Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tirrikonsidra mill-ġdid it-talba rrifjutata għal reserved parking mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment, minħabba ċ-ċertifikati mediċi ta' speċjalisti dwar il-kondizzjoni tal-qalb tiegħu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku reġgħet ikkunsidrat it-talba għal Reserved Parking li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari iżda irriżulta li kemm it-tabib mediku ta’ l-applikant kif ukoll it-tabib mediku ta’ l-Awtorita’ Dwar it-Trasport iddikjaraw li l-applikant m’għandux problemi severi ħafna ta’ mobilita’.
Iżda l-applikant għandu l-faċilita’ li jappella d-deċiżjoni tal-Bord tal-Parkeġġ Riservat għal Persuni b’Diżabbilita’ għand ir-
Review Panel
, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’, Triq il-Kbira San Ġuzepp, Santa Venera.
Minħabba l-periklu li jinsab fih il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal dan il-każ urġenti ta' housing?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt lid-Dipartiment konċerant biex jagħmel spezzjoni immedjata biex jiġi verifikat il-periklu li rrefera għalih.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni mill-irħula tal-Fgura, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn li għandhom il-karta r-roża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta Socjali ma jzommx statistika dwar in-numru ta' persuni eligibbli ghall-Karta r-Roza izda dwar in-numru ta' familji eligibbli.
Ninsab infurmata wkill li n-numru ta' familji li kienu eligibbli ghall-Karta r-Roza sa Dicembru 2006 mill-lokalitajiet tal-Fgura, Zabbar u Wied il-Ghajn kien 108, 442 u 124 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-għan għat-twaqqif ta' l-activity centre ġewwa r-residenza San Vincenz de Paule? Dan l-activity centre beda jiffunzjona? Jekk iva, x'attivitajiet saru s'issa minn meta beda, ġimgħa b'ġimgħa? Kemm-il darba fil-ġimgħa qed jiftaħ u x'inhuma l-ħinijiet ta' dan l-activity centre?
X'inhu l-compliment tan-nies f'dan l-activity centre? Min huma n-nies li ntbagħtu jaħdmu hemmhekk? Kif intagħżlu? Fuq liema kriterji? X'inhu l-grad u/jew kwalifika tagħhom? Kemm sewa flus biex ġie rranġat dan l-acitivity centre? Min hu responsabbli minnu dan iċ-ċentru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-għan tal-Activity Centre huwa sabiex iservi bħala post fejn l-anzjani jkunu jistgħu jiltaqgħu u jqattgħu ħin flimkien il-bogħod mis-swali. Barra min hekk l-Activity Centre ser iservi bħala ċentru għall-persuni li jbatu mid-dementia u jgħixu fil-komuinita' sabiex l-anzjani jingħataw servizz denju u kompatibli mal-marda tagħhom, kif ukoll iservi bħala respite għall-familjari ta' dawn il-persuni.
L-Activity Centre bħalissa qiegħed jintuża biss mir-residenti ta' San Vincenz u qegħdin naraw u nistudjaw il-proċessi kollha nvoluti sabiex meta jiftaħ għal nies li jgħixu fil-komunita' l-proċeduri kollha jkunu f'posthom. Fiċ-ċentru qegħdin isiru attivitajiet ta' nteress għall-anzjani bħal fost l-oħrajn mużika, qari ta' kotba, logħob, eżerċizji fiżiċi ħfief, diskussjonijiet, kif ukoll tisjir mill-anzjani stess. Iċ-ċentru qiegħed jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd, bejn it-8am u s-1pm, għar-residenti ta' San Vincenz. Fil-futur qrib sejjer jinfetaħ għall-tliet darbiet fil-ġimgħa għall-persuni li jkunu jbatu mid-dementia u jkunu qegħdin jgħixu fil-komuita'. Tajjeb li wieħed jinnota li l-ħaddiema kollha li qegħdin jaħdmu ġewwa l-Activity Centre ġew mogħtija taħriġ speċifiku fuq il-kura tal-marda tad-dementia, kif ukoll taħriġ ieħor bħal first aid.
Fiċ-ċentru hemm għaxar (10) persuni li jaħdmu fosthom nurses u part-time social assistants.
Chetcuti Raymond
Nursing Officer
Briffa Rita
Enrolled Nurse
Cini Marthese
Enrolled Nurse (part-time)
Farrugia Giacinta
Enrolled Nurse
Wallace Pauline
Enrolled Nurse
Cappello Maria
PTSA
Mallia Sylvia
PTSA
Mifsud Josephine
PTSA
Schembri Rose
PTSA
Schembri Charmaine
PTSA
Ir-responsabilta' taċ-Ċentru taqa' taħt is-Supretendent ta' l-isptar u qiegħed jitmexxa minn Nursing Officer u b'konsulenza ma' Konsulent speċjaliżżat fil-Ġerjatrija u l-mard tad-dementia. L-ammont ta' flus li sewa għadu qiegħed jiġi maħdum.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura ta' dixxiplina segwita f'każ ta' ħaddiem/impjegat fir-residenza San Vincenz de Paule li jonqos mid-doveri tiegħu u/jew minn xi kondizzjoni u/jew istruzzjonijiet amministrattivi? Min hu responsabbli minn din il-proċedura? Kif tiġi segwita? X'inhuma d-drittijiet tal-ħaddiema/impjegati, fis-sens ta' appell, eċċ f'każ li jkun għaddej minn proċedura ta' dixxiplina? Jeżistu xi kondizzjonijiet tax-xogħol u/jew istruzzjonijiet amministrattivi li jmorru oltre minn dak stabbilit bil-liġi għall-ħaddiema/impjegati ta' l-SVPR u li dawn huma magħrufa mill-ħaddiema/impjegati? Jekk jeżistu, x'inhuma u kif il-ħaddiema/impjegati jiġu mgħarrfa bihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal f'kull dipartiment ieħor tal-Gvern il-proċedura ta' Dixxiplina f' San Vincenz de Paul hija regolata mir-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina) skond l-Avviż Legali Numru 186/99.
Din il-proċedura taqa taħt ir-responsabilta' ta' l-uffiċjal inkarigat mis-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani fl-istess residenza.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed joffru servizzi regolari fir-residenza San Vincenz de Paule u jqiegħed kopja tal-kuntratti mogħtija fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratturi li qed joffru servizzi regolari fir-residenza San Vinċenz de Paule huma:
- Healthcare Services ltd
- Health Services Group Ltd
Kopja tal-kuntratti qed tintbgħat mat-tweġiba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm care workers li huma mpjegati direttament fis-servizz pubbliku ġewwa r-residenza San Vincenz de Paule u kemm hemm impjegati f'din l-istess residenza li huma mpjegati mal-kuntratturi? Min huma l-kuntratturi li jissuplixxu dawn il-care workers? Kemm jitħallsu s-siegħa l-care workers fis-servizz pubbliku u kemm jitħallsu s-siegħa dawk impjegati mal-kuntrattur? Kemm jieħu l-kuntrattur kull siegħa għal kull care worker li huwa jissuplixxi lill-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-residenza San Vincenz de Paule, fis-servizz pubbliku hemm 42 Care Workers u mal-kuntratturi skond il-bżonn.
Care Workers li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku jaqilgħu skond l-iskala li jkollhom. Il-kuntrattur jitħallas Lm2.35 is-siegħa matul il-ġimgħa u Lm3.35 il-Ħdud u l-festi. Id-Dipartiment ma jidħolx fil-mertu ta' kemm jitħallsu il-Care Workers mill-kuntrattur.
Il-kuntratturi li jissuplixxu dawn il-Care Workers huma Healthcare Services Ltd u l-Health Services Group Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu maħsuba li għandhom jesgħu anzjani s-swali ta' l-irġiel fir-residenza San Vincenz de Paule, sala b'sala? Kemm hemm anzjani rġiel illum f'kull sala, sala b'sala? Kemm kienu maħsuba li għandhom jesgħu anzjani s-swali tan-nisa fir-residenza San Vincenz de Paule, sala b'sala? Kemm hemm anzjani nisa llum f'kull sala, sala b'sala?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-isptar San Luqa li huma meqjusa bħala social cases? Kemm hemm anzjani li ġew trasferiti fis-swali li ġew rranġati apposta f'Mount Carmel minħabba li ma kienx hemm spazju fir-residenza San Vincenz de Paule jew inkella għaliex kienu meqjusa bħala social cases fl-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li skond ir-reġistru tas-Social Cases fis-27 ta' Frar fl-isptar San Luqa kien hemm 46 pazjent li huma meqjusa bħala Social Case. Minn meta fetħet is-Sala St Jean Antide sal-lum ġew trasferiti 98 il-mara. Bejn April u Diċembru 2006 ġew trasferiti 59 il-mara u bejn l-1 ta' Jannar u 13 ta' Frar ġew trasferiti 39.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu skemi ta' għajnuna lil min għandu d-dar Raħal Ġdid u jixtieq jirranġa l-gallarija ta' l-injam? Billi f'dan il-każ partikolari l-gallarija qed taqa' u dan jista' joħloq periklu anke lin-nies li jinzertaw għaddejjin minn taħtha, jekk is-sid jirranġaha jkun jista' japplika għas-sussidju jekk xi darba dan joħroġ għar-Raħal Ġdid? Hemm xi skemi ta' għajnuna jew sussidji għall-każijiet bħal dawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) m'għandhiex skema ta' sussidju għal tiswijiet ta' gallariji ta' l-injam ġewwa r-Raħal Ġdid. Minbarra mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), l-Awtorità tad-Djar għandha diversi skemi ta' sussidji għal tiswijiet u titjib ta' djar, fosthom għall-gallariji. U għalhekk għal aktar dettalji nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 23909, tista' l-awtorita' dwar it-trasport tagħmel il-pressjoni meħtieġa fuq il-kunsill lokali ta' Tas-Sliema għax mhux aċċettabbli d-dewmien u t-tkarkir tas-saqajn ta' dan il-kunsill fil-konfront ta' din il-koppja anzjana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rċeviet il-kummenti tal-Kunsill Lokali Sliema dwar is-suġġerimenti li saru mit-Taqsima u wkoll mill-koppja anzjana li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari. Il-Kunsill hu tal-fehma li m'hemmx bżonn ta’ traffic mirror u l'anqas ta’ pedestrian crossing u li l-livell ta’ dawl fit-triq huwa adekwat.
Għalkemm it-Taqsima ma ssib l-ebda oġġezzjoni fil-prinċipju ta’
pedestrian crossing
iżda tali trid tkun f’post sikur mill-lat ta’ viżibilita’ u għaldaqstant ma tistax titpoġġa fil-viċinanzi tat-triq mitluba mill-koppja anzjana.
It-taqsima kkunsidrat ukoll it-talba għal
road mirror
u minħabba li din iżied is-sigurta fit-triq, tali mera ser tiġi mwaħħla.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23910, tista' tgħidli jekk saritx l-investigazzjoni msemmija u jekk hix se tittieħed l-azzjoni meħtieġa u meta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li din il-ġimgħa għandha ssir spezzjoni fuq il-post indikat.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23852, tista' l-Ministru tikkonsulta d-dokumenti li qed jintbagħtu separatament u terġa' twieġeb il-mistoqsija li saritilha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Irrid niccara li peress li ma kienx specifikat fil-Mistoqsija Numru 23852 li din kienet tirrigwarda applikazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar taht l-iskema tax-Shared Ownership, inftehmet li l-Onor. Interpellant kien qed jirreferi ghal applikazzjoni mad-Dipartiment ta' Akkomodazzjoni Socjali ghal akkomodazzjoni alternattiva.
Issa li gew presentati kopji tad-dokumenti dwar il-kaz, ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interellant kienet ghamlet oggezzjoni quddiem il-Bord ta' l-Appelli ta' l-Awtorita', liema talba giet accettata u l-punti gew riveduti.
Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna giet infurmata bil-miktub dwar dan.
Fid-dawl li ġimgħat ilu bdiewa mill-inħawi tal-Limbordin ġew imwegħda li se ssir laqgħa magħhom mill-ministeru u mill-awtorita' dwar it-trasport dwar it-triq ġdida proposta fil-Limbordin, meta se ssir din il-laqgħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23849. Bħalissa qed jiġi finalizzat Impact Assessment Study preliminari. Meta dan jitlesta isiru laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ l-istakeholders kollha u rappreżentanti tal-lokal.
Jikkonsidrax il-gvern jagħti lura lill-Universita' l-flus li ħallset jew mistennija tħallas f'VAT fuq proġetti li saru jew se jsiru fil-programmi tal-Unjoni Ewropea FP6 u FP7?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’huwiex f’pożizzjoni li jiżvela informazzjoni dwar każijiet ta’ persuni jew entitajiet reġistrati taħt il-liġi tal-VAT skond artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud.
Però wieħed jista’ jżid illi d-dritt li jingħata lura l-input VAT lil xi entitajiet jiddenpendi minn jekk il-proġetti jkunux relatati ma’ attività ekonomika li fuqha dik l-entità tkun qegħda tiġbor il-VAT.
Kemm ġabar il-gvern VAT fuq proġetti li Malta ħadet sehem fihom permezz tal-programm FP6 ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-2002 u l-2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ma jagħmilx distinzjoni bejn kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea u oħrajn. Il-VAT tinġabar mingħand il-provdituri kollha ta’ oġġetti jew servizzi, u ma ssirx distinzjoni bejn oġġetti u servizzi provduti fuq proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea u l-proġetti oħrajn kollha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex diversi toroq fil-lokal ta' Haż-Żabbar, bħal Triq A. Caligari, n-naħa tax-Xgħajra u l-inħawi ta' madwar, qed iġarrbu qtugħ tal-provvista tad-dawl bosta drabi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninab infurmat li fix-xahar ta’ Frar kien hemm erbgħa interruzzjonijiet fl-inħawi ta’ Ħaż-Żabbar. Dawn kienu minħabba ħsarat fuq is-sistema ta’ ‘High Voltage’. Tlieta minn dawn il-ħsarat ġew ikkawżati minn ħsarat fuq il-linji waqt li r-raba’ waħda kienet kaġun ta’ ħsara fuq cable ta’ taħt l-art.
Tista' l-Ministru tara x'passi ħa d-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali biex single parent ta' 20 sena li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix ma' bintha ta' erba' snin fil-post ta' ommha u missierha u ma' oħtha l-oħra ta' 19-il sena, li wkoll hi single parent, tibbenefika minn post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.
Tista' l-Ministru tara li jsir lift għal residenti ta' Kwartier San Nikola, Bormla, u dan minħabba persuni anzjani u morda li jabitaw hemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirrizultax li hemm xi applikazzjoni pendenti ghall-istallar ta' lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant
Tista' l-Ministru tara li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandhom tifel ta' 12-il sena b'diżabilita' u dħul finanzjarju limitat, jibbenefikaw mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.