Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Waste management permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il waste management permit ħareġ sal-lum mill-MEPA u minn meta bdew jinħarġu? Lil min ħarġu u għal xiex? Taħt liema liġi u xi proċedura tiġi adottata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Waste Management Permits jinħarġu taħt l-Avviż Legali 337 ta’ l-2001, Regolamenti ta’ l-2001 dwar Permessi u Kontrolli fil-Maniġġar ta’ Skart taħt Artiklu 9 ta’ l-istess regolamenti. Dawn ir-regolamenti jimplementaw il-Framework Directive ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-immaniġġar ta’ l-iskart. Kull min jagħmel xi attività li b’xi mod jew ieħor għandha x’taqsam ma’ l-iskart għandu bżonn ta’ permess. Dawk kollha li għandhom bżonn permess għandhom japplikaw ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Wara li jimlew il-formola apposta, l-applikanti jkunu ggwidati individwalment biex jissottomettu informazzjoni li jkollha bżonn ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex ikun jista’ jinħareġ il-permess. Il-permessi li ħarġu taħt dan ir-regolament huma dawn: Director General, Works Division Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste WasteServ Malta Ltd. Temporary Non-Hazardous Waste Storage,Treatment and Transfer Facility Jenine Korfan Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Ing. Mario Schembri o.b.o GreenPak Ltd Packaging Waste recovery scheme Jimmy Gatt o.b.o Gatt Bros (Mosta) Ltd Infilling with Inert Waste Metalco Ltd To Operate a Recycling Facility WasteServ Malta Ltd. Civic Amenity Site, Maghtab WasteServ Malta Ltd. Civic Amenity Site, Mriehel Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Bezzina Maritime Services Limited To Operate a Barge "BEZZ I" for dumping of inert material at sea Bezzina Maritime Services Limited To Operate a Barge "BEZZ II" for dumping of inert material at sea Emarine Limited To Operate a Barge "SAULUS" for dumping of inert material at sea Emarine Limited To Operate a Barge "PAULUS" for dumping of inert material at sea Michael Attard o.b.o IMA Engineering Ltd To operate an interim storage, pre-treatment and transfer facility for hazardous wastes Ing. Mario Schembri o.b.o GreenPak Ltd Renewal of WM 00021/04 Greenpak compliance scheme for packaging waste recovery Qabel l-2001 kienu jinħarġu biss permessi ambjentali għall-barrieri taħt avviż legali 128 ta’ 1997, regolamenti ta’ l-1997 dwar id-drittijiet għad-depożitu ta’ kull skart u radam. Il-permessi li ħarġu taħt dan ir-regolament huma dawn: Emmanuel Aquilina o.b.o Debattista Schembri Dumping of inert waste Emmanuel Aquilina o.b.o Sand & Gravel Ltd Dumping/Recycling of inert waste Paul Vella o.b.o Ballut Blocks Ltd Dumping/Recycling of inert waste Emmanuel Vella o.b.o Julian Vella Dumping/Recycling of inert waste Mario Bonnici Dumping/Recycling of inert waste Carmel Spiteri & Michael Axiaq Dumping of inert waste Carmel Vella Dumping/Recycling of inert waste Carmel Vella Dumping/Recycling of inert waste Emmanuel Mifsud Dumping of inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Dumping/Recycling of inert waste Emmanuel Camilleri Dumping of inert waste John Mizzi Dumping of inert waste Barra min dawn il-permessi msemmija hawn fuq, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet ukoll 20 permess għall-esportazzjoni ta’ skart perikoluż taħt ir-Regolament Ewropew 259/93/EEC li jirregola t-trasport ta’ Skart Perikoluż minn pajjiz għal ieħor. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet ukoll 665 permess għat-trasport ta’ skart perikoluż f’Malta taħt l-Avviż Legali 337 ta’ l-2001 ( dawn ta’ l-aħħar inħarġu minn Ġ unju 2004 sal-lum ).

Liċeo M.A. Vassalli — Għalliema ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jara għala fil-Liċeo M.A. Vassalli hemm nuqqas ta' għalliema ta' l-Ingliż tant li l-istudenti qed ikollhom ħafna free lessons, stat ta' fatt li seħħ anke s-sena skolastika li għaddiet ukoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa ħadet miżuri biex tassigura li jkun hemm għalliema tas-suġġett imsemmi u qed tkompli tagħmel ħilitha biex tassigura li dan is-servizz jitjieb.

Ta' l-Ibraġġ — Triq il-Ħabba

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk Triq il-Ħabba, Ta' l-Ibraġġ hijiex imdaħħla fil-programm imminenti ta' toroq? Jekk fl-affermattiv, meta beħsiebu jibda x-xogħol u kemm hu maħsub li jdum sejjer?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi t-tender għall-Triq il-Ħabba f'Ta' l-Ibraġġ inħareġ u diġa ġie aġġudikat lill-Philip Aguis & Sons Ltd. Għaldaqstant ix-xogħol f’din it-triq mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjien.

Triq li tagħti minn Naxxar għall-Mosta — Street lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-lum it-triq prinċipali li tagħti minn Naxxar għall-Mosta min-naħa ta' Sta. Margerita l-Mosta għadha mingħajr street lighting fejn hija perikoluża, speċjalment in-naħa fejn hemm barriera miftuħa li tmiss litteralment mat-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-responsabbilta' ta' l-street lighting f'din it-triq taqa' taħt il-Kunsill Lokali u mhux taħt l-Enemalta għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Anzjani residenti fi djar privati — Għajnuna/sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' għajnuna u/jew sussidju qed jagħti l-gvern, f'dawk il-każi ta' nies anzjani li qegħdin fil-homes privati u kulma għandhom hija l-pensjoni u m'għandhom xejn aktar u qegħdin jintalbu jħallsu Lm18 kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika sussidju li jagħti l-Gvern hu għal dawk l-anzjani li qegħdin taħt l-iskema tal-Private Public Partnership Scheme.

Mosta — Biċċa art fi Triq Dawriet il-Wied

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex quddiem it-Triq Dawriet il-Wied, il-Mosta biċċa art żdingata tħalliet hekk għal diversi snin u għadha hekk sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-art in kwistjoni fil-fatt hija tal-Gvern u sa issa għadu ma ġiex deċiż x'għandu jsir minnha għaliex ma saret l-ebda talba lit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern dwar din l-istess art li fuqha jidher li hemm xi fdalijiet storiċi.

Raħal Ġdid — Triq l-Arkata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-asfaltar ta' Triq l-Arkata, Raħal Ġdid huwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali Raħal Ġdid jew le?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq l-Arkata ġo Raħal il-Ġdid hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali Paola peress li diġa ffurmata u l-anqas hi triq arterjali jew distributorja. Għalkemm Triq l-Arkata Paola hija ffurmata u mhux triq arterjali jew distributorja minħabba l-ħsarat li fiha Triq l-Arkata ġiet inkluża fil-lista ta' Toroq li trid tagħmel l-Awtorita' dwar it-Trasport.

Raħal Ġdid — Triq Nazzarenu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-asfaltar ta' Triq Nazzarenu, Raħal Ġdid huwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali Raħal Ġdid jew le?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-manutenzjoni meħtieġa f'din it-triq hija responsabilita' tal-Kunsill Lokali Paola.

Belt Valletta — Likwidu tossiku

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid jekk ġiex stabbilit x'kien il-materjal li ntefa' fl-isprall il-Belt waqt iċ-ċerimonja ta' l-ordinazzjoni ta' l-Arċisqof il-ġdid? Billi ntqal li dan il-likwidu li ntefa' fl-isprall kien tossiku u seta kkawża splużjoni , saru testijiet biex jiġi stabbilit x'kien dan il-materjal? Intbagħat sample f'laboratorju u jekk iva, x'kien l-eżitu? Qed isiru investigazzjonijiet mill-pulizija u jekk iva, minn min qed jitmexxew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nhar il-Ġimgħa 26 ta' Jannar 2007 għal xi s-7.00pm, waqt li kienet għaddejja l-Ordinazzjoni Episkopali, il-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kienu ġew infurmati mic-chief security officer tal-KonKattidral ta' San Ġwann, li minn sprall li hemm fil-ġenb ta' Pjazza l-Assedju l-Kbir mal-ġenb tal-KonKattidral, kienet tiela' rieħa, x'aktarx ta' petrol. Immedjatament li sar magħruf dan, il-Pulizija, ħadet il-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex il-pubbliku ma jersaqx lejn dak l-isprall, filwaqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili, analizzaw l-arja li kienet tiela' mill-isprall permezz ta' strumenti apposta, fejn dan indika li l-arja kienet tossika. Hekk kif spiċċat iċ-ċerimonja, il-KonKattidral ġie spezzjonat bir-reqqa minn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija, fejn ma rriżultax li kien hemm xi periklu. Nell'frattemp, bl-assistenza ta' l-executive director tal-Kumitat ta' Rijabilitazzjoni tal-Belt, infetaħ ukoll il-bokkaport, li jagħti għall-ġibjun taħt l-istess pjazza. Billi r-riħa kienet qawwija ħafna u setgħet tkun ta' periklu, ġie deċiż li l-ġibjun ikun spezzjonat l-għada, filwaqt li tħalliet għassa mill-Pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-għada filgħodu, wara li l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili niżlu fil-ġibjun, dawn infurmat lill-Pulizija li l-arja kienet ikklerjat u ma kienx hemm aktar periklu. Ma nstab xejn li jindika minn fejn kienet ġejja dik ir-rieħa tal-lejl ta' qabel. L-investigazzjonijiet li saru s'issa biex jiġi stabbilit minn fejn kienet ġejja din ir-riħa, irriżultaw fin-negattiv. Skond it-testijiet li saru fuq il-post permezz ta' strumenti li għandu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, irriżulta li l-'vapours' li kienu ħerġin mill-isprall in kwistjoni kienu kkawżati minn prodotti magħrufa bħala VOCs (volatile organic compounds) bħal petrol, thinner etc. Billi ma nstab l-ebda likwidu li seta' kkawża dan il-'vapour', ma setax jiġi elavat kampjun sabiex jiġi analizzat f'xi laboratorju.

Sta. Venera — Triq Reġjonali

Question

Jaf il-Ministru li r-residenti kollha li joqogħdu fi Triq Reġjonali f'Sta. Venera qed ibatu preġudizzju u danni sostanzjali minħabba li xi snin ilu sar il-proġett tal-mina u għaldaqstant qed ibatu minn tinġis u storbju persistenti? Jidhirlu li dawn ir-residenti għandhom jiġu kkumpensati għal dan kollu u jidhirlu li għandu jsir xi proġett mill-aspett ta' inġinerija biex jiġu mitigati d-danni li dawn in-nies qed isofru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Din it-Triq u l-Mini ta' Sta Venera huma fost diversi partijiet tat-Triq magħrufa bħala Ten T Road f'Malta li hija ndikata għal titjieb. L-Awtorita' qiegħda tara jekk il-problemi ndikati jistgħux jiġu ndirizzati meta jsiru dawn il-proġetti.

Ċimiterju Santa Maria Addolorata

Question

Jaf il-Ministru li hemm ħsara konsiderevoli fil-bieb taċ-ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata? Jista' jinforma jekk attwalment il-gvern huwiex qed jieħu miżuri biex isiru t-tiswijiet neċessarji? Peress illi ċ-ċimiterju huwa ta' stil gotiku u l-parti l-antika hija inondata b'siġar, jidhirlu li għandu jsir l-istess fil-parti l-ġdida ta' l-istess ċimiterju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul il-ġimgħa d-dieħla huwa mistenni li jitwaħħal kanċell ieħor temporanju waqt li dak preżenti li ġarrab ħsarat minn xi vandali jittieħed għat-tiswijiet neċessarji. Fil-frattemp saret applikazzjoni mal-MEPA sabiex ikunu jistgħu jsiru tiswijiet ta' natura strutturali u ta' restawrazzjoni fil-ġebel tad-daħla ta' dan iċ-ċimiterju. Fil-pjanijiet ta' l-estenzjoni taċ-ċimiterju ttieħdu nkonsiderazzjoni l-ħtiġijiet ta' landscapping u tħawwil ta' siġar li jkopru wkoll il-parti ta' l-aħħar estenzjoni fin-naħa ta' lvant ta' dan iċ-ċimiterju.

Għaqda persuni neqsin mis-smiegħ — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif x'relazzjoni ġuridika teżisti bejn l-għaqda persuni neqsin mis-smiegħ u l-gvern? Jista' jagħti iżjed dettalji dwar x'tip ta' kuntratt jeżisti konċernanti l-għalliema ta' din l-għaqda li qed jagħtu servizz lill-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

San Ġiljan — Triq Alfred Gauci - linji sofor

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li linji sofor li hemm fi Triq Alfred Gauci c/w Tal-Bajja humiex approvati mill-awtorita' dwar it-trasport? Jaf li r-residenti f'din it-triq sarulhom ċitazzjonijiet mill-pulizija għax qagħdu fuq dawn il-linji sofor mhux awtorizzati? Dawn ir-residenti għandhom dritt li jipparkjaw fit-triq tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima tal-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma nstabet l-ebda approvazzjoni għal Linji Sofor fi Triq Alfred Gauci li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari. It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku ma kienx infurmat biċ-ċitazzjonijiet maħruġa lir-residenti ta' Triq Alferd Gauci ma' dan kollu l-arranġamenti tat-traffiku f’din it-triq setgħu kienu determinanti mill-Traffic Impact Study li sar għall-Hotel Meridien li tinsab fl-istess triq. Għaldaqstant l-Awtorita Dwar it-Trasport kienet tgħat pariri lil Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jirreferi din il-problema mall-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslet it-talba għall-akkomodazzjoni minn single mother li r-riferenza tal-każ qed tintbagħat separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, li saret lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fl-20 ta' Diċembru 2006, ġiet emendata mill-istess persuna fis-26 ta' Jannar 2007. Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni kif emendata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Substations ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 23436 u 23114 u jgħid kemm minn dawn is-substations ta' l-elettriku kien hemm il-bżonn tagħhom għal xi proġett partikolari nkluż l-isem tal-proġett? F'każ li l-bżonn ta' substation hu minħabba konsum akbar ta' elettriku minħabba xi proġett partikolari, min iħallas għal din is-substation, jiġifieri l-Enemalta jew l-iżviluppatur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li substations ġodda jiġu mħallsa jew mill-Enemalta jew mill-iżviluppaturi tal-proġetti ġodda, skond Avviż Legali 27/1999. L-ismijiet tal-proġetti fejn inbnew substations jew fejn kien hemm akkwist tal-artijiet għal substations matul is-sena l-oħra huma kif jidhru fuq il-lista li ser inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.

Plots taħt l-iskema HOS/BDA

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna li tkun ħadet plot taħt l-iskema ta' l-HOS jew tal-BDA u li tiġi biex tbigħ il-proprjeta' li nbniet fuq l-istess plot tkunx obbligata tirrifondi lura lill-awtorita' tad-djar xi tip ta' kumpens? Jekk fl-affermattiv, kif jinħadem dan il-kumpens?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li jekk il-proprjeta’ mibnija fuq plots taħt skemi ta’ Home Owneship, li ngħataw b’ċens u b’imgħax issussidjat fuq self mill-banek u, f’ċerti ħarġiet, ibbenefikaw minn għotja ta’ flus minflok is-sussidju, tinbiegħ lil terzi biex tintuza bħala dar ta’ residenza ma jkun dovut ebda ħlas lill-Awtorita’ tad-Djar. Fil-każ li din il-proprjeta’ tkun se titwaqqa’ biex flokha jinbnew diversi appartamenti bl-iskop ta’ spekulazzjoni, min ikun ibbenefika mill-iskema jkun dovut iħallas lill-Awtorita’ tad-Djar 25% tal-valur ta’ l-art, kif stmat mill-periti ta’ l-Awtorita’. Jekk il-bini ta’ l-appartamenti l-ġodda jkun se jservi bħala residenza għall-benefiċjarji ta’ l-iskema u għat-tfal tagħhom ma jsir ebda ħlas, iżda l-valur ta’ 25% ta’ l-art jitqassam fuq kull appartament li jkun ser jinbena u ssir ipoteka fuq kull post għall-ammont li jirriżulta’. Dan biex jekk xi appartament sussegwentement jinbiegħ lil terzi li ma jkunux it-tfal tal-benefiċjarji ta’ l-iskema, l-Awtorita’ titħallas dan is-sehem skond kif ikun jidher fl-ipoteka. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-BDA kienet ħarġet mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet u mhux mill-Awtorita’ tad-Djar.

Xogħlijiet ta' toroq — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' direct orders li ngħataw għal xogħlijiet ta' toroq matul is-sena 2006, inkluż il-valur ta' direct orders u lil min ingħata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Bypass

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620, 22704, 22945, 23101 u 23437 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mall-partijiet involuti kollha sabiex tkun riżolta din il-problema.

MTA — Xogħol tal-portal

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'permess ingħata minn xi struttura li taqa' taħtu biex il-ministeru tat-turiżmu/awtorita' Maltija tat-turiżmu ħarġu x-xogħol tal-portal tal-MTA b'direct order? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tali permess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-benefiċċju ta’ l-Onorevoli Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relevanti in konnessjoni mal-permessi li ħarġu mill-Ministeru tat-Finanzi li jkopru lill-Ministeru tat-Turiżmu u lill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fir-rigward tas-servizz msemmija.