Sptar Mater Dei — Impjant ta' Dekontaminazzjoni ta' Skart Kliniku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-evalwazzjoni finali għall-istallazzjoni ta' l-impjant ta' dekontaminazzjoni ta' skart kliniku għall-isptar Mater Dei? Jista' jgħid xi progress sar f'dan ir-rigward biex dan l-impjant jitlesta saż-żmien li fih għandu jiftaħ l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Sta. Luċija — Triq il-Klematis - bozoz ta' l-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid għala hemm tlett bozoz ta' l-elettriku fi Triq il-Klematis, Sta. Luċija li ilhom mitfija xhur sħaħ u li jagħti struzzjonijiet sabiex dawn jinxtegħlu mill-iktar fis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tlett bozoz imsemmija twaħħlu mill-Kunsill Lokali mingħajr l-approvazzjoni jew permess meħtieġ mill-Enemalta. Il-kunsill Lokali ntalab jikkonsulta ma' l-Enemalta dwar il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern għal proprjeta' esproprijata kull sena mill-2000 'l hawn u kemm hu kalkulat li għad irid iħallas?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23195.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-book value tal-proprjeta' li għad trid titħallas jammonta għal Lm23,399,371.179. Dan l-ammont mhux l-ammont reali li għad irid jitħallas billi dan l-ammont irid jiżdied bl-imgħax dovut lis-sidien li jiddependi fuq il-valur tal-proprjeta', kif ukoll b'żieda li jista' jkun hemm fil-valur tal-proprjeta' f'każi fejn ikun hemm il-ħtieġa ta' valutazzjoni ġdida. Barra minn dan, jista' jkun hemm żieda fl-ammont li jkun irid jitħallas b'riżultat ta' Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet kemm il-darba, l-ammont offert jiġi kkontestat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti ġew imsiefra kull sena mill-2003 'l hawn u x'kienet in-nefqa? F'liema pajjiż intbagħtu u għal liema tip ta' kura? Jista' jgħid x'kienu l-etajiet ta' dawn il-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trapjanti fl-isptar San Luqa fl-2005 u s-sena li għaddiet u fiex kienu jikkonsistu? Kemm hu kkalkulat li hi l-ispiża għal kull waħda minn dawn it-trapjanti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru matul is-sena li għaddiet testijiet tan-nifs fuq sewwieqa mill-pulizija u kemm-il persuna ttellgħet il-Qorti akkużata li kellha xorb aktar mil-limitu? Kemm min dawk ittestjati sarilhom it-test wara li kienu nvoluti f'xi inċident? X'inhi eżattament l-proċedura li l-pulizija ssegwi meta twaqqaf sewwieq u teħodlu t-test tan-nifs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, kien hemm 133 sewwieq/a, 127 minnhom involuti f'inċidenti tat-traffiku, li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dawn kollha, 88 kellhom riżultat pożittiv, filwaqt li 39 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut. F'kull każ qed jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti skond il-liġi. Il-proċedura segwita mill-membri tal-Korp tal-Pulizija fit-tehid ta' kampjun tan-nifs hija dik stabbilita fl-artikoli 15A sa 15F tar-Regolamenti tat-Traffiku (Kap. 65).
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru li ċ-ċifri fuq indikati huma ta' testijiet li kienu posittivi. Fil-fatt kien hemm ħafna testijiet oħra li rriżultaw negattivi, u m'humiex inklużi fl-istatistika.
Jista' l-Ministru jgħid:
(1) min għamel il-kuntratt għan-naħa tat-tarzna fuq il-fairmount ships?
(1a) Jista' jgħid min għamel dan il-kuntratt għadux it-tarzna?
(1b) Jista' jgħid kemm hu l-estimated profit fuq dan il-proġett tal-fairmount ships?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li xi rappreżentanti tal-kunsilli lokali żaru ċ-Ċina f'Settembru, 2006? Jista' jgħid liema kienu l-kunsilli lokali? Jista' jgħid x'kien l-iskop taż-żjara? Kemm kienet in-nefqa totali għal din iż-żjara?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni li għandi, il-Kunsilli Lokali li marru fuq żjara fiċ-Ċina f'Settembru 2006, kienu dawn:
Il-Kunsilli Lokali ta' Sta Lucia, Paola u Tarxien żaru ċ-Ċina fuq stedina li saritilhom biex jattendu għall-laqgħa tas-Sindki li kellha ssir f'Suzhou. Waqt li kienu hemm, ir-rappreżentanti ta' dawn il-Kunsilli żaru diversi day centres. Dan bi ħsieb li fil-proġett li l-Kunsill Lokali Santa Luċija għandu għal bini ta' Ċentru Ċiviku jinkludi Day Centre li jkun miftuħ għall-anzjani ta' dawn il-lokalitajiet.
Il-Kunsill Lokali Marsaskala żar iċ-Ċina bl-iskop li jitlob fondi biex fil-pjazzetta ta' Triq is-Sibbien, Marsaskala jinbena Ġnien Ċiniż, kif ukoll biex jinxtraw fanali dekorattivi għax-xatt ta' Triq is-Salini.
L-ammonti li kull Kunsill nefaq kienu hekk:
Marsaskala: Lm853.00
Paola: Lm608.19
Tarxien: Lm618.01
Sta Lucia: Lm1,433.41
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Telephone
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephone fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Riżorsi u Infrastruttura — Servizzi tat-telephones
Question
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-ministeru u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 kienet ta’ Lm174,381.52ċ. L-ispiża relatata mas-Segretarjat tal-Ministru tammonta ghal Lm4,730.56ċ
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid min hu ntitolat għal sussidju fuq il-kont tad-dawl? Xi trid tagħmel persuna biex tapplika għal dan is-sussidju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kategoriji ta’ persuni li mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena jistgħu jikkwalifikaw għall-Energy Benefit kif imħabbar fid-diskors tal-budget għal din is-sena huma:
1. persuni li jkunu qed jirċievu Għajnuna mhux kontributorja għall-Qgħad, Għajnuna Soċjali, Pensjoni ta’ l-Eta’ jew Benefiċċju għall-Disimpieg Speċjali, mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, jikkwalifikaw awtomatikament għal dan il-benefiċċju;
2. persuni li jkunu qed jirċievu pensjoni kontributorja għall-irtirar, għar-romol jew l-invalidita’, mħallsa taħt l-istess Att, jistgħu jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju kemm il-darba jissodisfaw test tal-mezzi;
3. familji jistgħu ukoll jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju fuq bazi umanitarja kemm-il darba jkun hemm xi membru fil-familja li jkun ibati minn marda jew kundizzjoni ċertifikata fejn ikun meħtieġ konsum eċċessiv ta’ dawl u ilma, u d-dħul kollu tal-familja ma jkunx jeċċedi Lm13,270 fis-sena.
Id-dettalji dwar il-proċedura biex persuna tapplika għall-Energy Benefit ser jiġu mħabbra aktar tard permezz ta’ avviż għall-istampa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar u lokal b'lokal fuq l-ewwel u t-tieni parti matul is-sena 2006?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi żviluppi fuq il-proġett tal-Baċir Nru. 1?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-taħdidiet fuq dan il-proġett għadhom għaddejjin. Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, il-konsorzju Romegas issottometta applikazzjoni għall-iżvilupp outline skond il-parametri tad-development brief.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux sodisfatt bil-livell ta' xogħol li sar fuq iċ-ċangaturi tal-granit li saru fix-xatt tal-Birgu? Jista' jgħid x'se jiġri minn numru ta' ċangaturi tal-granit li diġa' huma mkissrin? Min hu responsabbli ta' dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħsara li qed jirreferi għalija fil-mistoqsija tiegħu ġiet kkawżata minħabba li vetturi u trakkijiet ta’ piż b’nuqqas ta’ responsabilta telgħu fuq din iċ-ċangaturi tal-granit. Minħabba f’hekk qabel ma jsir it-tibdil neċessarju l-Ministeru tiegħi qed jieħu azzjoni rimedjali billi poġġejna planters kbar tul ix-xatt u ser jitwaħħlu railings ħdejn rampi għal aċċess donali, b’dan il-mod qed nittamaw li ħsarat ta’ dan it-tip ma jerġax iseħħ.
Jista' il-Ministru jgħid min jista' jidħol bil-karozza lejn Sant'Anġlu, issa li t-traffiku qed ikun kontrollat? Meta se jibda jsir xi ħaġa biex jinħolqu spazji ġodda għall-parkeġġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi residenti, il-kavalier, vetturi li joffru xi tip ta' servizz u ammont żgħir ta’ impjegati tal-konsorzji għandhom id-dritt ta’ aċċess. Jista' wkoll ikun hemm avvenimenti minn żmien għal żmien li jinħarġu permessi speċjali għal aċċess ta’ vetturi. Hemm ukoll ħsieb li Xatt ir-Risq jittejjeb biex jinbidel f’parkeġġ organizatt bla ħlas.
Jista' l-Ministru jara li l-ġarr tat-tiġieġ f'Malta u Għawdex isir b 'mod li jkun ferm aħjar? Jaf il-Ministru li jinżlu trakkijiet b'gaġeġ mimlija tiġieġ li jkunu kważi mgħaffġa fuq xulxin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li meta t-tiġieġ jaslu fil-biċċerija tat-tigieg ikun hemm uffiċjali veterinarji li jaċċertaw li l-kundizzjoni ta’ dawn it-tjur tkun rispettata skond il-liġijiet tas-saħħa u l-ħarsien ta’ l-annimali.
Il-ġarr tat-tiġieġ huwa responsabbiltà tal-produtturi. Mill-ispezzjonijiet li jsiru meta jaslu fil-biċċeriji privati, in-numru ta’ imwiet fost it-tjur huwa minimu u kkunsidrat normali fit-trasport ta’ tiġieġ. Dan jindika li ma jeżistix
stress
aktar min-normal fit-trasport tat-tiġieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tuck shops fl-iskejjel tal-gvern li huma mmexxija mill-iskola stess u kemm ingħataw b'kuntratt? Jista' jelenka liema huma dawk li ngħataw b'kuntratt u lil min? F'kull każ, saret sejħa għal offerti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tuck shops fl-iskejjel tal-Gvern li huma mmexxija mill-iskola stess huwa ta' tlettax (13) filwaqt li sittax (16)-il tuck shop ingħataw b'kuntratt.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' skejjel tal-Gvern li t-tuck shop tagħhom ingħata b'kuntratt u l-isem tal-kuntrattur li rebaħ il-kuntratt. F'kull kaz saret sejħa għall-offerti.