Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #24042 Sitting 500 2007-02-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Mġarr, Għawdex — Parkeġġ fit-terminal

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'involviment għandha l-Ministru fid-diskussjonijiet dwar il-parkeġġ fit-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-terminal ta’ l-Imġarr, Għawdex inkluż il-parkeġġ ta’ ġo fih jaqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Malta Maritime Authority.

Rabat, Għawdex — Uffiċini tal-pulizija

Question

Peress li mill-uffiċini tal-pulizija fir-Rabat, Għawdex tneħħew xi pulizija u li in konsegwenza ta' dan inħoloq inkonvenjent lill-pubbliku għax qed idum iktar ma jinqeda, jista' l-Viċi Prim Ministru jindirizza din il-problema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent fl-uffiċċju tal-Pulizija ġewwa r-Rabat Għawdex hemm jaħdmu 8 membri tal-Korp flimkien ma' 3 impjegati tas-servizz ċivili. Dan in-numru huwa kkunsidrat suffiċjenti sabiex ilaħħaq max-xogħol li jsir f'dan l-istess uffiċċju.
Leg 10 PQ #24044 Sitting 500 2007-02-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema f'dipartimenti tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment tal-gvern f'Għawdex kemm hemm ħaddiema rġiel u kemm hemm nisa, kif ukoll tindika f'kull dipartiment kemm hemm impjegati nisa bir-reduced hours u flexi-time?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Appartament tal-Gvern — Istallazzjoni ta' lift

Question

Wara li inkwilini li joqogħdu fl-indirizz li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għaddew lill-Ministru rapport li l-lift jista' isir fix-shaft tal-blokk tagħhom, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi deċiż li jsir il-lift tant meħtieġ minħabba t-taraġ li hemm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport li għamel referenza għalih ma kienx jikkonsisti għajr fi stima ta’ lift, eskluż il-bini tax-shaft u xogħol strutturali ieħor, u pjanta, mhux skond l-iskala, magħmula minn kuntrattur privat tal-lifts li turi shaft ta’ lift imqiegħed f’bitħa nterna, preżumibbilment tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar kienet ilha li kkunsidrat il-possibilita’ li jiġi stallat lift f’dan il-blokk iżda rriżulta li t-tromba ċentrali tat-taraġ, li hi kompletament imdawra bl-appartamenti, ma għandiex spazju biżżejjed biex takkomoda lift. Ninsab infurmata wkoll li l-proposta reċenti ta’ l-inwilini ma toffrix soluzzjoni kif jista’ jiġi stallat lift f’bitħa nterna li minnha għaddejjin is-servizzi kollha ta’ l-ilma u d-dranaġġ u li fiha wkoll it-twieqi tal-kmamar tal-banju eżistenti ta’ l-appartamenti. Minħabba dawn il-problemi tekniċi mhux possibbli li jiġi stallat lift li jaqdi l-inkwilini kollha tal-blokk indikat.

Pulizija — Għassa ma' l-immigranti rregolari

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija li jiġu posted ma' l-immigranti rregolari jingħatawx xi tip ta' allowance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jkunu assenjati biex jagħmlu xogħol fuq bażi permanenti fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni għall-immigranti irregolari jingħataw l-special duty allowance ta' Lm45 fix-xahar.

Wied il-Għajn — Qtugħ ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li kien hemm qtugħ ta' ilma għall-aktar minn okkażjoni waħda mingħajr ebda avviż fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-ewwel tas-sena kien hemm tliet okkazzjonijiet li l-provista tal-ilma fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn, kellha tingħalaq. L-ewwel darba kienet fil-5 ta’ Frar, minħabba xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-mejn prinċipali li jitma’ l-Wied il-Għajn kollu. Dan il-qtugħ dam għal madwar 15-il siegħa u saret stqarrija għall-Istampa dwaru. It-tieni u t-tielet drabi, li ġraw fit-12 u fil-21 ta’ Frar, ukoll kellhom isiru minħabba xogħol ta’ manutenzjoni tas-sistema tad-distribuzzjoni, iżda dawn id-drabi ġew effettwati biss ftit toroq (inkluż Triq il-Qaliet). Il-qtugħ dam ftit aktar minn siegħa u sitt sieghat rispettivament u ma sarux stqarrijiet minħabba li d-dewmien ma kienx kbir u li kienu effetwati biss ftit toroq.

Wied il-Għajn — Triq is-Salini - Street lighting

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' l-Enemalta, jgħid min hu responsabbli għad-dawl li hemm mal-baħar fi Triq is-Salini, Wied il-Għajn għax dawn qegħdin f'sitwazzjoni ta' abbandun bi brazzi mkissra u bozoz ma jixgħelux u ilhom hekk għal żmien twil? Min hu responsabbli ta' dan l-istreet lighting li hemm max-xatt, il-kunsill lokali jew l-Enemalta? Possibbli xi ħadd jiddeċiedi min hu responsabbli għax hu inaċċettabli li din it-triq titħalla fid-dlam għal xhur sħaħ mhux biss għar-residenti u n-nies li jużawha imma anke għat-turisti li ta' spiss iżuru dan il-post? Jistgħu jittieħdu passi biex dan l-ilment ma jaqax fuq widnejn torox u xi ħadd jieħu ħsieb jagħmel it-tiswijiet li hemm bżonn għax diversi lmenti oħra fuq l-istess triq sfortunatament ma swew għal xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali huwa responsabbli għad-dawl li hemm max-xatt fi Triq is-Salini, Wied il-Għajn. L-Enemalta hija responsabbli li tbiddel il-bozoz maqtugħin biss, filwaqt li l-Kunsill Lokali huwa responsabbli fit-tiswija u l-manutenzjoni ta’ l-arbli. Sal-ġimgħa li għaddiet 85% tal-lampi kienu tajbin u l-arbli l-oħrajn iridu jissewwew jew jinbidlu għal kollox.

Toroq — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet qed isiru s-70 triq li ħarġu t-tenders għalihom fl-aħħar ġimgħa ta' Diċembru, 2006?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq li qieghed jirreferi ghalihom gew allokati permezz ta’ period contract u mhux tender ghall-kull triq individwali. Ix-xoghlijiet qeghdin isiru f’dawn il-lokalitajiet. H’Attard Hal Lija Hal Ghaxaq Gudja Hal Luqa Marsascala Mosta Mtarfa Naxxar Hal Qormi Hal Safi Hal Kirkop Santa Lucija Santa Venera Siggiewi Swieqi Haz Zabbar Haz Zebbug Iz Zurrieq Hamrun Rahal Gdid Hal Tarxien

OPM — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Jidhirli li kien ikun ta aktar interess għal dan il-Parlament kieku l-mistoqsija saret ukoll dwar id-diskussjonijiet li saru matul il-laqgħat, l-utilità tal-laqgħat għal pajjiżna, u l-kontribut li Malta tat speċjalment f’dawk il-laqgħat kollha fejn hija nvoluta l-Unjoni Ewropea.

Kontijiet tat-telephone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23537.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ikliet/hospitality

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul is-sena 2006 in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-Ministeru, Dipartimenti, Dekasteri u enti kollha kienet ta' Lm8,972.70 maqsuma hekk: Sundry Directorates Lm3,995.73 Ministry Secretariat Lm2,610.47 Parliamentary Secretariat Lm445.80 Elderly & CC Lm170.70 MCH Lm30 Zammit Clapp Hospital Lm1,700 Medicines Authority Lm20

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Xiri ta' stationery

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-stationaries tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi sedua oħra.

Rizorsi u Infrastruttura — Xiri ta' Stationery

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal stationerytal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li s-somma globali li ntefqet mid-dipartimenti, dekasteri, u l-enti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura fuq stationerymatul is-sena 2006 kienet ta’ Lm 37,652.14.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' proprjeta'

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #23335 Sitting 499 2007-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' proprjeta'

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mintluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fuq it-toroq: il-Ġiżi, il-Veduta, Esprit Barthet, Markiż Scicluna u Manuel Agius fil-lokalita' tal-Madliena, Ibraġġ u Swieqi għaddej u meta dawn se jitlestew? Jista' jgħidilna kemm se tkun l-ispiża ta' kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Ġiżi tlestiet is-sena l-oħra u ġiet tiswa' Lm 11,424.13; Triq il-Veduta tlestiet bidu ta' din is-sena u stmata Lm 12,774.89; Triq Esprit Barthet għandha titlesta fil-ġimgħat li ġejjien u hi stmata li ser tiswa' Lm 10.517.38; Triq il-Markiż Scicluna għandha titlesta fil-ġimgħat li ġejjien u hi stmata li ser tiswa' Lm 12.829.25 u Triq Manuel Agius ukoll ser tkun lesta fil-ġimgħat li ġejjien u hi stmata li se tiswa' Lm 14.023.17. Triq Manuel Agius u Triq Esprit Barthet se jkunu lesti sa l-aħħar ta' Frar.

Wires tad-dawl ma' gallarija

Question

Tista' l-Enemalta tieħu passi biex ma tħallix wires ta' l-elettriku jgħaddu mill-gallarija ta' post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għaliex il-mod kif jinsabu għaddejjin qed jagħmilha diffiċli biex ir-residenta tagħlaq il-gallarija konċernata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret, l-overhead lines ma jidhrux li huma ta’ periklu pero jekk ir-residenti jixtiequ li dawn jiċċaqalqu għandhom japplikaw l-Enemalta permezz ta’ formola apposta.

Skejjel ta' l-Istat — Child care centres

Question

Il-gvern għandu xi ħsieb li jintroduċi sistema ta' child care centres għat-tfal ta' l-għalliema fl-iskejjel pubbliċi bħala għajnuna għal dawk l-għalliema li għandhom uliedhom żgħar fl-eta'?

Response (GALEA, LOUIS)

L-introduzzjoni ta' childcare centres fl-iskejjel għadha qed titfassal u meta tibda, tibda fuq bazi ta' skema pilota.