Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li qegħdin il-ħabs u li qegħdin hemm għaliex ma ngħatawx pleġġ? Kemm hemm nisa? Kemm minnhom huma taħt il-25 sena? Waqt li qed jistennew deċiżjoni tal-Qorti, jingħataw x'jagħmlu fil-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm mija u seba' (107) persuni li qegħdin taħt arrest preventiv.
Priġunieri nisa hemm sbatax (17). Minn dawn hemm erbgħa (4) li huma taħt il-ħamsa u għoxrin sena.
Il-priġunieri nisa waqt li jkunu jiskontaw sentenza jew taħt arrest jagħmlu xogħol ta' tindif, tisjir, jipproduċu envelopes u jagħmlu xogħol ta' knitting, ganċ u tpinġija. Jingħataw ukoll lezzjonijiet fil-franċiż, taljan, ingliż, filosofija u arti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li talba li saret mill-iskola Primarja tax-Xgħajra sabiex nurse tmur u tara lit-tfal, ma ġietx milqugħa? Huwa minnu li ma nstabitx nurse oħra ħalli tpatti għall-assenza ta' nurse oħra li mid-dehra tinsab fuq sick leave?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qatt ma kien hemm talba mill-iskola Primarja tax-Xgħajra biex nurse tmur tara lit-tfal li ma ġietx milqugħa.
Informat ukoll li n-nurse presenti bħalissa tinsab fuq retirement leave u ħarġet sejħa għal nurse oħra.
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Impjieg f'pajjiżna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin li għandhom permess jaħdmu f'Malta llum u kemm kien hawn fil-bidu ta' l-2004? Kif inhuma mqassmin dawn il-persuni, jiġifieri kemm minnhom huma minn pajjiżi fl-UE u kemm minn barra l-UE kemm fir-rigward ta' l-2004 u llum? Liema huma l-aktar erba' pajjiżi li minnhom ġejjin dawk li għandhom permess jaħdmu Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' barranin li għandhom permess jaħdmu f'Malta sas- 27 ta’ Jannar 2007 hu ta' 6682.
Dawn huma mqassmin hekk ;
2759 ħaddiem minn pajjiżi ta' l-UE (27 pajjiż)
3923 ħaddiem minn pajjizi barra minn l-UE.
Informat ukoll li l-aktar erba' pajjiżi li minnhom ġejjin dawk li għandhom permess jaħdmu Malta huma;
Renju Unit 431
Serbja Montenegro 353
Ċina 236 u
Bulgarija 169.
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ m’għandiex ċifri dwar is-sitwazzjoni fil-bidu ta' l-2004 minħabba li din il-funzjoni ma kienetx taħt il-kompitu ta' l-KXT imma tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates fi ħdan il–Ministeru tal-Ġustizzja u l-Affarjijiet Interni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jagħti l-Istat lill-Knisja fl-erbgħa snin li għaddew sas-sena kurrenti għall-iskejjel tagħha? Kemm tħallsu attwalment kull sena flus lill-Knisja? X'inhuma l-pendenzi, jekk jeżistu, fil-ħlasijiet li l-Knisja għandha tirċievi mill-Istat sad-data tal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' Triq Għajn Qatet, fir-Rabat, Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tal-31 ta' Jannar 2007 dwar manutenzjoni ta' Triq Għajn Qatet jiena nfurmata li kienet diġa saret manutenzjoni fit-triq imsemmija fit-23 ta' Jannar 2007.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22930 u 23413 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġew riferuti lill-Prim Ministru, jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid min huwa inkarigat mil-lista tal-protokoll? Min japprova l-lista tal-protokoll? Meta ġie emendat l-aħħar il-protokoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23430, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jwieġeb fi stadju ulterjuri? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika meta? U jekk mhux il-ħsieb li jagħti t-tweġiba kif mitluba fl-istess mistoqsija parlamentari 23430, jista' ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa informajt lill-Onor. Membru, l-Gvern permezz tal-KMS, fis-sena 2006 investa Lm600,000 kif infisser fil-PQ22059. Bħal ma jiġri fil-proġetti kollha, pubbliċi u privati, il-pagamenti ma jsirux kollha fis-sena finanzjarja li fiha l-fondi jkunu ġew konnessi b'tender u kuntratti skond il-proċeduri finanzjarja tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-kunsill Malti għall-kultura u l-arti f'dawn l-aħħar tlett snin? Jista' jagħti d-dati ta' kull laqgħa u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi? Jista' ġentilment jagħti din l-informazzjoni skond min kien iċ-chairman ta' l-istess kunsill f'dak iż-żmien partikolari?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' karozzi u vetturi fl-OPM u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa globali għall-kiri ta’ karozzi u vetturi għas-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fl-OPM u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa globali fuq mobile phones għas-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar ta' l-OPM u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa fuq safar għas-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Din l-informazzjoni tirreferi għal dak is-safar li l-kontijiet tagħhom ġew finalizzati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels ta' l-OPM u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa totali fuq fuels għas-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephonefil- Ministeru u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt l-OPM?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar nefqa fuq kontijiet ta’ telephones matul is-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezzjonijiet, ilmenti u/jew protesti li rċeviet l-Armata mingħand is-suldati li nqabżu fil-promozzjonijiet li ngħataw riċentement?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura, risposta għall-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta aktar ’l quddiem.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru każi ta' arson is-sena l-oħra u fejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija kellha 123 ir-rapport ta' każi ta' ħruq mhux aċċidentali, f'dawn il-lokalitajiet:
B'Kara
Ħamrun
M'Xlokk
Pembroke
St Luċija
Żejtun
B'Bugia
Iklin
Mdina
Qormi
St Venera
Żurrieq
Bormla
Kalkara
Mellieħa
Qrendi
Siġġiewi
Kerċem
Fgura
Kirkop
Mosta
Rabat
Sliema
Nadur
Għargħur
Luqa
Msida
San Ġiljan
Valletta
Qala
Għaxaq
Marsa
Naxxar
San Ġwann
Żabbar
Xagħra
Gżira
M'Scala
Paola
San Pawl il-Baħar
Ħaż Żebbuġ
Żebbuġ
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm itellgħu persuni akkużati li daħħlu tfal taħt l-eta' ġo postijiet tad-divertiment is-sena l-oħra u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra 20 persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment, uħud minnhom aktar minn darba, wara li kienu nstabu 56 persuna taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment. Fil-każi deċiżi s'issa, dawk misjuba ħatja, ingħataw multa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma ħlasijiet ta' VAT is-sena l-oħra u x'kien ir-reat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2006, in-numru ta’ nies li ttellgħu l-Qorti fuq reati konnessi ma’ ħlasijiet ta’ VAT kien kif ġej:
1933 persuna reġistrata mad-Dipartiment tal-VAT ittellgħu minħabba li naqsu li jissottomettu d-denunzji rispettivi bi ħlas relattiv fiż-żmien stabbilit;
145 persuna reġistrata mad-Dipartiment ittellgħu minħabba li naqsu li jaderixxu ruħhom ma’ sentenzi mogħtija preċedentement mill-Qorti fil-konfront tagħhom rigwardanti ottemperanza ta’ sottomissjonijiet ta’ denunzji;
36 persuna oħra ttellgħu għaliex repetutament issottomettew denunzji tal-VAT mingħajr il-ħlas dovut;
72 individwi tressqu minħabba li kienu importaw u/jew daħħlu Malta illegalment prodotti suġġetti għal ħlas tal-VAT.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li tressqu l-qorti s-sena li għaddiet u għaliex? X'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-2006, quddiem il-Qorti tal-Minorenni (Malta) kien hemm 92 każ dwar ir-reati hawn taħt imsemmija. Hemm persuni li tressqu iktar minn darba matul is-sena.
Dagħa u kliem oxxen fil-pubbliku4
Ferita ta’ natura gravi3
Ferita ta’ natura ħafifa9
Ħruq (Arson)2
Ħsara volontarja3
Inġurji / Insulti8
Ksur ta’ bon ordni12
Ksur ta’ diċenza pubblika2
Tlajjar għal prostituzzjoni7
Pussess ta’ droga2
Serq12
Sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja20
Stupru1
Tipjip f’post ipprojbit7
Total92
L-informazzjoni dwar Għawdex hija s-segwenti:-
Sewqan bla liċenzja1
Kaċċa bla liċenzja1
Ksur ta’ bon ordni4
Serq1
Użu minn apparat tat-telekomunikazzjoni għal għan mhux dak li huwa provdut għalih1
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw promotions fl-armata f'dawn l-aħħar 12-il xahar? X'tip ta' promozzjonijiet kienu u x'kienu r-ranks affettwati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura, risposta għall-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta aktar ’l quddiem.