Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet u hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi n-nefqa globali għall-ikliet u hospitality matul l-2006 jammonta għal Lm 43,981.48. Din iċ-ċifra ma tinkludix hospitality tal-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu marbuta ma' promozzjoni ta' pajjiżna bħala destinazzjoni turistika.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-stationaries tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq stationery għas-sena 2006 kienet :-
Ministeru/Dipartiment Lm 2,147
Awtorita' dwar it-Trasport Lm10,378
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' proprjeta'
Question
Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa globali għall-kiri ta' propjeta' matul is-sena 2006 kient ta' Lm461,990.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23058 u cioe'jara li tingħata priorita' u urġenza lit-talba ta' għadd kbir ta' residenti ta' Triq ta' Xmiexi, Msida sabiex jitkomplew it-tentattivi li kien hemm fil-passat sabiex tinfetaħ it-triq li tinfed ma' Triq San Alwigi, l-Imsida għaliex f'kaz ta' emerġenza r-residenti ġieli damu 'l fuq minn 25 minuta jistennew ambulanza tasal, filwaqt li ir-residenti jinsabu tant izolati li lanqas jistgħu jwasslu it-tfal l-iskola meta tagħmel ix-xita u ma jkunx possibbli li wieħed jinzel mit-taraġ dejjaq fi tmiem it-triq minħabba l-ilmijiet li jkun hemm?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-twegiba ghal din il-mistoqsija tinghata f'seduta ohra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23261 u cioe' jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23254 u jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif komplet kif meħtieġ għat-tweġiba li rrid nagħti għadu ma wasalx kollu fl-uffiċju tiegħi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23060 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li titnaddaf il-parking area li hemm ħdejn il-bring-in sites qrib Triq it-Torri, l-Imsida u jitħalla spazju għal parking għar-residenti li jistgħu jkunu effettwati? Dan l-immaniġġar aħjar ta' traffiku jista' itaffi l-inkonvenjent li qegħdin isaqqfu wiċċhom magħhom ir-residenti effettwati, b'mod partikolari minn numru 27 sa 47, Triq it-Torri, Msida kif ukoll il-vetturi li jużaw din it-triq.
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23260 u jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-2005 tħallsu Lm4,402 f'kontijiet tat-telephone ta' residenti ta' uffiċjali governattivi u fl-2006 tħallsu Lm3,981.
Ma narax li hija prudenza li nsemmu l-ismijiet fil-Parlament.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23265 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nagħmel referenza għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 23265.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol biex issir z-zona ta' Wignacourt u Triq il-Baħrija, Zabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħlijiet f’dik iż-żona nbeda ġimgħatejn ilu.
Sa llum ix-xogħol beda fi Triq G Micallef, Pjazza
Wignacourt
u Triq Bieb is-Sultan. Fil-ġranet li ġejjien jibdew ix-xogħlijiet fi Triq il-Baħrija, Triq il-Għasel u Triq A Errardi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslet it-talba quddiem id-dipartiment ta' l-Inland Revenue tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-dipartiment ikkonċernat qed jieħu l-passi meħtieġa.
Isla — Dipartimetn tal-Maintenance and Construction
Question
Tista' l-Ministru tara fejn wasal l-ilment li għamlu r-residenti ta' Blokk B, Dockyard Terrace, Isla quddiem id-Dipartiment tal-Maintenance and Construction?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant mistenni jsir ix-xahar id-dieħel.
Jista' d-Dipartiment ta' l-Artijiet ġentilment jirrevedi l-kera tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm il-kera tiġi miġbura mid-Dipartiment tal-Artijiet, il-kundizzjonijiet ta' kirja ta' fondi residenzjali huma ffissati mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u Xogħol.
Għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħa d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex armla mill-Isla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post b'kamra tas-sodda waħda maż-żewġ uliedha, it-tnejn single parents b'erbat itfal b'kollox, jieħdu post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' l-Ministru tara li koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament tibbenefika mill-inizjattiva care and repairminħabba li l-kamra tal-banju tagħhom, mhix addattata għall-ħteġijiet tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-
Care and Repair
.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Peress li l-Att dwar l-Arbitraġġi jidher li ma jikkontemplax l-benefiċċju ta' l-għajnuna legali jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif persuna li ma għandhiex mezzi jista' jkollha aċċess għas-servizzi mogħtija skond l-Att suċitat?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm l-Att dwar l-Arbitraġġ ma jikkontemplax il-benefiċċju ta' l-għajnuna legali, il-Bord ta' Gvernaturi taċ-Ċentru ddeċieda li m'għandhomx jitħallsu d-drittijiet tar-reġistru f'każijiet fejn il-Qorti tassenja lil xi parti Avukat għall-Għajnuna Legali.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22951 xahar ilu, jista' jgħid fejn wasal il-proċess ta' ri-evalwazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenta konċernata tinsab fi klassi b'numru zgħir ta' studenti fejn tista' tingħata attenzjoni partikolari peress li ma jidhirx li hemm bzonn l-assistenza ta' facilitator. Tajjeb li l-ġenituri jsegwu l-kaz b'appuntament mal-koordinaturi tan-Network ta' l-Edukazzjoni Inklussiva u l-iSkejjel Speċjali fiċ-Ċentru l-Ħamrun.
Ser ngħaddi l-Onor. Membru n-numru tat-Telefon fejn jista' jsir l-appuntament.
Jista' jiġi vverifikat jekk il-koppja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hix eliġibbli biex ma tħallasx surcharge fuq id-dawl u l-ilma għax tgħix fuq il-benefiċċji soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-koppja ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja ngħata l-Bank HSBC mill-Malta Enterprise biex jiftaħ il-call centre tiegħu f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Malta Enterprise tipprovdi assistenza lill-intrapriżi li jikkwalifikaw taħt il-Business Promotion Act skond kriterji stabbiliti fl-istess Att u fir-Regolamenti (Business Promotion Regulations).
L-informazzjoni mitluba hija koperta bis-segretezza uffiċċjali a tenur l-Artkolu 33 tal-kap. 325 tal-Liġijiet ta' Malta.