Jista' l-Prim Ministru jagħtini risposta għall-mistoqsija parlamentari 22747 dwar VAT imħallsa mill-kumpannija Spanjola li kienet tħaddem is-servizz tal-ħelikopter bejn Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22747.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22999 u 23077 u jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-uffiċċju tiegħu, il-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Could the Hon. Minister kindly provide a reply for parliamentary question 23032 regarding: What is the policy of the University of Malta regarding part-timers? How many part-timers Accademic/Non Accademic are in employment and how many are above the age of 61? What is their respective age and grade?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif għadu ma wasalx tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq residenzjali li ġew ikkuntrattati, inkluż il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħol skond l-iskema l-ġdida li tħabbret ftit tal-ġimgħat ilu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet sospiża mix-xogħol tagħha fil-MEPA?
Din il-persuna għadha sospiża u jekk fl-affermattiv, b'liema rata ta' paga qiegħda titħallas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija għadha sospiża u dan wara li l- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kienet infurmata li l-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontriha u li dawn il-proċeduri kienu jirrigwardaw materji ta’ ċertu gravità.
Skond il-proċeduri ta' dixxiplina applikabbli skond il-ftehim kollettiv, meta impjegat ikun mixli b'reat kriminali, l-impjegat jista’ jiġi sospiż imma l-ebda passi dixxiplinari m’għandhom jittieħdu sakemm ikunu għadhom għaddejin il-proċeduri fil-Qorti. Għalaqstant l-impjegat jibqa’ jitħallas il-paga tiegħu. Ta’ min wieħed iżid li skond il-Ftehim Kollettiv jekk il-persuna tinstab ħatja jinħatar Bord tad-Dixxiplina li jiddeċiedi x’provvedimenti għandhom jittieħdu kontra l-persuna.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' appell tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li m'għandha l-ebda dħul u l-każ huwa ġenwin? Tista' il-persuna tiġi nformata bl-iżviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn riċerka li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma rriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi appell pendenti quddiem l-Arbitru maħtur taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23085 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jara li jsir parking għall-ħaddiema ta' Wied Inċita, f'Ħ'Attard peress li dan qed ikun ta' problema għalihom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Gvern ma rċieva l-ebda rapporti ta' xi problemi fuq il-parking mingħand il-ħaddiema. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom jafu li l-Gvern għandu bord apposta, il-Malta Embellishment and Landscaping Project (MELP), fejn huma jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom. Jekk il-ħaddiema għandhom xi problema tajjeb li jressqu l-ilment tagħhom fl-uffiċċju tal-bord f'Sant'Anton.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22914 u għar-risposta mogħtija peress li t-triq qed jgħaddi traffiku minnha u anke kieku stess għadha magħluqa xorta qed isiru trips oħra mir-Rabat għal San Lawrenz u lura, x'qed iżomm allura milli jsir it-trip tal-5.30 pm?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninfurmak li mill-aħħar Interpellanza li kienet għamlet l-Onorevoli Interpellant bil-mistoqsija parlamentari numru 22914 sal-lum kien ġie deċiż li t-trips bejn ir-Rabat u San Lawrenz/Għarb u Għasri jerġgħu jibdew isiru b’mod regolari kif kienu qabel ma ġew ridotti minħabba x-xogħol li kien għaddej fuq l-imsemmija triq b’effett mit-Tnejn 5 ta’ Frar 2007.
B'referenza għall-mistoqsija parlamenti 22920 u għar-risposta relattiva, peress li d-domanda ovvjament qed tirreferi għall-parti li għadha torba, meta se tiġi asfaltata l-bqija tat-triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-parti tat-triq imsemmija tiġi asfaltata aktar il-quddiem minħabba li qiegħda tingħata priorita' lil xogħolijiet f'toroq fejn ikun hemm residenti u toroq arterjali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22907 u għar-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew it-taħditiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninfurmak li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qiegħda thejji rapport intern biex ittejjeb is-servizz tat-Trasport Pubbliku ġewwa Għawdex. Wara li jsiru diskussjonijiet interni jibdew t-tahdidiet mall-Gozo Bus Owners Association.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-lista ta' l-esperti tal-Qorti, il-kwalifiki tagħhom relatati mas-settur li huma esperti fih u r-rati tal-ħlas tagħhom fis-siegħa, kull espert separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Qrati Ċivili jiġu ppublikati regolarment tlett listi ta' esperti - Inġiniera, Arkitetti u Inġiniera Ċivili u Accountants. L-aħħar listi li ġew ippublikati kienu fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta' l-20 ta' Diċembru 2005 fejn fihom dawn l-esperti ġew innominati għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006.
Fit-tlett każijiet, ir-rata tal-ħlas hija regolata a bażi ta' Tariffa G, 'Komputisti u periti oħra' u Tariffa K, 'Drittijiet li jitħallsu tal-periti', li qegħdin f'Kapitolu 12 tal-Kodiċi ta' l-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Għal dak li jirrigwardja l-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali ninsab infurmat illi ma hemmx lista kumpilata ta' 'esperti tal-Qorti'. Il-Qrati llum huma liberi li jappuntaw persuna biex iservi ta' 'espert tal-Qorti', skond id-diskrezzjoni tal-ġudikant.
Dawn l-esperti jitħallsu 'arbitro boni viri' u jiġu ntaxxati mir-Reġistratur dwar id-dritt u spejjeż dovuti lilhom.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 23114, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn is-substations ta' l-elettriku kien hemm il-bżonn tagħhom għal xi proġett partikolari nkluż l-isem tal-proġett?
F'każ li l-bżonn ta' substation hu minħabba konsum akbar ta' elettriku minħabba xi proġett partikolari, min iħallas għal din is-substation, jiġifieri l-Enemalta jew l-iżviluppatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620, 22704, 22945 u 23101 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qegħdin isiru patrols u kull meta fiz-zona ta' Santa Margerita u dan biex jitrażżan l-istorbju u kontroll ta' żgħażagħ, speċjalment fl-inħawi ta' Triq id-Dura, fil-Mosta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda regolarment kemm fil-lokalita' msemmija mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema pajjiżi hemm trattati għall-ħelsien ta' taxxa doppja u kemm hemm li magħhom qed jiġu negozjati bħalissa? F'liema stadju jinsabu dawk li qed ikunu negozjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti tal-MCAST ma ġewx informati qabel ma applikaw li ma kenux sejrin jingħataw stipendju meta dawn biddlu l-course of studies tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 22909, Seduta 481.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ngħata t-tender ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu ta' cheaffeur cars lil Zarb Coaches? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-proċess ta' dan it-tender kollu?