Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpannija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b'sena mill-1999 sa l-2005 biex twaqqaf impriża f'Għawdex? Kemm kien l-investiment totali sena b'sena ta' dawn il-kumpanniji? Kemm ħaddiema qed iħaddmu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsiru xi culverts jew sistema għad-drenaġġ ta' l-ilma tax-xita ġo Triq E.B. Vella, l-Mosta, liema triq tkun mgħerrqa fuq kull darba li tagħmel ħalba xita ġmiela? L-iktar naħa li tegħreq fil-fatt hija n-naħa tal-bankina li tmiss mas-Sgħajtar.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li peress li m'hemmx sistema ta' culverts fit-toroq ta' madwar Triq E B Vella ma kinetx ser issir stormwater culvert fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Xorta waħda ser issir konsultazzjoni mad-Drawing Office ta' l-ADT biex forsi tinstab soluzzjoni għal dini l-problema.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq hemm pjanati għall-2007 biex isiru fin-Naxxar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qiegħda tibni numru ta' toroq fil-lokalita' tan-Naxxar. Dawn it-toroq kollha jiffurmaw parti mill-program ta' toroq li ħarġet l-istess Awtorita' u li huwa ppjanat li jitlestew sas-sena 2008.
It-toroq li qed jinbnew bħalissa jew li se jibdew fil-ġimgħat li ġejjien huma :-
Triq Baħar iċ-Ċagħaq, Triq Sir Harry Luke, Triq A De Contreras, p/o Triq Ġdida fi Triq San Mark, p/o Triq San Franġisk t'Assisi.
Fil-ġimgħat li għaddew tlestew ukoll Triq Porzjunkola u Triq Ġdida fi Triq San Franġisk t'Assisi.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22930 u 23413 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġew riferuti lill-Prim Ministru, jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid min huwa inkarigat mil-lista tal-protokoll? Min japprova l-lista tal-protokoll? Meta ġie emendat l-aħħar il-protokoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Uffiċċju tal-Kabinett huwa nkarigat mil-lista tal-Protokoll. Din tiġi emendata fuq l-approvazzjoni tal-Kabinett. Il-lista ġiet emendata l-aħħar f’Mejju 1997.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Universita' ma taċċettax jew inkella tagħmilha diffiċli ħafna li taċċetta f'ċertu każi persuni li huma fil-grad ta' instructor li jagħmlu post graduate course fil-management?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'każ li l-Onor. Membru qiegħed jirreferi għall-Postgraduare Diploma in Education (Administration and Management), bħal kull postgraduate kors ieħor, ir-rekwiżit tad-dħul huwa grad Universitarju jew ekwivalenti. Għal dan il-kors l-applikanti għandhom ikollhom waħda mill-kwalifiki li ġejjin :
- grad fl-edukazzjoni mill-Universita' ta' Malta jew minn universita' rikonoxxuta oħra, flimkien ma' seba' snin esperjenza ta' tagħlim fuq bażi full-time,
- grad u Postgraduate Certificate in Education, it-tnejn miksuba mill-Universita' ta' Malta jew minn universita' rikonoxxuta oħra, flimkien ma' seba' snin esperjenza ta' tagħlim fuq bażi full-time,
- grad u Graduate Teachers' Certificate maħruġ mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, flimkien ma' għaxar snin esperjenza ta' tagħlim fuq bażi full-time,
- ċertifikat ta' għalliem mill-Kulleġġi Maltin ta' l-Edukazzjoni, flimkien ma' għaxar snin esperjenza ta' tagħlim fuq bażi full-time.
Informat li kull min għandu dawn il-kwalifiki jkun ammes fil-kors.
Jista' l-Ministru jikkonsidra b'urġenza li jitwaħħlu speed cameras fit-triq arterjali li tagħti bejn il-Mosta u l-Mġarr u dan għaliex diversi sewwieqa qegħdin jilmentaw mill-veloċita' eċċessiva li xi ftit sewwieqa qegħdin jużaw f'din it-triq, liema triq diġa' rat vittma? Jekk dan mhux possibbli jista'jsib xi soluzzjoni oħra biex il-ħajja tas-sewwieqa tiġi protetta f'din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir xi ħaġa biex tiġi rranġata t-triq fi Sqaq 1, Triq San Martin, Rabat, Malta u dan għaliex it-triq tinstab fi stat impossibbli mimlija ħofor, iktar u iktar fil-kuntest li Triq San Martin ġiet mogħtija t-tarmac u din il-biċċa tħalliet mhux magħmula?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant hija nkluża fil-programm tat-toroq li jridu jsiru.
Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq ser isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jitlob lid-dipartiment jinvestiga l-istat li fiha tinsab l-area fi sqaq 1, Triq San Martin, Rabat Malta u dan għaliex qed ikun hemm rapporti ta' rodents f'dan il-post?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li waqt spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma rriżultax li hemm infestazzjoni ta' ġrieden u l-anqas akkumulu ta' żibel fi Triq San Martin, Sqaq Numru 1, Rabat.
It-Taqsima Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma rċiviet l-ebda lment dwar dawn l-akkwati matul ix-xahar ta' Jannar 2007, sal-ġurnata ta' llum. Ma dan kollu, l-ħaddiema tal-Pest Control għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fl-14 ta' Frar 2007. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min ser ikun responsabbli biex iħallas l-ispiża biex jinqalbu l-cash registers tal-bejjiegħa u n-negozji fil-proċess tal-euro changover, il-gvern jew l-istess negozjanti? Huwa minnu li l-ħlas għal tali servizz huwa bejn Lm30 u Lm36 għal kull cash register?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif diġà ġie mħabbar mill-Gvern u qed jiġi kkomunikat b’mod estensiv mill-Kumitat Nazzjonali għall-bidla għall-Ewro, ma jeżisti l-ebda bżonn sabiex jinbidlu jew isiru modifikazzjonijiet lill-cash registers minħabba l-wiri tal-prezzijiet biż-żewġ muniti. Dawk in-negozji illi jiddeċiedu li ma jibdlux il-cash register, il-Kumitat ser jagħtihom conversion tables sabiex huma jqassmuhom ma’ kull irċevuta illi jagħtu lill-klijenti.
Peress li ser tinqaleb il-munita madankollu, jista’ jkun hemm każijiet fejn cash registers li llum jimmarkaw prezz bis-simbolu Lm, ikun jeħtiġilhom li jaqilbu dan is-simbolu għas-simbolu Ewro (€).
Dan is-servizz jitħallas minn negozjant kif dejjem isir meta jsir tibdil regolatorju bħalma kienet iż-żieda tal-VAT minn 15% għal 18%. Il-Gvern qed jaħdem fuq skema ta’ kreditu ta’ taxxa għal dawk li jkunu jridu jibdlu l-cash register tagħhom.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan is-suq huwa suq liberu u li negozjant għandu jfittex l-aħjar offerti sabiex isiru dawn il-modifikazzjonijiet dejjem jekk ikunu neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqt in-negozjati bejn it-TECOM u l-Maltacom, l-VIP scheme ġiet ċeduta u fil-fatt l-ex ministri u chairpersons m'għandhomx jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċji li kienu jgawdu qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-Tecom qatt ma għamlet negozjati mal-Maltacom.
Tista' l-Ministru tara li l-koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li jgħixu f'żewġt ikmamar f'post tal-Gvern titnaqqsilhom il-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-sussidju fuq il-kera tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie rivedut is-sena l-oħra meta ġie stmat għal 50%.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-koppja anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li jgħixu f'żewġt ikmamar f'post tal-Gvern, titnaqqsilhom il-kera?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm il-kera tiġi miġbura mid-Dipartiment tal-Artijiet, il-kundizzjonijiet ta' kirja ta' fondi residenzjali huma ffissati mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u Xogħol.
Għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjan Bormliz li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament jibbenefika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-mara, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li d-dħul finanzjarju tagħha hu biss mill-benefiċċji soċjali tibbenefika mill-inizjattiva care and repair biex issirilha l-kamra tal-banju għall-ħteġijiet tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-binja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li reċentement sar xi aġġornar tal-parti komuni, tkun eżaminata biex ikun ikkonfermat jew miċħud li x-xogħol sar kif suppost, u dan minħabba li r-residenti qed jirrapurtaw li l-madum ta' l-art wara ftit ta' żmien diġa mhux f'kondizzjoni tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jelenka dawk in-negozji u intrapriżi individwalment li bbenefikaw mill-Euro 10 miljun fondi mill-EU li rrefera għalihom l-Onor. Edwin Vassallo fl-artiklu tiegħu ta' The Times of Malta ta' nhar id-9 ta' Frar, 2007? Fuq liema regoli tqassmu u abbażi ta' xiex ġew approprjati?