Tista' l-Ministru tara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsulha l-benefiċċji soċjali u dan b'detriment għall-għajxien tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tiġi rranġata t-triq l-antika ta' Wied il-Għajn, jiġifieri minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li marbut ma' l-istudji li qed isiru bħalissa fuq l-iddiżinjar mill-ġdid tal-Bypass ta’ Wied il-Għajn, qed naraw il-possibilita li t-triq l-antika ta’ Wied il-Għajn, jiġifieri minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn, tintuża bħala rotta għad-devjazzjoni tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet. Għalhekk bħalissa qed isiru l-istejjem ħalli tkun magħrufa l-ispiża tax- xogħlijiet li jridu jsiru biex tiġi rranġata t-triq l-antika ta’ Wied il-Għajn.
Tista' l-Ministru tara x'passi se jittieħdu biex tkun irrimedjata s-sitwazzjoni ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għamlet talba biex tixtri l-fond tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn riċerka li għamlet l-Awtorita' tad-Djar irriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha assi li l-valur tagħhom jeċċedi l-ammont stabbilit biex persuna tikkwalifika għas-sussidju taħt l-iskema Sir Sid Darek.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Novembru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Novembru ta’ l-2006, il-każi ta serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 48 każ ta’ serq li f’31 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up10
Pick Pocketing46
Snatch & grab7
Serq minn dgħajjes5
Serq ta’ dgħajjes1
Serq ta’ karozzi51
Serq minn karozzi227
Serq minn residenzi52
Serq minn barijiet/lukandi26
Serq minn fabbriki1
Serq minn ħwienet30
Serq ieħor314
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Novembru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Novembru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 62 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family4
Arson7
Attempted offences95
Bodily harm94
Computer misuse2
Damage220
Drugs9
Forgery6
Fraud13
Illegal immigration10
Prostitution5
Sexual offences5
Theft770
Threats and private violence4
Trafficking of persons1
Violence against public officers7
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Diċembru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru ta’ l-2006, il-każi ta serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 35 każ ta’ serq li f’24 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up2
Pick Pocketing77
Snatch & grab7
Serq minn dgħajjes5
Serq ta’ karozzi40
Serq minn karozzi202
Serq minn residenzi58
Serq minn barijiet/lukandi22
Serq minn fabbriki8
Serq minn ħwienet36
Serq ieħor293
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Diċembru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 14-il persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family1
Arson16
Attempted offences78
Bodily harm81
Computer misuse2
Damage239
Drugs8
Forgery5
Fraud15
Illegal immigration5
Sexual offences3
Theft750
Threats and private violence8
Violence against public officers7
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tneħħew mis-servizz fil-korp tal-pulizija membri, f'kull grad, wara proċeduri quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, mill-1999 sal-lum? Jista', għal kull każ ta' tkeċċija, jgħid ta' liema akkużi kienu nstabu ħatja u għalhekk ġew imkeċċija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, huwa kif ġej:
SpetturSurġentKuntistabbli
Tneħħew mis-servizz wara li kienu għaddew proċeduri kriminali u nstabu ħatja--12
Tneħħew minħabba l-interess pubbliku212
Tneħħew mis-servizz wara li kienu għaddew proċeduri skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta’ Dixxiplina)--1
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'piena, li ma tkunx tkeċċija, ingħataw membri tal-Korp tal-Pulizija quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u fuq liema akkużi ngħatat dik il-piena u dawn mill-1999 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Akkuża
Piena
Traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni
Lm50 multa u twissija ta’ tkeċċija
Traskuraġni ta’ xogħol; disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni
Twiddiba
Nuqqas ta’ ndafa; traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni
Twiddiba
Traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni
Multa ta’ tlett ijiem paga
Disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni; korruzzjoni
Sospensjoni ta’ ħamest ijiem bla paga u twissija ta’ tkeċċija
Traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni
Sospensjoni ta’ ġurnata bla paga
Disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni; korruzzjoni
Sospensjoni ta’ jumejn bla paga
Disubbidjenza t’ordnijiet; dħul f’postijiet b’liċenzja; korruzzjoni; simulazzjoni ta’ mard; telf ta’ reputazzjoni
Sospensjoni ta’ tlett ijiem bla paga
Traskuraġni ta’ xogħol; disubbidjenza t’ordnijiet; kondotta insubordinata jew oppressiva; simulazzjoni ta’ mard; kondotta ta’ preġudizzju għal bon ordni
Ċanfira iebsa
Disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni; korruzzjoni
Multa ta’ jumejn paga
Ksura ta’ fiduċja; telf ta’ reputazzjoni
Multa ta’ ħamest ijiem paga
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu aġġustati l-boundaries tal-UCA fil-Pjani Lokali li ħarġu fit-3 ta' Awissu li għadda wara li rriżulta li hemm diversi anomaliji li hemm bżonn li jiġu kkoreġuti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema anomaliji qiegħed jirreferi.
Matul is-sena 2006, tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru għal Għawdex u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2006 in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu, hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Matul is-sena 2006, tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru għal Għawdex, u dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2006, in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm6488.97.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Matul is-sena 2006, tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru għal Għawdex u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru għal Għawdex u tad-Dipartimenti tiegħu kienet ta' Lm21,318.21.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ l-OPM u l-enti li jaqgħu taħtu, matul l-2006, l-Awtorità tax-Xandir għamlet żewġ pagamenti bħala sponsorships lill-:
Ammont Imħallas (Lm)
1. Istitut tal-Ġurnalisti Maltin 1,750
2. Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 1,000
Fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jara li jsir xi tip ta' shelter għas-security li qed ikun hemm mal-bieb li jagħti għal Sant'Anġlu, peress li qed ikunu esposti għall-elementi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bi ftehim bejn il-consortium u l-kumpanija li qed tipprovdi s-servizz ta’ sigurta’ mall-bieb ta’ Sant’Anġlu, fil-futur qarib dan is-security guard ser jiġi provdut tip ta' shelter adegwat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-clubs tal-football li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l-ammonti ta' dawn l-għotjiet u minn liema fond finanzjarju ngħataw? Jista' f'kull każ jgħid għal liema skop speċifiku ngħataw dawn il-fondi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23076.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-każini tal-banda li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l-ammonti ta' dawn l-għotjiet u minn liema fond finanzjarju ngħataw? Jista' f'kull każ jgħid għal liema skop speċifiku ngħataw dawn il-fondi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numri 23078.