Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Bejgħ ta' alkoħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm itellgħu persuni l-qorti akkużati li biegħu alkoħol lit-tfal taħt is-16-il sena u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-sena 2006, ninsab infurmat illi t-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.20475 għadha tgħodd.
Leg 10 PQ #23259 Sitting 491 2007-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Kontijiet tat-telephone

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ammonti ta' flus li tħallsu f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006 kienu Lm3136,95 u Lm3630,05 rispettivament. Ma narax li hija prudenza li nsemmi l-ismijiet fil-Parlament.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul is-sena 2006 kienet ta’ Lm1,310.82ċ. Rigward is-second car, fuq din ma kien hemm l-ebda spiża fuqha għaliex tinżamm ġewwa garage.
Leg 10 PQ #23285 Sitting 491 2007-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Karozzi uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tagħha u tas-second car tagħha matul is-sena 2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispiża għal manutenzjoni/repairs matul l-2006 kienet ta' Lm37.98 u dan għall-karozza tiegħi biss peress li ma kienx hemm second car.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispiża għall-manutenzjoni / tiswija tal-karozza uffiċjali tal-Ministru matul is-sena 2006 kienet ta' Lm2,750.92c. Ma kienx hemm infieq fuq manutenzjoni / tiswija tat-tieni karozza tiegħu matul is-sena 2006

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-ispiża għall-manutenzjoni / repairs tal-karozza uffiċjali u tas-second car tiegħi matul is-sena 2006 kienet Lm868 u Lm593 rispettivament.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2006 saru b’kemm jiswew Lm 874.67 fi spejjeż ta’ manutenzjoni/tiswijiet fuq il-karozza BMW 520 li hi l-vettura uffiċjali tal-ministru. Ma saru ebda spejjeż fuq it-tieni karozza.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza ministerjali, matul is-sena 2006, kienet ta' Lm229. It-tieni karozza hija mikrija b'kuntratt, liema kuntratt jinkludi l-manutenzjoni ta' l-istess vettura.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali — Servizz ta' nurse

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-fondazzjoni għall-ħarsien soċjali se jimpjega s-servizz ta' nurse biex tieħu post in-nurse li rtirat is-sena l-oħra mill-adult training centre ta' Fleur-de-Lys? Għaliex fl-ATCs kollha m'hemmx is-servizz ta' nurse? Kemm hemm klijenti fl-ATCs li jieħdu mediċina waqt li huma jattendu l-ATCs u kemm hemm klijenti li għandhom bżonn is-servizz ta' nurse anke jekk dawn ma jieħdux mediċina?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel u t-Tieni Parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li bħalissa qed isir eżerċizzju dwar il-bżonnijiet ta’ kull Ċentru nkluż is-servizz ta’ nurse, iżda f’każijiet ta’ emerġenza ċ-Ċentru ta’ Fleur-de-Lys jkun moqdi minn nurse f’Ċentri oħra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li b’kollox hemm 92 klijent li jingħataw il-mediċina waqt li jattendu ċ-Ċentru rispettiv tagħhom. L-Onor. Interpellant żġur li jifhem li l-bżonn ta’ nurse għall-klijenti li ma jieħdux mediċina jvarja minn jum għal jum skond il-kundizzjoni tal-klijent u għalhekk hu diffiċli li wieħed jgħid kemm hu n-numru ta’ dawn il-klijenti.

Autism students

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tlett snin kemm kien hemm studenti statemented bl-autism, li jinkludi aspergers syndrome and pervasive developmental disorder, li kienu qed jattendu fl-iskejjel sekondarji, kemm fil-Junior Lyceums kif ukoll fl-area secondaries? Kemm minn dawn l-istess studenti komplew l-iskola sal-form 5 u kemm minnhom irnexxielhom iġibu xi ċertifikat? F'dawn l-aħħar tlett snin kemm kien hemm studenti bl-autism li bdew jattendu fl-iskejjel speċjali wara li spiċċaw il-year 6?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar tlett snin kien hemm 6 studenti bl-autism li attendew skejjel speċjali wara li spiċċaw il-year 6. Informazzjoni li turi n-numru ta' studenti statemented bl-autism li jinkludi aspergers syndrome and pervasive development disorder li kienu jattendu kemm fil-Junior Lyceums kif ukoll fl-area secondaries u kemm minnhom irnexxielhom iġibu xi ċertifikat fl-aħħar tlett snin ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Limbordin

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22918 dwar triq ġdida fil-Limbordin, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew l-istudji ambjentali fuq l-impatt ta' din it-triq? Jekk l-istudji tħejjew, jista' ipoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li qegħdin isiru studji preliminarji fuq din il-proposta u għalhekk mhux opportun illi nagħtu risposta għal dawn il-mistoqsijiet qabel ma jiġu konklużi dawn l-istudji.

San Pawl il-Baħar — Limbordin

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22918, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li l-art tagħhom se tintlaqat bit-triq il-ġdida? Liema huma dawn il-bdiewa? Kif ittieħdet id-deċiżjoni mnejn se tgħaddi t-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23508.

Bugibba — St Anthony Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku biex tagħlaq St Anthony Street, f'Buġibba? X'jiġri fil-każ li r-residenti jkollhom bżonn ambulanza jew fire engine għal xi emerġenza f'din it-triq? Kif se tkun aċċessibbli din it-triq f'każ ta' emerġenza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Xogħol ta' spray

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-garaxx li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, x'xogħol kummerċjali hu ntitolat li jagħmel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-post inkwestjoni huwa liċenzjat li jiġġestixxi attivita' kummerċjali taħt kodiċi 50.2 li huwa manteniment u tiswija ta' vetturi bil-mutur.

San Pawl il-Baħar — Limbordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-mina li qed tiġi proposta għat-triq ġdida fil-Limbordin (ara tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22918) ma ssirx ħalli ma jitħarbatx l-ilma ġieri ta' taħt l-għolja tax-Xagħra ta' l-għansar li l-bdiewa tant għandhom bżonn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #23513 Sitting 491 2007-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Turisti Russi

Question

Se jiddaħħlu xi proċeduri ġodda biex ir-Russi jkunu jistgħu jiġu Malta? Ġie analizzat x'effett se jħallu dawn il-proċeduri fuq l-ammont ta' turisti li jiġu f'pajjiżna mir-Russja?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'dan l-istadju mhux previst li, qabel is-sajf li ġej, jiddaħħlu xi proċeduri ġodda biex is-Russi jkunu jistgħu jiġu Malta.
Leg 10 PQ #23528 Sitting 491 2007-02-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Librerija pubblika

Question

Tista' l-Ministru tara li l-librerija pubblika ta' Għawdex tiġi fornuta bil-faċilita' reader screen għal microfilms kif ukoll tara li fil-librerija jiġu provduti kopji ta' micro films ta' gazzetti li jinsabu fil-librerija Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

F’Ġunju 1998 ġew akkwistati żewġ microfilm readers mingħand l-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku, bil-ħsieb li aktar ‘il quddiem jiġu akkwistati kopji fuq microfilms ta’ materjal (inkluż gazzetti), li jinsab fil-Librerija Nazzjonali. Dan ma seħħx għaliex nstab li l-proċess ta’ microfilming tal-gazzetti jinvolvi tul ta’ żmien. Il-Librerija Nazzjonali, bir-riżorsi preżenti, qed jirnexxiela tlaħħaq biss mad-domanda tal-klijenti tagħha. Oltre dan, il-Librerija Nazzjonali qed taħdem sabiex fil-futur qarib, il-kopji tal-gazzetti jiġu pproċessati b’sistema diġitali.

Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn djar ta' l-anzjani privati? Liema huma u fejn qegħdin u kemm hu n-numru ta' anzjani residenti f'kull waħda? Liema huma dawk id-djar li fihom jingħata sussidju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għad hemmx ħlasijiet pendenti għad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm huma u lil min huma dovuti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda ħlasijiet pendenti għad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla.

Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqum l-ispiża għall-gvern għal kull anzjan fl-SVPR u fid-dar ta' Bormla u ż-Żejtun?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija qegħda tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.