Legislature:
Category:
Reset
Active:

Universita' — Fakulta' ta' l-Arti u l-Liġi

Question

Huwa sodisfatt il-Ministru bl-andament tal-ħatriet ta' lecturers u tutors fil-Fakultajiet ta' l-Arti u l-Liġi fl-Universita'? Huwa sodisfatt il-Ministru bil-ħatra ta' iben ir-reġistratur bħala lecturer?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Żejtun — Triq Sant Emidju - parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni meħuda mill-awtorita' dwar it-trasport pubbliku ta' nhar it-22 ta' Jannar 2007 sabiex ma jsirx parkeġġ fi Triq Sant Emidju fiż-Żejtun?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Żejtun kien issottometta din it-talba sabiex ma jsirx parkeġġ fi Triq Sant Emidju għal konsiderazzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta. Id-deċiżjoni li fi Triq Sant'Emidju titneħħa il-possibilita' ta' parkeġġ ta' żewġ karozzi, ittieħdet mit-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku. Skond il-Linja ta' Gwida ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, it-triq għandha tkun ta' l-inqas wiesgħa 4.8 metri biex tkun tippermetti parkeġġ fuq naħa waħda. Id-deċiżjoni biex ma jsirx parkeġġ fi Triq Sant'Emidju ittieħdet minħabba li l-wisgħa tagħha tvarja bejn 2.4m fl-idjaq parti u 4.2m fl-aktar parti wiesgħa. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Mtarfa — Arbli tad-dawl fil-bypass

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19734, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta bdietx bl-ippjanar tas-sistema ta' l-arbli tad-dawl li se jdawwlu l-bypass l-ġdida ta' l-Imtarfa u dan għaliex jidher li x-xogħol dalwaqt jitlesta fuq il-bini tat-triq u s-servizzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-responsabbilta’ ta’ l-Street Lighting fit-triq imsemmija hija ta’ l-ADT. L-Enemalta m’għandha l-ebda talba għal dan ix-xoghol minn għandhom.

Qrati — Inkjesti pendenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm baqgħu pendenti inkjesti fis-sens li ma ġewx konklużi mill-Maġistrati Dennis Montebello u Ġuże Cassar, liema maġistrati llum irtiraw? Jista' jgħid lil min ġew assenjati dawn l-inkjesti? Jista' jgħid kemm minn dawn l-inkjesti ġew assenjati lill-maġistrat il-ġdid, ġew riferuti u konklużi lill-Avukat Ġenerali? Jista' jgħid kemm ħalla inkjesti warajh mhux konklużi l-Maġistrat Karol Peralta qabel ma assuma kariga ġewwa l-Kosovo? Jista' jgħid lil min ġew assenjati dawn l-inkjesti? Jista' jgħid kemm minn dawn l-inkjesti ġew konklużi mill-maġistrat il-ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta rtiraw il-Maġistrat Dr Dennis Montebello LL.D. u l-Maġistrat Dr Joseph Cassar LL.D., kellhom is-segwenti inkjesti pendenti: Maġistrat Dr Dennis Montebello LL.D. - 151 inkjesta u dawn ġew assenjati lill-Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera skond l-Assenjazzjoni tad-Dmirijiet tal-Maġistrati mill-President ta' Malta. Maġistrat Dr Joseph Cassar LL.D. - 316 inkjesta u dawn ġew assenjati lill-Maġistrat Dr Giovanni Grixti skond l-Assenjazzjoni tad-Dmirijiet tal-Maġistrati mill-President ta' Malta. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ikliet/Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 21378, filwaqt li l-informazzjoni sa l-aħħar tas-sena għadha qed tinġabar.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Xiri ta' Statienary

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul is-sena 2006, in-nefqa globali għall-xiri ta' stationery mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni u d-Dipartimenti, Diviżjonijiet u l-Enti kollha li jaqgħu taħtu kienet dik ta' Lm47,248.

Ġustizzja u Intern — Kiri ta' għamara/pittura

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fid-dekasteru tiegħi ma kien hemm l-ebda infieq tat-tip kif indikat fil-Mistoqsija.

Ġustizzja u Intern — Ikliet/Hospitality

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Xiri ta' Statienary

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal stationery tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' proprjeta' tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul l-2006 l-ammont ta' kera li tħallas mill-Ministeru fuq propjetà kien ta' Lm 127,740.54. L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħallset is-somma ta’ Lm56,494 f’kera filwaqt li l-WasteServ (Malta) Ltd ħallset Lm21,627.02.

Settur Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il petizzjoni saret kull sena mis-sena 2000 'l hawn dwar riżultati ta' Bordijiet ta' Għażla għal ħatriet/promozzjonijiet fis-settur pubbliku? Kemm-il riżultat nstab li kien żbaljat? Għal liema postijiet kienet il-ħatra/promozzjonijiet f'kull każ? F'liema ministeru kienu l-postijiet f'kull każ? X'kien l-iżball f'kull każ? X'rimedju ngħataw dawk il-kandidati li kienu ntlaqtu ħażin bir-riżultat żbaljat? Minn min kien kompost il-bord f'kull każ? X'passi ħa l-Prim Ministru biex jassigura li dawn l-iżbalji ma jibqgħux jiġru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, rigward petizzjonijiet li jsiru fis-Servizz Pubbliku skond il-Public Service Management Code (1.1.10), huwa miġbur fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni nkisbet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għas-snin 2001-2006. Jien infurmat li fl-2000, l-istatistika mitluba ma kinitx bdiet tinżamm. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija u mingħajr ma jingħataw dettalji fuq l-andament intern tal-Kummissjoni u fuq każi individwali, ninsab infurmat li fejn il-Kummissjoni dehrilha li kien hemm dubji serji dwar il-ġenwinità ta’ xi żball, hija rrakkomandat li jsiru aktar investigazzjonijiet u, f’xi każi, li wkoll jittieħdu dawk il-passi xierqa kif mistħoqq. F’kull każ, ir-rakkmandazzjoni tal-Kummissjoni ġiet osservata.

Sistema FAIR

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex sejjer jinħareġ tender pubbliku biex jiġi mixtri l-apparat tad-dual pricing li jidher li huwa ppjanat li jingħata lil dawk in-negozji li daħlu fis-sistema FAIR marbuta mad-dħul tal-euro f'pajjiżna? Dan japplika wkoll għal calculators li sejrin jingħataw lil households Maltin u Għawdxin f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, ir-Regolament ta’ l-2005 dwar il-Kuntratti Pubbliċi jipprovdu għal metodi varji għal akkwist pubbliku, taħt kriterji li huma uniformi mal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Minħabba l-fatt li lokalment ma jeżistux manifatturi ta’ l-apparat li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern mexa ma’ dawn il-kriterji u, fl-ispirtu ta’ l-aħjar valur għall-fondi minfuqa u l-iskadenzi li għandu quddiemu, beda proċess ta’ negozjati b’mod dirett ma’ kumpaniji barranin. Fil-każ ta’ converters li ser jingħataw lill-konsumaturi, il-Gvern għaddej fi trattativi ma’ bank kummerċjali li huwa interessat li jipprovdi dawn il-converters b’xejn.

Teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjani għandu l-gvern biex jinkoraġixxi l-firxa tat-teleworking?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gvern hu mpenjat li jippromwovi inizjattivi li permezz tagħhom jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja li jgħinu wkoll biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Kien għalhekk li matul l-2005 u l-2006, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza mexxiet numru ta’ proġetti, parzjalment finanzjati mill-Unjoni Ewropea, fosthom proġett pilota dwar teleworking. Waqt dan il-proġett, erba’ uffiċjali pubbliċi, li kienu qed jaħdmu fuq siegħat imnaqqsa ta’ xogħol, ġew magħżula biex jaħdmu fuq sistema ta’ teleworking. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll studju dwar sitwazzjonijiet fejn kienet qed tintuża din is-sistema fis-settur pubbliku. Ninsab infurmata li dan il-proġett wera biċ-ċar li t-teleworking iħalli riżultati tajbin għax jgħin biex ikabbar il-produttivita’ u fl-istess ħin jilħaq l-iskop li jikkreja aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Ninsab infurmata li bħalissa qed jiġu preparati linji gwida dwar din is-sistema biex tiddaħħal u tinfirex fis-servizz pubbliku kollu.

Appartamenti tal-gvern — Istallazzjoni ta' lift

Question

Peress li l-appartamenti fl-indirizz indikat separatament issa huma okkupati, tista' l-Ministru tgħid meta se jitpoġġa l-lift fl-istess blokka?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jiena nfurmata li dan il-lift għandu jitlesta u jiġi kummisjonat sa l-aħħar ta' Marzu.

Residenza privata

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-post hawn taħt indikat separatament, hux qiegħed f'idejn id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-post indikat mill-Onor. Interpellant mhux f’idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Bormla — Xogħlijiet fuq appartamenti tal-gvern

Question

Peress li meta bdew isiru x-xogħlijiet fuq l-appartamenti ġodda fi Triq E.S. Inglott, Bormla ir-residenza hawn taħt indikata separatament sofriet ħsarat li ġew recorded minn periti tal-gvern, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal dan il-każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar ma jirrizultax li wasal ghandu xi lment dwar il-fond indikat mill-Onor. Interpellant. Ghalhekk tlabt lill-imsemmi Dipartiment biex investiga u jiehu l-azzjoni mehtiega.

Dar Malta fi Brussels

Question

Rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Industrial Estates — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-oqsma industrijali ta' Ħ'Attard, Bulebel, Ħal Far, Kordin, Ħal-Luqa, Marsa, Mosta, Mrieħel, Ricasoli, San Gwann, Ta' Dbieġi, Ħal Safi/Hal Kirkop u Xewkija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ ħaddiema li kienu qed jaħdmu sa l-aħħar ta’ Settembru 2006, fl-oqsma industrijali msemmija, huwa kif ġej: Żona Industrijali Numru ta’ ħaddiema Ħ’Attard 151 Bulebel 4,624 Ħal Far 2,636 Kordin 1,037 Ħal-Luqa 243 Marsa 3,619 Mosta Technopark 930 Mrieħel 1,414 Ricasoli nil San Ġwann 1,595 Ta’ Dbieġi 44 Ħal Kirkop 2,632 Xewkija 419 Informat ukoll li l-figuri ta’ kemm hemm ħaddiema f’dawn l-oqsma industrijali huma bbażati fuq lista ta’ fabbriki u kumpaniji li ġiet provduta lil ETC mill-Malta Industrial Parks.

Kumpanniji megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħaddmu nies illum il-kumpanniji li kienu megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b'sena mill-1999 sa l-2005 biex iwaqqfu impriża f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 23495.