-karozza mingħand il-Gvern meta spiċċaw mis-Servizz Pubbliku minħabba li laħqu l-età ta’ l-irtirar kif stipulat fil-proċedura tas-servizz pubbliku.
Dettalji dwar is-sitt vetturi mixtrija minn dawn l-uffiċjali huma kif ġej:
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt :-
Ħaddiema (bil-grad) taċ-ċivil li preżentament huma ntitolati għal karozza
Uffiċċjal (Grad)
Għamla tal-Karozza
Sena ta’ Reġistrazzjoni
Segretarju Privat tal-Ministru
Chevrolette Lacetti
2006
Kap tas-Segretarjat
Peugeot 307
2006
Segretarju Permanenti
Peugeot 307
2005
Direttur (
EU Affairs
)
Renault Megane
2006
Direttur (
Support Services and Financial Management
)
Ford Focus
2000
Kap,
Projects Development and Co-Ordination Unit
Renault Megane
2006
Kien hemm tlett uffiċjali li kienu ntitolati għal karozza u li spiċċaw mill-kariga wara li ġie mwaqqaf il-Ministeru tiegħi. Tnejn minn dawn l-uffiċjali ġew trasferiti għall-Ministeru ieħor u l-użu tal-karozza waqaf mad-data tat-trasferiment. L-uffiċjal l-ieħor irtira biż-żmien u l-karozza li kienet propjeta’ tal-Gvern nxtrat mill-uffiċjal.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaż-Żabbar — Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa - masġar
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-masġar li jinsab fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa jappartjenix lill-Lands Dept. u jekk ma saritx xi talba għal xi devoluzzjoni lill-Kunsill ta' Ħaż-Żabbar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-masġar li jinsab fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa, Żabbar huwa amministrat mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, wara li d-diversi kirjiet li kien hemm f'dan is-sit ġew terminati żmien ilu peress li kien hemm il-ħsieb li jsir żvilupp ta' Park Reġjonali f'dawk l-inħawi. Il-Kunsill Lokali Żabbar kien wera interess f'dan il-proġett fejn fil-fatt kien kiseb ukoll permess mill-MEPA fl-1998. Madanakollu, t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern m'għandha l-ebda talba uffiċjali skond kif titlob il-policy dwar Devoluzzjoni Lokali, biex dan il-masġar jiġi devolut lill-Kunsill Lokali Żabbar.
Snin ilu d-dipartiment tax-xogħlijiet ħareġ tender biex jinbena l-boundary wall biex idawwar il-masġar li jinsab fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa, f'Ħaż-Żabbar, jista' il-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur li għamel ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u x'kienet l-ispiża? Jista' jgħid jekk ix-xogħol inkluż fit-tender ġiex komplut kollu? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol waqaf ħesrem u min hu responsabbli sabiex it-tkissir tal-bankina fl-istess post tiġi rranġata?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru Koncernat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna mpjegata maċ-ċivil tistax tieħu unpaid long leave għal xi raġuni jew oħra? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma dawn ir-raġunijiet? Jista' xi ħadd jieħu unpaid long leave biex imur jistudja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Public Service Management Code.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22816 u jgħid fl-ewwel term tas-sena skolastika kemm kien hemm assenteiżmu fl-iskejjel tal-knisja u f'dawk indipendenti separatament? Ittieħdu passi bil-qorti kontra xi ġenituri?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-ewwel term skolastiku 2006-2007 kienu saru 4 rapporti u 2 każi minnhom ittieħdu passi bil-qorti. Dawn iż-żewġ każi kienu it-tnejn fi skejjel tal-Knisja.
It-tagħrif mitlub dwar l-assentieiżmu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dwar Diċembru għadu qed jinġabar.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22815 u jgħid fl-ewwel term tas-sena skolastika kemm kien l-assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-istat imqassma fi skejjel primarji u sekondarji? Jista' jgħid ukoll kontra kemm-il ġenitur ittieħdu passi bil-Qorti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-ewwel term skolastiku 2006-2007 kienu ittieħdu 137 każ il-qorti minn skejjel Primarji u 733 minn skejjel Sekondarji. L-ammont ta' assenteiżmu għall-perjodu mitlub qed jiġi kompilat.
Tista' l-Ministru tinvestiga ftit il-każ ta' pensjoni ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separtament, minħabba li jidher li l-pensjoni tagħha hija baxxa u għaldaqstant għandu jiġi ċċekkjat jekk mhux qed jieħu tajjeb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Min qed jagħmel ix-xogħol u kemm ġej jiswa u x'xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għal offerti f'kull każ? Meta huwa maħsub li l-pixxina terġa' tiftaħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol fil-Pixxina Nazzjonali għaddej għalkemm ix-xogħol fuq il-kolonni għadu ma bediex.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' min qed jagħmel ix-xogħol, ix-xogħol li qiegħed jagħmel kemm ġie jiswa, u n-numru ta' sejħa għall-offerti f'kull kaz. Il-Pixxina ser tiftaħ fil-5 ta' Frar 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus minn Jannar tas-sena 2005 sa l-14 ta' Jannar 2007 mill-kunsill Malti għall-isport għall-billboards? X'kien l-iskop ta' dawn il-billboards?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-iSport nefaq is-somma ta' Lm890.90 f'billboards minn Jannar tas-sena 2005 sa' l-14 ta' Jannar 2007. Dawn il-billboards saru biex jippromwovu il-programmi li jiġu organizzati mill-Kunsill Malti għall-iSport, fosthom SkolaSport u Summer on the Move.
Jista' l-Ministru jara li jsir parking għall-ħaddiema ta' Wied Inċita, f'Ħ'Attard peress li dan qed ikun ta' problema għalihom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett indikat minnu ma jaqax taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq iżda taħt il-Ministeru ta’ l-Agrikultura.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tara jekk pensjonant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li qed jieħu pensjoni ta' Lm38.00 fil-ġimgħa hijiex pensjoni maħduma sewwa u hux jieħu kemm huwa intitolat? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.