Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li twaqqfu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri ta' kull bord? Meta twaqqfu u kemm iltaqgħu? X'inhi l-onorarja ta' kull wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi m'għandiex Dipartimenti
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li twaqqfu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri ta' kull bord? Meta twaqqfu u kemm iltaqgħu? X'inhi l-onorarja ta' kull wieħed?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika aktar fid-dettal għal liema perjodu ta’ żmien qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li twaqqfu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri ta' kull bord? Meta twaqqfu u kemm iltaqgħu? X'inhi l-onorarja ta' kull wieħed?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT għandha Bord ta’ Direttur skond l-Att Numru 332 tal-liġijiet ta’ Malta. Dan il-Bord, kompost kif imniżżel hawn taħt, twaqqaf f’Ġunju ta’ l-2006 u jiltaqgħu minimu ta’ darbtejn fix-xahar. Dan jikkonsisti f’ħames membri viz. Chairman, Deputy Chairman u tlett membri flimkien ma' Segretarju tal-Bord.
L-onorarja tal-membri tal-Bord hija dik stabbilita u
cioe
:
Chairman
- Lm7,000
Deputy Chairman
- Lm1,500
Membri - Lm1,500 kull wieħed
Segretarju tal-Bord - Lm3,360 liema ammont japplika biss sa Marzu 2006. Minn Marzu 2006, mhux qed isir ħlas għas-Segretarju tal-Bord minħabba li din il-funzjoni qed jassumiha l-
Legal Manager
ta’ l-Awtorita.
Barra minn hekk hemm
Vintage Cars Board
li għandu d-Direttorat tal-Liċenzji u Ttestjar
cioe
il-
Vintage & Classic/Veteran Vehicles.
Dan il-Bord ġie mwaqqaf fis-27 ta’ Frar 2003 u minn dak iż-żmien l’hawn iltaqgħu 43 darba. Dan il-bord hu kompost minn sitt membri li ma jingħatawx kumpens.
Il-Ministeru/Dipartiment għandu
Negotiating Board
–
Dock No
1 li twaqqaf fit-22 ta’ Frar, 2006, kompost minn
Chairman,
disa' membri u segretarju. Dawn il-membri ta’ dan il-Bord m’għandhomx onorarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Giuseppe Xuereb, Birkirkara hijiex imdaħħla fil-lista tat-toroq li għandhom isiru bit-tarmac?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija hija nkluża fil-programm ta' bini ta' toroq residenzjali li ħa jsiru mill-Awtorita' dwar it-Trasport sas-sena 2008.
Ix-xogħol isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn dan il-program.
Ir-residenti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, huma ntitolati għal sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma peress li jgħixu biss bil-benefiċċji soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili, anki b'mod kunfidenzjali, aktar dettalji minbarra l-indirizz, biex il-każ ikun jista jiġi nvestigat.
Jistgħu jittieħdu passi minn uffiċjali tas-Sanita' biex jinqerdu l-ġrieden li hemm jiġru ħdejn blokki ta' appartamenti f'Ta' Ġiorni, San Ġiljan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fit-2 ta' Frar 207. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.
Ninforma wkoll illi t-Taqsima Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika rċiviet ilment wieħed biss dwar dawn l-akkwati matul ix-xahar ta' Jannar 2007.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-evalwazzjoni tal-ministeru dwar l-impatt ta' l-obbligi tal-ftehim ta' Schengen fuq it-turiżmu mir-Russja lejn Malta?
X'passi qed jittieħdu biex ma nitilfux mit-turisti Russi li qed jiġu lejn Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi t-tibdil fir-reġim tal-visa skond il ftehim ta' Schengen, ser ikun ifisser li individwi li japplikaw għal visa minn kwalunkwe pajjiż marbut b'dan il-ftehim, issa jkunu jistgħu iżuru Malta. Dan jiftaħ opportunitajiet akbar għal Malta sabiex tattira aktar turisti minn pajjiżi bħar-Russja. Ovvjament arranġamenti temporanji li kienu jeżistu s'issa bħal Visa on Arrival, se jiġu terminati għaliex turisti mir-Russja issa se jkollhom faċilita' aktar komda sabiex jorganizzaw il-formalitajiet ta' l-ivjaġġar tagħhom b'aktar effiċjenza u kumdita'.
Meta se jiddaħlu l-miżuri ta' l-obbligi ta' Schengen fuq ir-Russja? X'passi se jittieħdu biex dawn il-miżuri ma jolqtux ħażin il-volum ta' turisti Russi lejn Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miżuri ta' l-obbligi ta' Schengen huma mistennija li se jiddaħħlu fl-aħħar ta' din is-sena meta se jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni.
L-Awtoritajiet tat-Turiżmu jipprevedu li s-Schengen Visa għandha tgħin biex ikun hemm aktar faċilita partikolarment fl-ivvjaġġar ta' turisti mill-pajjizi tas-Schengen u ta' turisti minn pajjizi terzi li jkunu qed izuru pajjizi oħrajn fis-Schengen area. L-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin qed issaħħaħ l-operat tal-ħruġ tal-visas fl-Ambaxxati u Konslijiet ta' karriera ta' Malta f'pajjiżi terzi, sabiex jkunu jistgħu jilqgħu għall-volum ta' turisti minn dawn il-pajjiżi. Apparti dan il-Ministeru kkonkluda wkoll Trattat ta' l-Awstrija li gie in vigore f'Awissu s-sena l-oħra u fejn il-ħrug tal-visas għal-Malta, f'diversi pajjizi terzi diġa qegħdin jiġu pproċessati u maħruġa mill-Ambaxxati u Konsolati Awstrijaċi. Qed nistennew ukoll ir-ratifika mill-Italja ta' Trattat simili ma l-Italja li diġa' huwa iffirmat u għandu wkoll kopertura wiesgħa bħal dik ta' l-Awstrija.
Liema pajjiżi se jkunu obbligati li jdaħħlu l-miżuri tal-Ftehim ta' Schengen fix-xhur li ġejjin? Meta se jidħlu dawn il-miżuri? X'effetti se jħallu fuq it-turiżmu lejn pajjiżna?
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-iskema care and repairperess li s-soqfa, il-bieb ta' barra u l-kamra tal-banju ma jinsabux f'kondizzjoni tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ma jaħdimx u jgħix bir-relief u qed iġarrab anke mard fil-familja, jibbenefika mill-iskema care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tgħid meta l-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li jinsab fil-Belt Valletta u li hu ta' l-uffiċċju konġunt, ingħata mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali lill-inkwilini? X'jikkonsisti l-fond? Tista' titpoġġa kopja tal-ftehim tal-kirja u tal-pjanta fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ftehim tal-kirja tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant ġie ffirmat fit-2 ta' Settembru 1998.
Il-fond hu mqassam kif jidher fil-pjanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien mal-kopja tal-ftehim tal-kirja.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23498, jista' l-Ministru jikkonferma li b'diversi każi ġiet akkwistata proprjeta' għall-użu ta' substation bi ħlas meta l-bżonn għall-istess substation kien preċiżament għall-iżvilupp ta' l-istess sid li min għandu ġiet akkwistata l-proprjeta' għall-substation?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond l-Electricity Supply Regulations, (LN 27/1999) l-Enemalta hija obbligata li tixtri u tiffinanzja substations jekk l-iżvilupp huwa kklassifikat skond l-istess Electricity Supply Regulations bħala ‘Multiple Consumer’.
Jista' l-Ministru jgħid, b'riferenza għax-xogħol li sar fit-Triq ta' Ħal Far, kemm huma twal is-sections tat-triq li nbidlulhom il-livell i.e. tbaxxiet jew ogħliet it-triq?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-bill of quantities ta' din it-tender?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tul tat-triq li ġiet ri-kostruwita fil-proġett tat-triq ta’ Ħal-Far (Phase 3) għandha tul ta’ madwar 3.0 kilometri. Il-livelli tat-triq inbidlu f’diversi stanti fejn f’erbgħin fil-mija tagħhom kien hemm żieda fil-livell u fis-sittin fil-mija l-oħra kien hemm tnaqqis.
Kien hemm tul ta’ madwar 1400 metru fejn il-livelli nbidlu b’aktar minn 20cm u kien hemm tul ta’ madwar 700m fejn il-livelli nbidlu b’aktar minn 30cm.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun mgħarraf li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għax din hija ta' natura kummerċjali.
B'riferenza għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, liema triq kulħadd jaf li hija mibnija fuq it-tafal, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kostruzzjoni ġiet speċifikata fit-tender minħabba dan it-tip ta' terren? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-bill of quantities ta' l-istess tender?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsba infurmat li t-tip ta’ kostruzzjoni li ġiet speċifikata fit-tender kienet propju immirata għall-struttura fuq it-tafal u kienet tikkonsisti :-
150mm ‘
Cement Bound Material
’
200mm ‘
Type
1’
200mm ‘
Asphalt
’ (‘
Base
’, ‘
Binder
’ u ‘
Wearing Course
’)
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Nterpellant għandu jkun mgħarraf li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għax din hija ta’ natura kummerċjali.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlementari 22316 dwar il-qasam tas-snajja' Ta' Dbieġi, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma ż-żewġ affarijiet żgħar ħafna li kienu għadhom ma tlestewx? Tista' tgħidli jekk issa tlestewx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ż-żewġ affarijiet żgħar li kienu għadhom ma tlestewx kienu il-kaptelli ta' "man hole" u ftit "pavers" tal-bankina ta' barra, kif ukoll l-imblukkar ta' żewġ knaten fir-recint tal-Qasam tas-Snajja.
Jiena nfurmata wkoll li dan ix-xogħol sar kollu kif ukoll tiswija ta' pilastru tar-recint li ntlaqat minn karozza fit-triq ta' quddiem.
Tista' l-Ministru tgħid kemm xtara karozzi l-ministeru tagħha mill-2003 'il hawn? Ħarġu offerti għax-xiri tagħhom? Għal min inxtrat kull waħda minnhom? Kemm inxtrat? Mingħand min? X'kien il-valur normali tas-suq tagħha? Saret xi nefqa oħra fuqhom minn meta nxtraw? Jekk fl-affermattiv, għaliex saret in-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22746 dwar proġetti approvati mill-Malta Enterprise fl-2005 u fl-2006, jista' l-Ministru jagħtini l-informazzjoni li tlabtu?