Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa f’kontijiet tat-telefon ta’ residenzi ta’ uffiċċjali governattivi kienet Lm3,627.74 fl-2005 u Lm4,047.68 fl-2006. Ma narax li hija prudenza li nsemmgħu l-ismijiet fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa f’kontijiet tat-telefon ta’ residenzi ta’ uffiċjali governattivi għas-sena 2005 u 2006 hija kif tidher hawn taħt :-
2005 2006
Lm Lm
599 536
Għad hemm xi kontijiet għax-xhar ta’ Diċembru 2006 li għadhom ma nbgħatux.
Ma narax li hija prudenza li nsemmu l-ismijiet fil-Parlament.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-kontijiet tat-telephonefir-residenzi privati ta' uffiċjali governattivi taħt id-dekasteru tiegħi matul l-2005 u l-2006 kienu Lm3,879.67 u Lm2,811.66 rispettivament.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ma narax li hi prudenza li nsemmu l-ismijiet fil-Parlament.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Minsitru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni quddiem id-dipartiment ta' l-awtorita' tad-djar tal-persuna mill-Kalkara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita'.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjan Bormliż li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-għajnuna care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22828 u jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, Hal-Luqa kienet se ssir mill-gvern ċentrali mingħajr mingħajr ma l-kunsill lokali joħroġ ċenteżmu spejjeż? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali Luqa beda x-xogħol fuq l-istess triq wara li din diġa' kienet ikkonfermata li ssir mill-gvern ċentrali? Huwa veru li l-kunsill qiegħed iħallas ix-xogħol fuq din it-triq mill-fondi tiegħu? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ngħatat mill-kunsill lokali Luqa biex dan qed jonfoq flus allokati lill-kunsill fuq proġett li kien se jħallas il-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant sar xogħol ta’ extensive patching. Dan ix-xogħol ma sarx mill-gvern ċentrali. Din it-triq qegħdha nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru mill-gvern bejn 2006-2008.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna bla xogħol minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tgħix f'post li s-saqaf tiegħu huwa perikoluż, jibbenefika mill-iskema care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22827 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq Tal-Armal, Qormi, li kienet oriġinarjament inkluża fil-pjan ta' 450 triq għall-bini mill-ġdid u resurfacing?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa estensjoni ta' kuntratt li ġa tlesta mill-kuntrattur. Bħalissa qed issir pressjoni min naħa tal-ADT biex din l-estensjoni tinbeda u titlesta kemm jista' jkun malajr.
Tista' l-Ministru tgħid meta se ssir l-ispezzjoni mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fil-fond f'Bormla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' tgħid x'se jsir minn dawn l-inkwilini ladarba se jispiċċaw barra minn darhom tlett snin oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi proċessata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq ir-Ragħaj, Qormi għadha ma ngħatatx it-tarmac meta t-tender diġa' ġie mogħti? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol fuq din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa estensjoni ta' kuntratt li ġa tlesta mill-kuntrattur. Bħalissa qed issir pressjoni min naħa tal-ADT biex din l-estensjoni tinbeda u titlesta kemm jista' jkun malajr.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ħallset il-kont tad-dawl ta' l-Enemalta, fil-preżent m'għandhiex dawl? X'passi se jittieħdu biex jerġa' ikollha d-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjonijet li saru jirriżulta li fil-post li d-dettalji tiegħu qegħdin jidhru separatament m’hemm l-ebda problemi fil-provista ta’ l-elettriku.
Tista' l-Ministru tara li l-ex pulizija li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tingħatalu r-revizjoni tal-pensjoni eżistenti tiegħu? U dan peress li l-istess individwu, qabel ma daħal fil-korp tal-pulizija diġa' għandu mas-sitt snin kontribuzzjonijiet imħallsin oħrajn, peress li kien jaħdem bnadi oħra.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex jiżdiedu n-nies fil-joint office, speċjalment fil-finance section, għaliex ilhom ħafna b'nuqqas ta' staff?
Kemm hemm nies jaħdmu fil-joint office u kif inhuma mqassmin?
Kif suppost li hu l-complement?
Response (BORG, TONIO)
Il-Joint Office jifforma parti mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern u għaldaqstant l-amministrazzjoni u l-finanzi tas-sezzjonijiet kollha li jaqgħu fiha, huma ġestiti mill-istess Taqsima.
Ninsab infurmat illi preżentament, mal-Joint Office hemm jaħdmu 43 persuna u dawn huma mqassmin kif ġej:
Amministrazzjoni Direttur
Assistent Direttur
2 Skrivani
Customer Care persuna waħda
Sezzjoni tal-Ġbir tal-Kera 4 persuni
Registry 6 persuni
Sezzjoni Amministrazzjoni tal-Proprjeta' 6 persuni
Sezzjoni Kuntratti 4 persuni
Sezzjoni Verifika u Rikonċiljazzjoni 4 persuni
Sezzjoni Teknika 8 persuni
Sezzjoni Skema ta' Fidi ta' Ċnus persuna waħda
Messaġġiera 5 persuni
Minn dan it-total, persuna waħda qiegħda fuq Parental Leave filwaqt li 7 oħra jaħdmu siegħat imnaqqsa.
Mhux magħruf kemm suppost li hu l-complement peress li mhix il-prassi fis-Servizz Pubbliku li dipartiment jingħatalu numru fiss ta' ħaddiema li għandu jkollu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-joint office jiċċaqlaq minn Sa Maison u jekk iva, fejn se jmur?
Meta hemm il-ħsieb li jsir dan iċ-ċaqlieq?
Liema sezzjonijiet/dipartimenti tal-joint office se jibqgħu Sa Maison u liema se jiċċaqilqu?
Response (BORG, TONIO)
Hemm il-ħsieb li d-dipartiment tal-Joint Office fl-intier tiegħu, jiċċaqlaq mill-uffiċċju li għandu f'Sa Maison għall-fond li qabel kien jospita' l-iskola tal-Pilar fil-Belt Valletta. Huwa l-ħsieb li dan iseħħ fis-sena kurrenti malli x-xogħlijiet neċessarji jitlestew fil-fond li sejjer fih il-Joint Office.
Kummissjoni Ewropea — Deroga dwar is-servizz tal-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Gvern ma ħax il-passi meħtieġa biex iġib deroga mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex fuq il-bażi li l-forzi tas-suq waħedhom ma jħallux li jintlaħaq livell ta' servizz sodisfaċenti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Għawdex? Jaf il-Ministru li Franza, Spanja, il-Portugal u l-Greċja hekk għamlu biex iħarsu l-interessi tal-gżejjer tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-istejjem oriġinali tat-Triq Xewkija - Mġarr li x-xogħlijiet fuqha qed isiru bħalissa? Kemm huma mistennija li se jiswew x-xogħlijiet issa? Jista' jagħtini l-iskedi ta' kwantitajiet ta' dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22750 u cioe': B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22343 dwar dħul medju tal-ħaddiema fl-industrija tal-manifattura, fejn qalli li d-data li tlabtu ma teżistix, jista' jagħtini l-informazzjoni għas-settur tal-manifattura in ġenerali għal Malta u Għawdex rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22750.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22943 u 23081 u jara li jiġi milqugħ ilment ta' persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar permit no. 04089/05?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li r-rotot 27, 29 u 30 bdew jgħaddu minn Triq il-Knisja flok Triq iż-Żejtun minħabba li llum għandna xarabanks li qed isibu diffikultajiet biex jgħaddu minn Triq Santa Marija minħabba li t-triq hija dejqa.
Dan it-tibdil sar ukoll għas-sigurta tan-nies li jkunu mexjin fl-imsemmija triq. Skop ieħor għat-tibdil ta’ din ir-rotta sar sabiex din tkun stabbilita minn triq waħda u mhux min jgħaddi minn Triq Santa Marija u min jgħaddi minn Triq il-Knisja.
Nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-
bus shelter
ser jiġi żarmat u mwaħħal fi Triq il-Knisja.