Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Impjegati tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti talli ħebbew għall-impjegati tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, kien hemm 9 persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq akkużi ta' ħebb fuq impjegati tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.

Pulizija — Rapporti ta' serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru serqiet u/jew hold-ups is-sena l-oħra u kemm ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 17124, 18971, 18973, 18975, 19492, 20089, 20644, 20646, 22412, 22415, 23463 u 23465.

Pulizija — Rapporti ta serq ta' mobile phones

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones is-sena l-oħra u kemm ġew ritornati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija li nsterqu 1,942 mobile phones. Infurmat ukoll illi l-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija mhux disponibbli.

Imwiet Traġiċi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu nies traġikament is-sena l-oħra? X'kienet il-kawża tal-mewt u x'eta' u x'sess kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li tilfu ħajjithom traġikament matul is-sena 2006 kien kif ġej: Kawża tal-mewt Irġiel Nisa Total Inċidenti tat-traffiku 11 0 11 Suwiċidju 20 4 24 Overdose 4 2* 6 Oħrajn 20 8 28 *Il-kawża tal-mewt f'każ minnhom għad trid tkun konfermata. L-eta' tal-vittmi kienet bejn is-sentejn u t-tlieta u tmenin sena.

Pulizija — Rapporti dwar serq ta' vetturi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu vetturi jew serqiet minn vetturi s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 17124, 18971, 18973, 18975, 19492, 20089, 20644, 20646, 22412, 22415, 23463 u 23465.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħi u tas-second car tiegħi matul is-sena 2006 kienu ta' Lm1,451.54 u Lm258.06 rispettivament.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-karozza uffiċjali tal-Ministru hija mikrija u għaldaqstant il-manutenzjoni ssir mill-kuntrattur. Informat ukoll li l-ispiża għall-manutenzjoni għat-tieni karozza fl-2006 kienet ta' Lm163.23c.
Leg 10 PQ #23281 Sitting 490 2007-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tal-karozza uffiċċjali, peress li hija 'leased', ma jithallsux spejjeż għal manutenzjoni jew ħsarat peress li dawn huma koperti bil-kuntratt. Dwar is-second car, li hija karozza li għandha seba' snin (1999), l-ispiża għal manutenzjoni jew ħsarat matul l-2006 kien ta' Lm 2,837.71.
Leg 10 PQ #23282 Sitting 490 2007-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi matul l-2006 intefqet is-somma ta' Lm 3,575.06 għal manutenzjoni/tiswijiet tal- karozza u s-second car tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħi matul is-sena 2006 kienet dik ta' Lm1,401.16. Infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda spiża simili fuq is-second car tiegħi għaliex din hija karozza tal-kiri.

Għawdex — Student fl-iskola tal-Vajringa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li student li jattendi l-iskola tal-Vajringa (year 5) li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu bżonn ta' assistenza psikjatrika, m'huwiex qiegħed jingħata din l-għajnuna għaliex il-gvern m'għandux dan is-servizz f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sevizz ta' psikjatrija qatt ma kien servizz li jingħata mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni iżda mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 10 PQ #23434 Sitting 490 2007-02-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Lunzjata l/o Fontana

Question

Tista' l-Ministru tieħu ħsieb biex ħajt li qiegħed f'raba fil-Lunzjata, limiti ta' Fontana li ġġarraf ħtija ta' drenaġġ li żbroffa għal ġo fih, jerġa' jinbena peress illi dan qiegħed ikerrah id-dehra panoramika ta' l-ambjent ta' madwaru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda tieħu azzjoni biex jitranġa l-ħajt imsemmi.

Kunsill Malti għall-Isport — National Sports Strategy

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tan-National Sports Strategy għat-tliet snin li ġejjin li ħadem fuqha l-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-dokument mitlub qiegħed f'idejja għall-konsiderazzjoni tal-Ministeru. Nittama li ma ndumx ma nkun f'pożizzjoni biex nippubblikah.

Universita' — Professuri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23044, jista' l-Ministru jgħid min jokkupa l-karigi msemmija fit-tweġiba? Jista' jindika eżattament f'kull każ x'inhuma l-allowances mogħtija u jekk humiex parti minn ftehim kollettiv jew ftehim ta' xorta oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix policy li niżvela fil-pubbliku dħul ta' individwi f'ċirkostanzi kif previst mill-Mistoqsija. L-allowances huma ġeneralment mifthema fil-Ftehim Kollettiv u kif imfisser fit-tweġiba diġa mogħtija.

Skejjel — Kapijiet/asst. kapijiet u għalliema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23043, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Istat li tbiddlu? Jekk fl-affermattiv, meta u minn fejn ġew trasferiti u fejn jinsabu fil-preżent?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' kapijiet li tbiddlu mill-bidu ta' din is-sena skolastika huwa ta' erbgħa. Id-data tat-trasferiment ta' kap minnhom hi fl-20 ta' Lulju 2006 li mill-iskola ta' l-Għarb ġie trasferit għall-Post-Sekondarja tar-Rabat, Għawdex. It-tlieta l-oħra ġew trasferiti fit-18 ta' Settembru 2006 u l-iskejjel li ġew trasferiti minnhom kienu Sekondarja Subien tan-Naxxar, Baħrija u Qormi SS 'A', u l-iskejjel li jinsabu fihom huma Primarja Sta. Venera, Marsaskala u Rabat 'A' rispettivament.

Każ dwar pensjonant

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid għaliex persuni oħra li rtiraw fl-istess sena u grad tiegħu qed jieħdu madwar Lm14 fix-xahar aktar minnu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Helsien ta' taxxa doppja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema pajjiżi hemm trattati għall-ħelsien ta' taxxa doppja u kemm hemm li magħhom qed jiġu negozjati bħalissa? F'liema stadju jinsabu dawk li qed ikunu negozjati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ pajjiżi li magħhom daħal fis-seħħ trattat għall-ħelsien minn taxxa doppja hija din: Afrika ta’ Isfel, Albanija, Awstralja, Awstrija, Barbados, Belġju, Bulgarija, Ċina, Ċipru, Danimarka, Eġittu, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja, Kanada, Kroazja, Indja, Italja, Iżlanda, Kuwait, Latvja, Lebanon, Libja, Litwanja, Lussemburgu, Malasja, Norveġja, Olanda, Pakistan, Polonja, Portugal, Repubblika Ċeka, Repubblika tal-Korea, Romania, San Marino, Sirja, Slovakja, Slovenja, Spanja, Svezja, Tuneżija, Renju Unit, Ungerija. Hemm trattati wkoll ma’ l-Iżvizzera u l-Istati Uniti iżda dawn huma limitati għall-ħelsien minn taxxa doppja rigward profitti miksuba minn tħaddim ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali. It-trattati ma’ l-Emirati Għarab Magħquda, il-Greċja, il-Marokk, ir-Russja u Singapore huma iffirmati u qed jistennew li jiġu ratifikati qabel jidħlu fis-seħħ waqt it-trattati mal-Ġordan, l-Irlanda, it-Tajlandja u l-Ukrraina kienu ġew konklużi f’livell tekniku imma għadhom ma ġewx iffirmati. Bħalissa għaddejin negozjati mat-Turkija u l-Iżvizzera rigward il-konklużjoni ta’ negozjati dwar trattat għall-ħelsien minn taxxa doppja kif ukoll infetħu taħdidiet ma’ l-Istati Uniti f’dan ir-rigward.

MEPA — Environmental permit

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm-il environmental permit ħareġ mill-MEPA sal-lum? Lil min ħarġu u għal xiex ħarġu? Taħt liema liġi u xi proċedura tiġi adottata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-environmental permits għall-forom ta' operat li nħarġu s' issa huma prinċiparjament dawk il-permessi li nħarġu taħt Avviż Legali 337/01. Dettalji dwar dawn il-permessi qed jingħataw fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari 23472. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet żewġ IPPC permits: lill-WasteServ (Malta) Ltd għal-landfill ta' Zwejra u lill-Medichem Manufacturing Malta Ltd. Dawn inħarġu taħt Avviż Legali 118/04 u avviżi legali relatati. Environmental permits oħrajn jinkludu permessi għal attivitajiet, importazzjoni u esportazzjoni ta' speċi, kimiċi u skart, fejn l Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha tagħti l-kunsens tagħha. Statistika dwar dawn il-permessi għadha trid tinġabar. Il-proċeduri użati huma dawk deskritti fil-leġislazzjoni rispettiva.