Legislature:
Category:
Reset
Active:

Binġemma — Poles tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikmanda li l-poles tad-dawl immarkati fuq il-mappa li qed tintbagħat separatament, fil-limiti ta' Binġemma jinbidlu u jekk jista' ikun jitressqu għat-triq immarkata minħabba li qegħdin fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li l-arbli li saret referenza għalihom jinsabu fi stat daqshekk ħażin, għaldaqstant mhux sejrin jinbidlu għalissa.

Surcharge fuq id-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21814 u jgħid jekk jistax jgħid kemm nefaq il-gvern biex eżenta 13,000 familja mis-surcharge fuq id-dawl u l-ilma matul is-sena 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiża għall-Korporazzjoni Enemalta biex teżenta 13,000 familja mis-surcharge fuq id-dawl u l-ilma matul is-sena 2006 hija stmata li tammonta għal Lm660,000. Ta' min wieħed iżid li din hija stima peress li l-kontijiet għas-sena 2006 ikunu għadhom ma ħarġux kollha.

Malta Enterprise — Investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proġett approvat il-Malta Enterprise din is-sena? Kemm huwa mistenni li jiġġeneraw investiment? Kemm hu mistenni li joħolqu mpjegi fit-tliet snin li ġejjin? Kemm minn dawn il-proġetti huma għal Għawdex? Kemm se jkun l-investiment tagħhom f'Għawdex? Kemm se joħolqu mpjiegi f'Għawdex? Jista' jagħtina l-istess informazzjoni għall-2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Fl-2005, il-Malta Enterprise approvat 69 proġett (li jinkludi proġetti Maltin u barranin u huma proġetti ġodda u espansjonijiet). Dawn ipproġettaw investiment ta' Lm28,783,437 u li jħaddmu 912 impieg full timers u 16 part timers sat-tielet sena ta l-operat tagħhom (dawn il-figuri jirriflettu proġetti approvati matul l-2005 irrispettivament ta l-istatus tagħhom). Sa Novembru 2006, il-Malta Enterprise approvat 87 proġett (li jinkludi proġetti Maltin u barranin u huma proġetti ġodda u espansjonijiet). Dawn ipproġettaw investiment ta Lm36,614,817 u impjiegi ta 2612 sat-tielet sena ta’ l-operat ( dawn il-figuri jirriflettu proġetti approvati matul l-2006 irrispettivament ta l-istatus tagħhom). Fl-2005, ġew approvati 6 proġetti għal Għawdex li pproġettaw investiment ta’ Lm1,478,600 u impjiegi ta' 160 sat-tielet sena ta' l-operat ( dawn il-proġetti għall-Għawdex jirriflettu proġetti irrispettivament ta l-istatus tagħhom). Fl-2006, ġew approvati 7 proġetti għal Għawdex li pproġettaw 31 impjieg u li investu Lm 289,000 sat-tielet sena ta’ l-operat tagħom.

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha impjegati magħha l-kumpannija Air Malta sa Mejju ta' l-1987, kategorija kategorija u/jew skala skala u/jew kariga kariga? Kemm ġew impjegati ħaddiema mal-kumpannija sena b'sena minn Ġunju 1988 sa Diċembru 2006, kategorija kategorija u/jew skala skala u/jew kariga kariga?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Freeport Corporation — Trasferiment ta' artijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-Kummissarju ta' l-Artijiet ittrasferixxa l-artijiet li kien esproprja f'Bengħajsa, limiti ta' Birżebbuġa, lill-Malta Freeport Corporation Ltd., taħt liema titolu u x'kienet il-konsiderazzjoni li tħallset? Jista' jgħid x'tip ta' ftehim hemm bejn il-Malta Freeport Corporation Ltd. u l-Malta Freeport Terminals Ltd. biex din topera fuq l-art imsemmija fl-ewwel domanda, taħt liema titolu qed topera fuq din il-proprjeta' u x'konsiderazzjoni qed titħallas? Jista' jikkonferma wkoll jekk il-Malta Freeport Corporation Ltd. hijiex qed tgħaddi l-profitti tagħha lill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Il-profitt tal- Malta Freeport Corporation Ltd u l-utiliżż tagħhom huma murija fl-"audited accounts" li jitpoġġew regolarment fuq il-Mejda tal-Kamra..

AFM — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord responsabbli mill-promozzjonijet li ngħataw fl-Armata riċentement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta’ Malta ma jsirux minn Bord ta’ Għażla, iżda jsiru abbażi tal-Promotion Assessment Report, li jiġi kompilat mill-uffiċjal responsabbli mis-sezzjoni fejn ikun jaħdem l-individwu. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kmandant ta’ kull Reġiment jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar promozzjonijiet lill-Kmandant tal-Forzi Armati, li min-naħa tiegħu jissottometti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-approvazzjoni tal-Prim Ministru.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Servizzi veterinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli mill-operat kollu tas-servizzi veterinarji matul l-2004, l-2005 u l-2006? X'benefiċċji veterinarji xjentifiċi jew veterinarji amministrattivi kellu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2004 u l-2006 ir-responsabbiltà ta’ l-operat kollu tas-servizzi veterinarji kienet kif jidher hawn taħt: Perjodu Dr Carmel Lino Vella 01/01/04 – 13/03/05 Direttur Ġenerali Dr Mireille Vella 14/03/05 – 07/06/06 Direttur Mr Simon Sammut 08/06/06 – 31/12/06 Direttur Ġenerali Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar dettalji dwar x’irid ifisser b ’benefiċċji veterinarji xjentifiċi jew veterinarji amministrattivi.

Biċċerija — EU - regoli

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-biċċerija, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma r-regoli li hemm bzonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-biċċerija jkun konformi mar-regoli ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 23104.

Biċċerija — EU - Direttivi

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-biċċerija, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma d-direttivi li hemm bżonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-biċċerija jkun konformi mad-direttivi ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. L-operat tal-biċċerija jrid jikkonforma mad-diversi direttivi u li dawn id-direttivi qed jiġu regolati mis-Servizzi Veterinarji. F’dan il-kuntest l-istess Servizzi Veterinarji ta’ pajjiżna jikkummissjonaw studji minn żmien għal zmien biex jidentifikaw fejn hemm ħtieġa ta’ azzjoni biex isir titjib kontinwu fl-operat. Abbażi ta’ l-aħħar studju tfassal pjan sabiex sa April ta’ din is-sena jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji.

Farm Esperimentali — EU - Regoli

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-Farm Esperimentali ta' l-Għammieri, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma r-regoli li hemm bzonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-farm ikun konformi mar-regoli ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 23108.

Farm Esperimentali — EU - Direttivi

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-Farm Esperimentali, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma d-direttivi li hemm bzonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-farm ikun konformi mad-direttivi ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. Ir-razzett fl-Għammieri hu biss għal skop ta’ esperimentazzjoni. Ir-rapport li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hu rapport intern biex isir titjib kontinwu biex l-iskop li għalih jopera dan ir-razzett jibqa’ jintlaħaq.

Kaċċaturi u nassaba

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu kaċċaturi u nassaba l-qorti s-sena l-oħra u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija ressqet 419 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ, kif emendat; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; ir-Regolamenti ta' l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).

Pulizija — Armi liċenzjati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew liċenzjati armi ġodda s-sena l-oħra u ta' liema tip kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-armi li ġew reġistrati għall-ewwel darba fis-sena 2006, kienu kif jidher hawn taħt: Air pistols102 Air rifles251 Machine guns4 Mortar1 Muzzle guns21 Pistols281 Paintball guns20 Rifles419 Shotguns363 Muskets6 Revolvers40 Harpoon guns269 Swords2

Posponiment ta' operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew posposti operazzjonijiet is-sena l-oħra u x'tip kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond is-Surgical Operations Register ta' l-Isptar San Luqa, kien hemm 83 intervent li ġew reġistrati bħala posposti għal raġunijiet mediċi matul 2006. It-tabella ta' hawn taħt turi n-numru totali ta' operazzjonijiet li ġew ikkanċellati. Ir-raġunijiet prinċipali kienu: - Acute medical condition - High INR - Severe Bronchitis - Sudden arrhythmia - Un-cooperative patient - Difficult Intubation Year 2006 Operating Theatre Source: Surgical Operations Register Total number Postponed / cancelled SLH - Main 15 SLH - Orthopaedic 6 SLH - Endoscopy 22 KGH - Paediatric 10 KGH - Gynae 4 KGH - Ophthalmic 13 KGH - ENT 11 KGH - Gynae Minor Ops. 2 Fis-Surgical Operations Register, ma jiġux rekordjati textual description of operation ta' l-episodji posposti jew kanċellati għaliex dan jista jiġi ndikat bi svista bħala operazzjoni li saret (eg. TURP cancelled for acute medical condition).

Kaċċaturi u nassaba

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi u nassaba liċenzjati u fejn joqogħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li għandhom liċenzja għall-kaċċa huwa ta' 11,929 filwaqt dawk għall-insib huwa ta' 4,616. Dawn huma residenti f'dawn il-lokalitajiet: Attard Għaxaq Marsa Naxxar San Pawl il-Baħar Żabbar Nadur Balzan Gudja Marsascala Paola Sta Luċija Ħaż Żebbuġ Qala Birgu Gżira Marsaxlokk Pembroke St Venera Żejtun San Lawrenz Birkirkara Ħamrun Mdina Pieta' Siġġiewi Żurrieq Victoria Birżebbugia Iklin Mellieħa Qormi Sliema Fontana Sannat Bormla Isla Mġarr Qrendi Swieqi Għajnsielem Xagħra Dingli Kalkara Mosta Rabat Ta' Xbieb Għarb Xewkija Fgura Kirkop Mqabba Safi Tarxien Għasri Żebbuġ Floriana Lija Msida San Ġiljan Valletta Kerċem Għargħur Luqa Mtarfa San Ġwann Xgħajra Munxar