Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-nefqa matul is-sena 2006 fuq kiri ta' karozzi fil-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħtu kienet kif ġej:
Amount t (Lm)
Minister’s Private Secretariat
6,799
Office of the Parliamentary Secretary
4,268
Office of the Permanent Secretary
2,197
Dept. of Corporate Services
948
Consumer and Competition
5,945
Commerce Division
2,893
Civil Aviation Dept.
195
Malta Maritime Authority
2,190
Malta Communications Authority
0.00
Malta Standards Authority
0.00
Total
25,435
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellantli l-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li huma ntitolati għall-karozza huma dawk li jaqgħu fil-Kategorija taċ-Ċirkolari MFC 5/98.
Dwar it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni relatata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni s-sena l-oħra? X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 kien hemm 102 persuna, li bejniethom tressqu l-Qorti 730 darba fuq akkużi ta' tlajjar għall-skop ta' prostituzzjoni, filwaqt li sitt persuni oħra tressqu l-Qorti fuq akkużi li għexu minn qliegħ ta' prostituzzjoni. Il-pieni mogħtija fil-każi deċiżi kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, multa u twiddiba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel privati u kemm minnhom għollew il-miżata s-sena l-oħra u b'kemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' skejjel Privati huwa ta' 31.
Informat ukoll li s-sena l-oħra 11 il-skola Privati nformaw lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni kif titlob il-liġi fir-rigward ta' xi żieda fil-miżati. It-tagħrif mitlub dwar iż-żieda fil-miżati ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn single parents illum u kemm hawn tfal jgħixu ġo single parent families?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita’ li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment tas-Siġurta’ Soċjali jżomm statistika dwar il-persuni li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal. Skond din l-istatistika hawn 7,013 persuna klassifikata bħala single parent li qed jirċievu l-imsemmija allowance dwar 10,193 tifel u tifla.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kienet involuta hi , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawhau x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jitħallsu tal-grad il-ġdid il-ħaddiema tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma li fis-sajf li għadda ħadu promotion?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-sajf li għadda nħareġ biss ir-riżultat ta' l-intervisti li saru lil min applika.
Madanakollu s'issa għadhom ma ngħatawx il-ħatriet offiċjali u allura ħadd għadu ma ġie appuntat fi grad ogħla li jġib miegħu żieda fis-salarju.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 18898. Filwaqt li l-kumlament ta' l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22974 u jgħid min huma l-persuni barranin li għandhom top posts fil-Malta Shipyards? X'inhu s-salarju u l-benefiċċji l-oħra li għandhom? Jista' jgħid x'esperjenza għandhom u xi kwalifiki fis-CV tagħhom?
Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ngħatat ittra lill-ħaddiema tat-Tarzna dwar possibbilta' ta' xogħol b'shift mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m. u mis-7.00 p.m. sas-7.00 a.m.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm romol (irġiel u nisa) li għandhom anqas minn 60 sena li jgħixu f'Ħaż-Żabbar, Fgura u Wied il-Għajn u li qed jirċievu l-għajnuna soċjali mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22509, dan ifisser li l-pjazza Agatha Barbara se tibqa' fl-istat li hi b'detriment għat-tfal li jattendu l-iskola Maria Goretti ġewwa Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-pjazza skond il-MEPA hija mmarkata bħala Sport Facilities, għaldaqstant mhux skemata bħala triq.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22539 u jgħid jekk inbidlitx il-policy li tobba li jkunu għadhom kemm iggradwaw iridu jagħmlu sentejn jaħdmu mal-gvern qabel jirċievu l-warrant? Jekk din il-policy ma tbiddlitx, jista' il-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena kienx hemm tobba li tħallew jitilqu minkejja li kienu għadhom ma tawx is-sentejn servizz? Jekk kien hemm , min approvalhom il-permess biex jitilqu u abbażi ta' liema proċedura ingħatat din l-awtorizzazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tobba li jigradwaw mill-Universita' ta' Malta iridu jagħtu sentejn servizz bħala house physicians mal-Gvern qabel jingħataw il-warrant mill-Kunsill Mediku ta' Malta.
Tabib jista' jagħżel li ma jagħmel ebda servizz f'Malta, imma li jikseb il-warrant minn pajjiż ieħor. Dan hu possibli f' pajjiżi fejn il-kors mediku Malti huwa rikonoxxut mill-Kunsill Mediku ta' dak il-pajjiż.
Il-liġijiet tal-UE dwar il-mobilita' jippermettu li tabib jitlaq immedjatament minn meta jiggradwa, mingħajr ħtieġa ta' awtoriżazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu mal-gvern illum? Jista' jagħti breakdown tal-gradi tagħhom u kemm hemm nisa u kemm irġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi hawn 29,256 persuna mas-Servizz Pubbliku llum – 11,223 huma nisa filwaqt li 18,033 huma rġiel.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ skedi, waħda għan-nisa u oħra għall-irġiel, li juru n-numru ta’ impjegati f’kull grad.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22540 u jgħid meta ddaħħlet it-trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan? Min iddeċieda li din it-trejqa għandha tinkesa bit-tarmac? Jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol u kemm kien it-tul ta' tarmac li ngħata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-triq li tagħti għaċ-Chadwick Lakes waqt il-proġett ta’ toroq tal-Protokoll Taljan kien limitat għall-parti żgħira tat-triq li tmiss mat-triq prinċipali u dan sar minħabba li l-livelli tat-triq prinċipali nbidlu u għalhekk kien neċessarju illi jiġu pparreġġjati l-istess livelli.
Dan ix-xogħol ma kienx wieħed ta’ dimensjoni kbira u għalhekk l-ispejjeż konċernati kienu żgħar ħafna. Hija prassi illi meta tiġi rikostruwita triq jiġu anke kostruwiti partijiet żgħar minn toroq illi jinfdu għal ma' l-istess triq u dan minħabba r-raġuni relatati ma’ livelli hekk kif imsemmija fis-
suespost
. It-tul ta’ din it-tagħqida hija ta’ madwar sittin metru u l-ispejjeż ma jaqbżux Lm3,000.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-kumpless ta' skejjel li hemm fin-Naxxar, jiġifieri l-iskola sekondarja, l-ex-opportunity centre u l-MCAST l-art se tinbiegħ lill-privat u tingħata għall-bini? Jekk fin-negattiv, x'se jiġri minn dawn l-iskejjel?