Legislature:
Category:
Reset
Active:

Irranġar ta' katusa

Question

Tista' l-Ministru tara li jsir ix-xogħol (irranġar ta' katusa) fil-post ta' familja li jinsabu boarded outperess li ġew mitluba li jsir dan ix-xogħol? Jista' l-maintenance section tagħmel dan ix-xogħol u tinforma lill-persuna konċernata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba tal-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-investigazzjoni u azzjoni meħtieġa.

Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħarġu pilloli Procoralan 5mg lill-anzjani peress li dawn il-pilloli jqumu Lm28 kull kaxxa? X'inhi l-proċedura biex dawn jidħlu fis-Schedule V?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ivabradine (Procoralan) hija mediċina li tintuża għall-anġina. Din hija kundizzjoni li taqa' taħt Schedule V u li għaliha l-gvern diġa qed jipprovdi diversi mediċini b'xejn inkluż verapamil, diltiazem u nicorandil fost l-oħrajn. Konsulent li jaħdem fis-Servizzi tas-Saħħa jew aġent tal-mediċini, jista' japplika biex ivabradine tidħol fil-lista tal-mediċini li jingħataw b'xejn. Din l-applikazzjoni tiġi evalwata u jekk tinsab valida tkun approvata biex b'hekk ivabradine tingħata b'xejn.

Residenti fid-djar tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk anzjan/a li jkunu residenti f'xi dar tal-Gvern, u jiddeċiedu li jbiegħu d-dar residenzjali tagħhom, il-gvern jeħux xi persentaġġ ta' l-assi likwidi li jkunu ġew għand l-anzjan/a permezz tat-trasferiment tar-residenza, bħal fil-każ ta' per eżempju, is-60% mill-imgħax fuq depożiti u/jew investimenti oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Holiday In Crown Plaza — Collective agreement

Question

Taf l-Ministru li r-revizjoni dwar il-pensjonijiet skond il-collective agreementtal-Holiday In Crown Plaza għadha ma saritx? Tapprezza l-Ministru li din kellha ssir sa mill-ewwel ta' Jannar, 2002?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, skond l-informazzjoni li għandhu d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, l-impjegati tal-lukanda li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma kellhomx tibdil fil-pagi fl-2002 għajr iż-żieda statutorja għall-għoli tal-ħajja. Ninsab infurmata wkoll li l-pensjoni ta’ l-impjegati li kienu jaħdmu ma’ din il-lukanda ġiet riveduta biex tirrifletti ż-żieda msemmija, bħal kull pensjonant ieħor.

Siggiewi — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta s-segwenti toroq ġo Siggiewi ser jinfetħu u jkunu rranġati u cioe: Triq Barndun u Triq it-Tank Investiment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija procedura normali u skond il-ligi li toroq residenzjali jinfethu mill-izviluppaturi tal-bini. Il-gvern jasfalta dawn it-toroq wara li jkunu infethu ghall-pubbliku.

Qormi — Off Roading Sport

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-eżerċizzju ta' l-isport off roading ġo Wied Ħesri, Qormi ma jkunx mingħajr kontroll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kull attivitá li titratta l-offroading teħtieġ permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dan ifisser li min ikun irid jorganizza din l-attività irid japplika biex jagħmel din l-attività u jindika l-post fejn sejra ssir. Din l-applikazzjoni tiġi studjata minħabba l-impatti li din jista’ jkollha fuq l-ambjent minn diversi oqsma. Wara jinħareġ il-permess b’għadd ta’ kundizzjonijiet u anki b’garanzija bankarja. Ma jirrizultax li kien hemm jew li hemm xi permess pendenti biex issir din l-attività ta’ offroading fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant. Il-pulizija ġew avżati biex jivverifikaw jekk hux qegħda ssir din l-attività mingħajr permess.

Mtarfa — Spiżerija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk l-Imtarfa hemmx lok u bżonn ta' żewġ spiżeriji, ġaladarba hemm waħda biss? Hemm il-ħsieb li jkun hemm permess għat-tieni spiżerija? Jekk fl-affermattiv, dan ikun ta' l-istess sid ta' l-ewwel spiżerija? Jekk le, toħroġ xi tender, jew skond kif inħarġu l-ewwel darba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-liċenzji għall-ispiżeriji ġodda huma temporanjament miżmuma skond il-ftehim li kien intlaħaq bejn il-Gvern, il-GRTU u l-Kamra ta' l-Ispiżjara fl-1998. L-applikazzjonijiet pendenti għall-ispiżeriji ġodda jiġu pproċessati mill-kumitat konġunt mill-Ministeru tas-Saħħa, l-GRTU u l-Kamra ta' l-Ispiżjara. L-applikazzjonijiet jiġu evalwati skont id-data tal-applikazzjoni irrispettivament minn min hu l-applikant.

OPM — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22999 u jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-uffiċċju tiegħu, il-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22999.
Leg 10 PQ #23313 Sitting 496 2007-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Xiri ta' Stationery

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-xiri ta' stationery tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2006, n-nefqa globali għall-xiri ta' stationery tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħti kienet kif ġej: Head Office: Lm 14,593.24 Ambaxxati: Lm 20,694.31.

Żvilupp Urban u Toroq — Kiri ta' proprjeta'

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, tad-dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża globali matul is-sena 2006 għall-kiri ta' propjeta' magħmula mill-Ministeru/Dipartiment kienet ta' Lm 11,450 filwaqt li tal-ADT kienet tammonta għall-Lm 27,399.
Leg 10 PQ #23315 Sitting 496 2007-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kiri ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi matul l-2006 in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti kollha li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm 101,017. Din iċ-ċifra ma tinkludix il-proprjetajiet li jinkrew mingħand il-Gvern stess. Ta' min jinnota li Lm 65,938 minn din iċ-ċifra huma l-ammont mħallas għall-kiri ta' uffiċini ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu barra minn Malta.

Żvilupp Urban u Toroq — Kiri ta' xtieli/pjanti

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, ma sarx kiri ta' pjanti, la min naħa tal-Ministeru/Dipartiment u l-anqas min naħa ta' l-ADT.
Leg 10 PQ #23317 Sitting 496 2007-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kiri ta' Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti matul l-2006 tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti kollha li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm 3,245.97.

Żvilupp Urban u Toroq — Kiri ta' għamara/pittura

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006 ma nkriet l-ebda għamara/pittura la min naħa tal-Ministeru/Dipartiment u l-anqas min naħa ta' l-ADT.

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22999 u 23077 u jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-uffiċċju tiegħu, il-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22999.
Leg 10 PQ #23490 Sitting 496 2007-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti li żaru pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti f'pajjiżna fl-2005 u fl-2006 u kemm minnhom żaru l-Belt Valletta, l-Imdina u l-Kottonera sena b'sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi fl-2005 ġew 1,170,610 turisti f'Malta. Skond l-aħħar statistika li ħarġet minn Jannar sa Diċembru 2006 ġew Malta 1,124,233 turisti. Il-persentaġġ ta' turisti li żaru l-Belt Valletta, l-Imdina u l-Kottonera fl-2005 u fl-2006 huwa kif ġej: Valletta Mdina Kottonera 2005 1,056,213 (90.2%) 813,125 (69.5%) 325,666 (27.8%) 2006 1,019,607 (90.7%) 785,542 (69.9%) 315,561 (28.1%)

Cruise liners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu cruise liners f'Malta fis-sena 2006 u kemm minnhom ankraw barra Għawdex biex il-passiġġieri setgħu jżuru Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta’ cruise liners li żaru l-gżejjer Maltin matul is-sena 2006 kien ta’ 359. Minnhom, 7 cruise liners ankraw barra Għawdex.

Sensji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji xahar b'xahar f'Ottubru, Novembru u Diċembru 2006 u jgħid ukoll minn liema settur kienu ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ persuni li ngħataw is-sensja u ġew jirreġistraw matul ix-xhur ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru 2006 separament hu kif ġej :- Ottubru – 207 Novembru – 254 Diċembru – 138 Informat ukoll li persuni li kienu qed jirregistraw ghax-xoghol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-registru minn Ottubru sa Dicembru 2006, u bdew jahdmu hu kif gej:- F'Ottubru 2006 - 426 F'Novembru 2006 - 340 F'Dicembru 2006 - 181 Skond l-formoli ta l-impjieg li pprocessat l-ETC, in-numru ta' nies li bdew jahdmu f'Ottubru, f'Novembru u Dicembru 2006 hu kif ġej :- F'Ottubru 2006 - 4,132 F'Novembru 2006 - 2,063 Il-figura għal Dicembru 2006 għada qed tinħadem minħabba l-fatt li l-KXT għadha qed tirċievi l-formoli tal-impjieg ta' persuni li bdew jaħdmu f'dan ix-xahar. Il-figura totali tkun konkluża tlett xhur wara x-xahar partikulari, li f dan il-każ jkun Marzu.

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji joperaw fl-oqsma industrijali ta' Ħ'Attard, Bulebel, Ħal Far, Kordin, Ħal-Luqa, Marsa, Mosta, Imrieħel, Ricasoli, San Ġwann, Ta' Dbieġi, Ħal Safi/Kirkop u Xewkija? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn l-oqsma industrijali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ fabbriki li joperaw mill-oqsma industrijali msemmija u amministrati mill-Malta Industrial Parks Ltd huma dawn: Attard 18 Bulebel 89 Hal Far 55 Kordin 74 Luqa 110 Marsa 97 Mosta Technopark 24 Mriehel 24 Ricasoli Nil San Gwann 63 Ta’ Dbiegi 18 Kirkop 2 Xewkija 31 Total:   605 Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.