Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' Proprjeta'
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2006, in-nefqa globali għall-kiri ta' propjeta' tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni u d-Dipartimenti, Diviżjonijiet u l-Enti kollha li jaqgħu taħtu kienet dik ta' Lm74,927. Dawn jinkludu n-nefqa li titħallas f'kirjiet lill-gvern stess.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' Pjanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' xtieli/pjanti tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2006, ma ntefaq xejn għall-kiri ta' xtieli/pjanti mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u d-Dipartimenti, Diviżjonijiet u l-Enti kollha li jaqgħu taħtu.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' għamara/pittura
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2006, ma ntefaq xejn għall-kiri ta' għamara u pittura mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni u d-Dipartimenti, Diviżjonijiet u l-Enti kollha li jaqgħu taħtu.
X'inhu l-persentaġġ tal-fondi ġejjin kull sena mill-Unjoni Ewropea komparat mal-GNP p.a. Malti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persentaġġ tal-fondi mill-Unjoni Ewropea komparat mal-GNP għas-sena 2005 huwa ta’ 2.46. Ninforma wkoll mill-Onorevoli Interpellant li l-figuri tal-GNP għas-sena 2006 ser jiġu ppublikati f’Marzu ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jikkonsidra b'urġenza li jitwaħħlu speed cameras fit-triq arterjali li tagħti bejn il-Mosta u l-Mġarr u dan għaliex diversi sewwieqa qegħdin jilmentaw mill-veloċita' eċċessiva li xi ftit sewwieqa qegħdin jużaw f'din it-triq, liema triq diġa' rat vittma? Jekk dan mhux possibbli jista'jsib xi soluzzjoni oħra biex il-ħajja tas-sewwieqa tiġi protetta f'din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu għall-konsiderazzjoni ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport.
Hemm xi pjani li tiġi xolta l-kumpanija ta' l-Armata ADSC li qabel kienet l-Air Defence Battery? Huwa minnu li diversi membri tagħhom talbu li jitilqu minn hemm għax iħossu ruħhom demotivati iżda t-talba tagħhom baqgħet bla tweġiba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra traffic management arrangementsġodda fi Triq Guze Ellul Mercer, Swatar li possibilment jinkludu sleeping policemen għaliex minn mindu saru arranġamenti ġodda fit-toroq fil-qrib tagħha, il-volum tat-traffiku u l-veloċita' tal-karozzi fit-triq żdiedu sostanzjalment b'inkonvenjent u b'periklu għar-residenti ta'din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta’ l-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li sa minn 2004 ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida għal arranġamenti ġodda fi Triq Ġuże’ Ellul Mercer.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-gvern irrifjuta xi permessi għall-ftuħ ta' spiżerija fis-Swatar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambent u l-Ippjanar (MEPA), meta wieħed ifittex għall-applikazzjonijet li għandhom il-kliem 'spiżerija', 'pharmacy' jew 'chemist' fil-proposta u 'Swatar' fl-indirizz, kien hemm applikazzjoni waħda għal spiżerija fis-Swatar li ġiet rifjutata. In-numru ta' din l-applikazzjoni huwa PA6686/94 u din kienet rifjutata fil-25 ta' Jannar 1999.
Din ġiet rifjutata primarjament għax il-bini ma offriex aċċess adegwat għan-nies bi bżonnijiet speċjali, l-anzjani u t-tfal fi
prams
.
Il-proposta tmur kontra para. 4.2 tal-
policy paper
imsejħa “
Parking Provision for Local Shops, Offices and Catering Establishments
” li tgħid li m’għandux jitħalla l-bdil fl-użu ta’ garaxxijiet taħt il-livell ta’ l-art għal ħwienet.
Tista' tinvestiga lmenti li rċevejt mingħand familjari ta' residenti fid-dar ta' l-anzjani tal-gvern fl-Imsida dwar l-istandard baxx ta' l-ikel u l-livell ta' servizz u indafa għar-residenti tal-home? Jekk dan huwa minnu, dan jista' ikun ġej minn xi understaff tal-personnel tal-home?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kull darba li seta' kien hemm xi lment dwar l-istandard ta' l-ikel fl-Msida Home dan ġie rrapurtat mill-Head of Home dak inhar stess lill-kuntrattur li minn naħa tiegħu jieħu ħsieb jindirizza l-ilment dak in-nhar stess jew l-għada.
Dwar il-livell ta' servizz u ndafa għar-residenti ta' l-Msida Home dan għadu jingħata bħal ma kien. Pero' peress li d-dipendenza ta' l-anzjani kibret, żdied ukoll l-ammont ta' xogħol, kemm ta' caring kif ukoll ta' tindif.
Peress li ftit ilu ġie ppubblikat fuljett ta' informazzjoni dwar xogħlijiet ta' toroq, jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li ssir Triq il-Farfett tal-Fejġel, Ħaż-Żabbar, triq li tinsab fi stat verament diżastrus?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluza fil-lista ta’ toroq li huma ppjanati li jsira fix-xhur li ġejjin. F’Ħaż-Żabbar hemm numru konsiderevoli ta’ toroq ġodda xi jsiru minkejja li l-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar kien gawda minn fondi li jammontaw għal Lm75,000 sabiex jinbnew diversi toroq. Ħaż-Żabbar huwa wieħed mill ftit irħula li bħalissa għaddejin żewġ kuntratti tal-period contracts b’valur ta’ madwar Lm120,000. Il-bqija tat-toroq mil-lista li għadhom ma bediex ix-xogħol fuqhom isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw wara li x-xogħlijiet pendenti jitlestew.
Fid-dawl ta' dak li ġara f'żewġ kawżi separati fejn persuni li ntalbu jħallsu taxxa li tmur lura ħafna snin, ġew meħlusa milli jħallsuhom, jista' l-Prim Ministru jgħid hux jikkonsidra xi tibdil fit-talbiet għall-ħlasijiet ta' taxxa li tmur lura ħafna snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jieħu l-pariri legali neċessarji.
Peress li saru ħafna testijiet fuq il-problema ta' seeping water fl-indirizz indikat separatament, jista' l-Ministru jara x'sar u jekk il-problema tistax tissolva għas-sodisfazzjon ta' l-anzjana nvoluta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li saru xi rapporti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dwar ħruġ ta' ilma fl-indirizz indikat. Anqas ma saru xi testijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Wara li saret din il-mistoqsija, intbagħtu uffiċjali tal-Korporazzjoni biex jinvestigaw fuq il-post iżda sabu l-post magħluq darbtejn.
Nissuġerixxi lill-Onor Interpellant li jgħaddi informazzjoni lill-Korporazzjoni dwar lil min jistgħu jikkuntattjaw dwar il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-talbiet ta' l-ex ħaddiema tal-baħar tas-Sea Malta għat-terminal benefits?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-likwidaturi tal-kumpanija qegħdin fl-istadju li jirrealiżża l-assi tal-kumpanija biex mir-rikavat jagħmlu distribuzzjoni tal-assi lill-kredituri kollha skond il-liġi. Bħalissa għaddej proċess fil-Qorti fejn l-ex impjegati tal-baħar tal-Kumpanija qegħdin isostnu l-allegazzjonijiet tagħhom li t-talbiet tagħhom huma privileġjati . Billi l-kwistjoni għadha pendenti quddiem il-Qorti ma jkunx għaqli li tiġi espressa opinjoni dwar il-mertu ta' din it-talba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex mhux il-gwardjani kollha fil-CCF huma ntitolati għall-allowance ta' Lm45 fix-xahar? Min hu ntitolat għalihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li dawk il-gwardjani li huma intitolati għall-allowance ta' ħamsa u erbgħin (Lm45) lira fix-xahar huma dawk li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti skond in-"New Salaries & Conditions of Service of the Corradino Correctional Facility" li kien ġie iffirmat fit-13 ta' Mejju 1994, fl'Uffiċċju tal-MPO.
Skond diskors riċenti li qed jagħmel il-Prim Ministru, jista' jekk jogħġbu jagħti breakdown tal-figura ta' Lm500 miljun investiment fiex kienet tikkonsisti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-istatistika maħruġa mill-NSO fit-2 ta' Frar 2007.