B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23408 dwar inċentivi tal-manifattura f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħidli kemm hemm talbiet mingħand kumpaniji f'Għawdex għal għotjiet ta' inċentivi li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Malta Enterprise? Għal liema snin huma u kemm ilhom li wasslu għand il-Malta Enterprise?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li hemm sbatax il-talba mingħand kumpaniji Għawdxin għal għotjiet ta’ inċentivi li għadhom ma ġewx approvati mill-Malta Enterprise. Jiena nfurmata wkoll li dawn it-talbiet waslu għand il-Malta Enterprise kif jidhru fl-iskeda ta’ hawn taħt.
Talba Għas-sena
Xahar meta waslet għand il-Malta Enterprise
2002
Jannar 2005
2003
Mejju 2005
2004
Mejju 2005
2004
Jannar 2006
2004
Frar 2006
2004
Mejju 2006
2004
Ottubru 2006
2004
Novembru 2006
2005
Mejju 2006
2005
Mejju 2006
2005
Settembru 2006
2005
Settembru 2006
2005
Ottubru 2006
2004/5
Ottubru 2006
2005
Novembru 2006
2005
Novembru 2006
2005
Diċembru 2006
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23400 dwar depożiti u self mill-banek f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru issa jagħtini l-informazzjoni mitluba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 23400.
B'referenza għat-tweġibiet ta' ħames mistoqsijiet parlamentari 17300,19281,19698,20212 u 21175 dwar allowances li ngħataw mill-ministeru tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tat-talbiet u ta' l-approvazzjoni tagħhom tal-każijiet li ġejjin:
Enrolled nurse li skond it-tweġiba tal-Ministru għamel it-talba għal shift allowance d-direttur tas-Servizzi Korporattivi u approvaha wkoll id-direttur għas-Servizzi Korporattivi.
Żewġ technicians fl-Isptar Ġenerali li għamlu t-talba għal shift allowance l-impjegati stess u approva t-talbiet d-direttur tal-Customer Services?
Ma jidhirliex l-Ministru li dawn it-tliet approvazzjonijiet huma irregolari? Tista' tispjegali għaliex fl-ewwel każ l-istess direttur għamel it-talba hu u mbagħad approvaha hu wkoll? Tista' tispjegali għaliex fiż-żewġ każijiet l-oħra d-direttur approva t-talbiet mingħand l-impjegati nfushom mingħajr ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-awtoritajiet ta' l-isptar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fl-ewwel każ it-talba saret mid-dipartiment konċernat u kienet approvata mid-Direttur tal-Customer Services (DCS). Għaldaqstant ir-referenza għad-Direttur tal-Corporate Services (DCS) fil-lista li tpoggiet fuq il-Mejda tal-Kamra in-konnessjoni mal-Mistoqsija Parlamentari numru 19698 giet mibdula bi żvista.
Rigward iż-żewġ każijiet l-oħra nixtieq nassigura lill-Onorevoli Nterpellant li l-approvazzjoni ta’ talbiet għall-shift allowance tingħata wara li dawn ikunu ġew diskussi ma’ l-awtoritajiet tad-dipartiment konċernat.
Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefikax minn sussidju fuq il-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar għaddejja bil-proċess ta’ verifikar ta’ l-assi ta’ l-applikanti ndikata mill-Onor. Interpellant biex tkun tista tikkonferma jekk din il-persuna għandiex dritt jew le għas-sussidju fuq il-kera.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-iskema care and rċepair għax għandu ħsarat fil-ħajt tar-residenza tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-
Care and Repair
.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li riċentement temmet il-kors ta' gwardjan privat u għandha kondotta nadifa, tingħata l-liċenzja biex tkun tista' taħdem dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet ġiet infurmata bil-miktub nhar l-20 ta' Lulju 2006, li t-talba tiegħu ma setgħetx tkun milqugħa, kif ukoll il-proċedura li kellu jsegwi f'każ li huwa ried jikkontesta dik id-deċiżjoni. Dil-persuna darbtejn instabet ħatja ta' tentattiv ta' omiċidju.
Fhiex waslet ir-riforma tal-portijiet? Xi progress sar s'issa? X'ostakli fadal? B'kemm hu stmat li se jraħħas l-ispejjeż għal min juża s-servizzi tal-port? Meta huwa mistenni li tintemm ir-riforma?
Response (GALEA, ĊENSU)
Id-diskussjonijiet dwar ir-riforma fil-portijiet għadhom għaddejjin u nkun nista nagħti t-tagħrif mitlub wara li d-diskussjonijiet jiġu konklużi.
Għaliex il-MEPA qed tħalli li tinqered ix-xtajta tal-Islet Promenade f'Buġibba li s'issa kien jitgawda fl-istat naturali tiegħu u issa se jingħata għall-bini għall-iżvilupp privat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jidher li l-Onorevoli Interpellant qed irreferi għas-sit taħt it-triq fuq il-lemin tal-pjazza ta' Buġibba (Misraħ il-Bajja) u fejn fil-preżent jinsabu xi pjattaformi tal-konkos li fuqhom jintramaw logħob għat-tfal fix-xhur tas-sajf.
Din l-art kienet is-suġġett ta' applikazzjoni
outline
PA 6792/01, bil-perit ta’ l-applikazzjoni l-Perit Charles Buhagiar għal Med Design, biex ikun irranġat is-sit u jinkludi diversi forom ta' spazji ta' logħob u
landscaping
(pavimentar, bankijiet, dwal, u tħawwil ta' siġar), jinħolqu rampi għall-aċċessibiltà, u jinbnew kamra għall-ewwel għajnuna (
first aid
), kaxxa għall-biljetti, u
bar
żgħir, kollha magħmulin mill-injam.
L-applikazzjoni sħiħa (
Full
) PA 2207/03, taħt id-direzzjoni ta’ l-istess perit, ġiet milqugħa bil-kundizzjoni li spazju ta' 15-il metru mill-kosta jitħalla kompletament miftuħ u mhux mittiefes; li s-sit jintuża biss fix-xhur tas-sajf; li l-istrutturi ta’ l-injam jitneħħew mis-sit fix-xhur l-oħra u l- post jitħalla miftuħ għall-pubbliku. Dawn il-kundizzjonijiet huma ntiżi biex is-sit jibqa’ kemm jista’ jkun miftuħ filwaqt li jkunu mtejba l-faċilitajiet għat-tfal.
Riċentament ġiet sottomessa applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex jiġi emendat il-permess PA 2207/03 biex il-
bar
u l-kamra għall-ewwel għajnuna jiġu inkorporati fil-bini li preżentement jinsabu fih il-latrini pubbliċi. L-applikazzjoni għad trid tiġi pproċessata.
Jista' jiġi vverifikat jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex tieħu l-benefiċċju soċjali li hi ntitolata għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandu ebda talba pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan mid-Dipartiment.
X'inhu t-tbassir tal-Ministeru u l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu dwar kif ser imur t-turiżmu f'pajjiżna tul is-sena 2007 meta x-xejriet dinjin huma li jkompli jikber fuq is-sena 2006?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi minn feedback li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu qiegħda tirċievi minn operaturi ta' l-ivjaġġar u permezz tan-network ta' uffiċini u rappreżentanti tagħha, hemm indikazzjonijiet ili s-sena 2007 għandha tkun waħda pożittiva għal Malta. L-isforzi ta' l-MTA huma konċentrati fuq kampanja pubbliċitarja fis-swieq prinċipali permezz ta' serje ta' rekalmi li jutilizzaw diversi mezzi ta' komunikazzjoni. Din il-kampanja ilha għaddejja mill-bidu tas-sena.
Dawn l-isforzi flimkien ma' kollaborazzjoni aktar effettiva ma' linji ta' l-ajru, operaturi, parteċipazzjoni f'fieri u l-użu aktar aggressiv tal -portal www.visitmalta.com jikkontribwixxu għal sens ta' ottimiżmu kawt fir-rigward ta' l-andament tas-sena 2007, kif konfermat miċ-cifri proviżorji li ħarġu s'issa għall-ewwel ftit ġimgħat tas-sena.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 23603 jista' jgħid x'passi konkreti ttieħdu mindu r-rakkmandazzjonijiet tal-ADT ġew mgħoddija lill-kunsill lokali għal kummenti tagħhom biex jiġu ndirizzati l-problemi tal-koppja anzjana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta' l-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li għad m'hemmx risposta mill-Kunsill Lokali Sliema għas-suġġerimenti sottomessi mit-Taqsima.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar ħġieġ , plastic, karti u metall mill-bring-in sites f'Jannar ta' din is-sena? Jista' jgħid liema bliet/irħula għandhom dawn is-siti? Mil-liema post inġabar l-aktar minn dan l-materjal f'Jannar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ materjal miġbur mill-bring-in sites għax-xahar ta’ Jannar 2007 kien hekk:
Ammont (Kili)
Karta
Plastik
Metall (Cans)
Ħġieġ
Jannar 2007
105,968
31,356
17,300
58,360
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista kompleta tal
-bring-in sites
sal-ġurnata tal-lum.
Bħalissa s-sistema ma tippermettix li nkunu nafu liema lokalità tiġbor l-akbar ammont ta’ materjal riċiklabbli. Iżda fil-futur, meta nibdew inħaddmu l-vetturi li ġew mixtrija mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, nkunu nistgħu niġbru informazzjoni fuq kemm inġabar materjal riċiklabbli minn kull
bring-in site
u allura anke minn kull lokalità.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir biex it-tfal fl-iskejjel kemm tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti jidraw jisseperaw l-iskart? X'qed isir mill-Ministeru tiegħek biex jibda jsir is-separazzjoni ta' l-iskart fil-grounds tal-iskejjel stess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-WasteServ (Malta) Ltd qed tibgħat persuni speċjalizzati fis-suġġett biex f’isimha iżuru l-iskejjel u igħaddu informazzjoni dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart. Dawn iżuru kemm skejjel tal-Gvern, kif ukoll dawk privati u tal-Knisja, sekondarji kif ukoll primarji.
Permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, l-WasteServ (Malta) Ltd qed tkompli iżżid il-kontenituri għal skart isseparat fl-iskejjel biex b’hekk ikunu l-istudenti stess li jisseparaw l-iskart fl-iskejjel.
Minn madwar 200 skola li hawn f’Malta u Għawdex, 170 skola digà għandhom dawn il-kontentituri għas-separazzjoni ta’ l-iskart fil-bini tagħhom. Fil-ġimgħat li ġejjin, 27 skola oħra se jingħaqdu f’din l-iskema biex b’hekk ikollna total ta’ 197 skola li jkunu ntroduċew is-sistema ta’ separazzjoni ta’ l-iskart. Dan il-materjal miġbur mill-iskejjel imur kollu għar-riċiklaġġ.
Apparti l-iskejjel tal-Gvern, dawk privati u tal-Knisja, qed nilħqu ukoll istituzzjonijiet edukattvi oħrajn, fosthom il-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), l-Institute for Tourism Studies (ITS), il-
Home Economics Seminar Centre
, Skejjel għal Tfal bi Bżonnijiet Speċjali, in-
Nature Reserve Educational Centre
u
junior college
.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema tal-kumpannija Waste Serve qed iduru d-djar tan-nies? Jikkonferma li dawn jew uħud minnhom qed igħidu lin-nies fid-djarhom li l-iskart m'hemmx għalfejn jiġi separat fid-dar minħabba li hemm il-bring-in sites?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f’Settembru 2005, il-kumpanija WasteServ (Malta) Ltd bdiet timplimenta proġett ta’ €200,000 mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea (Fond Soċjali Ewropew) li jinvolvi t-taħriġ fit-tnaqqis ta’ skart u r-riċiklaġġ ta’ 20 persuna li kienu qed ifittxu x-xogħol. Dawn il-persuni żaru lill-familji biex jgħinuhom jikkooperaw fuq kwistjonijiet ta’ immaniġġjar ta’ l-iskart, bħalma huma t-tnaqqis ta’ l-iskart, l-użu tajjeb tal-bring-in sitesu s-civic amenity site, u kif ukoll kif isir il-kompost fid-djar.
Dan il-proġett kien immirat li jgħin lir-riżorsa ewlenija ta’ Malta billi jtejjeb il-possibiltajiet ta’ impjieg għall-parteċipanti billi jfornihom b’taħriġ kemm f’komunikazzjoni kif ukoll f’għarfien tekniku dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart. Il-vantaġġi ta’ dan il-proġett huma doppji għax l-iskop tiegħu hu li jnaqqas il-livell ta’ żvantaġġ fis-suq tax-xogħol billi jħarreġ lil dawk bla xogħol filwaqt li jeduka u jinforma lill-familji.
Sat-tmiem ta’ l-2006 dawn it-trainees żaru ‘l fuq minn 20, 000 dar. Din is-sena il-proġett qed jitkompla biex jintlaħqu iktar djar (madwar 25,000 dar oħra) u biex dawn jiġu infurmati dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart. Ir-rappreżentanti jenfasizzaw li, biex jibqa’ isseperat, l-iskart dan għandu jitqiegħed fil-bring-in sites. Dak li jinġabar minn quddiem il-bieb mill-ischammel bħalissa jibqa’ mħallat filwaqt li dak li jintrema b’mod isseparat fil-bring-in sitesimur għar-riċiklaġġ.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23778, jista' l-Ministru jgħid kemm saru żjarat fl-2006? F'liema skejjel saru dawn iz-zjarat? X'kienu l-affarijiet negattivi li nstabu? Saret zjara oħra biex dak li kien ħażin ikun żgurat li jiġi rranġat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2006, Uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Operat għamlu 112 żjara fl-iskejjel Statali u 11 f'dawk mhux Statali.
Kien hemm xi każijiet li saret żjara oħra biex ikun żgurat li dak li nstab ħażin jiġi rranġat. F'każijiet oħra il-kuntatti saru bit-telefon jew bl-e-mail, filwaqt li f'każijiet oħra ma kienx hemm għalfejn issir żjara oħra. L-Uffiċjali segwew kull każ skond il-ħtieġa.
L-iskejjel koperti huma il-Primarji u Sekondarji fl-inħawi kollha ta' Malta u Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23625, jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jagħti l-Istat lill-Knisja fl-erbgħa snin li għaddew sas-sena kurrenti għall-iskejjel tagħha? Kemm tħallsu attwalment kull sena flus lill-Knisja? X'inhuma l-pendenzi, jekk jeżistu, fil-ħlasijiet li l-Knisja għandha tirċievi mill-Istat sad-data tal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-flus li tħallsu kull sena lill-Knisja għall-aħħar erba' snin li għaddew huma dawn:
2003 - Lm 9,687,498
2004 - Lm 10,867,260
2005 - Lm 11,500,000
2006 - Lm 12,750,000
Minn żmien għal żmien isiru talbiet għal reviżjonijiet minħabba ċaqlieq fil-popolazzjoni ta' l-istudenti ta' l-iskejjel konċernati u l-għalliema meħtieġa. Dan jiġi verifikat u maż-żmien isiru l-aġjustamenti meħtieġa fil-ħlas dovut.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi ma ntefaq l-ebda ammont għall-kiri ta' għamara/pittura matul l-2006 mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq ikliet/hospitality ta’ l-ADT għas-sena 2006 kienet :-
Ministeru/Dipartiment Lm 3,311
Awtorita dwar it-Trasport Lm 8,092