Legislature:
Category:
Reset
Active:

Affarijiet Rurali u Ambjent — Fuels

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, in-nefqa globali għall-fuels fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm262,197 (Lm68,340 minnhom għall-użu ta’ vetturi/trasport). Fil-każ ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) in-nefqa kienet ta’ Lm28,397 filwaqt li għall-WasteServ Malta Ltd in-nefqa kienet ta’ Lm38,014.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija fil-Mistoqsijija Parlamentari numru 19195, filwaqt li l-kumplament ta' l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephone fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, in-nefqa għall-użu tas-servizz tat-telephone fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm86,810.65. Fil-każ ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) in-nefqa kienet ta’ Lm65,652 filwaqt li għall-WasteServ Malta Ltd in-nefqa kienet ta’ Lm16,670.41.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Spiża ta' fuels

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Benefiċċji Soċjali — Single mothers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn single mothers fuq ir-relief illum? Kemm ingħataw flus f'relief u għajnuniet oħra s-sena l-oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' single mothers li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali preżentement hu 1,879 u li matul l-2006 din il-kategorija ta' persuni rċevew Lm3,571,780.63 f'Għajnuna Soċjali, allowances u benefiċċji oħra mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.

Qrati — Droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti konnessi ma' reati fuq droga s-sena l-oħra? X'kien ir-reat u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, l-Skwadra ta' kontra d-Droga tal-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 429 persuna fuq akkużi relatati ma' pussess ta' droga u 116 persuna oħra fuq akkużi relatati ma' traffikar ta' droga. Minn dawn 115 kellhom il-każ deċiż mill-Qorti, fejn wara li nstabu ħatja ġew mogħtija sentenzi li kienu jinkludu priġunerija, sentenzi ta' ħabs sospiżi, multa u kondizzjonijiet taħt Kapitolu 446.

Priġunieri — Remission

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li tilfu r-remission fuq is-sentenza ta' ħabs mogħtija lilhom is-sena l-oħra u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006 kien hemm 104 priġunieri li tilfu xi remission. Ir-remission tintilef minħabba ksur tar-regolamenti tal-ħabs.

Importazzjoni ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati karozzi jew vetturi s-sena l-oħra u kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn kienu ġodda u ta' liema tip kienu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport ma żżomx informazzjoni fuq in-numru ta' vetturi impurtati f'Malta. Id-Direttorat tal-Liċenzji jżomm informazzjoni fuq vetturi li jiġu reġistrati u liċenzjati biex jintużaw fit-triq.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kienet involuta hi, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawha u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-livell ta' l-akkomodazzjoni irrid ngħid li fil-maġġor parti tal-Konferenzi u attivitajiet li attendejt għalihom barra, il-hotelsikunu speċifikament identifikati mill-organizzaturi.

Żvilupp Urban u Toroq — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #23227 Sitting 489 2007-01-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.

MCAST — Każi ta' Bullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti ta' l-MCAST, li ftit taż-żmien ilu kienu anke tressqu l-qorti fuq każ ta' bullying, irritornawx lura lejn l-iskola? X'għajnuna qed jingħataw fil-preżent ħalli ma jirripetux l-iżball li kienu għamlu? Jikkonsidra l-Ministru li f'każi bħal dawn jintbagħtu jagħmlu xogħol volontarju, bħal ngħidu aħna fil-weekends jew festi pubbliċi, fosthom ma' persuni li jkunu għaddejjin minn tbatijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li erbgħa mill-ħames studenti daħlu lura l-Kulleġġ u għandhom diversi appuntamenti mill-Counsellors tal-Kulleġġ. Il-ħames student m'għadux jattendi l-Kulleġġ. Informat ukoll li l-awtoritajiet tal-Kulleġġ ħadu passi drastiċi ma' l-istudenti kollha involuti u ngħataw miri akkademiċi u vokazzjonali għoljin. Il-ġenituri tagħhom kienu involuti direttament u mistennija li jikkollaboraw ma' l-MCAST biex jizguraw li t-tfal tagħhom jirrejalizzaw il-gravita' ta' l-azzjoni li għamlu u li jpattu għaliha. L-awtoritajiet tal-Kulleġġ, bħala professjonisti, ittrattaw l-inċident b'mod effettiv u ser ikomplu jaraw li l-edukazzjoni u l-iżvilupp personali taż-żgħażagħ involuti jkunu adegwati.
Leg 10 PQ #23272 Sitting 489 2007-01-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tagħha, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'seduta oħra.

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-konsulent jew kumpaniji ta' konsulenti lokali jew barranin li għamilna użu minnhom matul is-sena 2006 huma dawn: Kidd Rapinet - konsulenti legali Ingliżi mqabbda biex jiddefendu lid-Dipartiment f'kawża legali fl-Ingilterra. Il-ħlas kien ta' Lm10,206. TTM - kumpanija ta' konsulenti Ingliża mqabbda biex jgħinu fil-proċess ta' impjieg ta' Senior Radiographers barranin. Il-ħlas kien ta Lm2,235. A. Mallia Milanes - servizz ta' konsulenza fuq relazzjonijiet industrijali. Il-ħlas kien ta' Lm613.

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.