Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23998 u jgħid meta triq ġdida fi Triq Villa Abate ġewwa Ħaż-Żabbar se tingħata isem minħabba li ilha żmien twil li ġie suġġerit isem għaliha li aktarx huwa Triq Dun Gwann Debono?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamenti Nru 23998 bi żvista kont għidt li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra. Peress li l-iStreet Naming Committee m’huwiex responsabbilita tal-Ministeru tiegħi, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pixxini li huma miftuħa għall-pubbliku? Min huwa s-sid f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-iSport m'għandux it-taghrif meħtieġ. Ir-responsabilita' ta' reġistrazzjoni ta' pixxini miftuħa għall-pubbliku ma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24004 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' peress li sar ħafna tibdil fin-numru ta' bibien f'diversi bliet u rħula, tista' tgħid meta huwa maħsub li joħroġ id-direttorju tat-telefon il-ġdid?
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx xi taħriġ sportiv organizzat għal kulħadd mill-Kunsill Malti għall-Isport? Jekk iva, f'liema dixxiplini? Kif inhu mqassam il-programm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-iSport fil-preżent qed jaħdem programmi ta' sport
ma’ l-iskejjel kollha u mal-Kunsill Lokali. Matul din is-sena sar ukoll program mal-Kunsill Lokali Kerċem, l-iskola primarja ta' Kerċem, Attard FC Youth Nursery u l-iskola primarja t'Attard. Hemm programmi oħra ta'
Sports for All
maħsuba ġewwa Għawdex flimkien mal-
Gozo Youth FA
u mal-Ministeru ta' Għawdex.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23411 dwar inċentivi għall-industrija f'Għawdex, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija parlamentari numru 23411 ma titrattax dwar inċentivi għall-industrija.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23720 dwar Triq San Lawrenz/Rabat, tista' l-Ministru tgħidli kemm mill-Lm187.056 u mill-Lm211,963 huma nklużi fl-istima oriġinali?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li hu l-bżonn ta' ilma kuljum għat-tisqija fl-agrikoltura f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li din l-istess Mistoqsija Parlamentari diġa' kienet saret f'seduta oħra, nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għar-risposta tal-Mistoqsija numru 23737.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir Triq Alessio Erardi, Haż-Żabbar? Meta ser jibda x-xogħol? Meta mistenni jitlesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ser tibni mill-ġdid dik l-area kollha f’Żabbar. Ix-xogħlijiet diġa’ bdew fi Triq G Micallef, Pjazza Wignacourt u Triq Bieb is-Sultan. Dawn ix-xogħlijiet se jkomplu bi Triq il-Għasel, parti minn Triq il-Baħrija u Triq A Erardi. Dawn ta’ l-aħħar mistennija jinbdew il-ġimgħa d-dieħla.
Jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji fejn hemm munzell ta' ħmieġ fi Triq Alessio Erardi, Haż-Żabbar, minħabba li dan qed jikkawża bosta problemi sanitarji, fosthom permezz ta' preżenza tal-ġrieden, kif ukoll problemi estetiċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24145, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika spezzjonaw it-triq indikata, fit-28 ta' Frar 2007 u rriżulta li hemm akkumuli ta' materjal tal-bini, ġebel u xi injam u ħadid imma mhux materjal organiku. Ma ġie nnutat l-ebda sinjali ta' infestazzjoni ta' ġrieden.
Waqt l-investigazzjoni ma setax jiġi identifikat min hu sid l-art. L-anqas m'hemm xi notifiki tal-MEPA għal xi żvilupp. Rigward problemi estetiċi, dawn ma' jaqawx taħt il-kompitu ta' dan id-Dipartiment.
Madankollu ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fit-28 ta' Frar 2007. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma rċiviet l-ebda lment minn dawn l-akkwati matul ix-xahar ta' Jannar 2007, sal-ġurnata ta' llum.
Għawdex — Kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona
Question
Tista' l-Ministru tgħidli:
*Jekk il-gvern approvax li jinbena kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona li se jinkludi l-bini ta' car park u ta' Qorti?
*X'passi ttieħdu u x'sar s'issa fuq dan il-proġett?
*Jekk sarx xi feasibility study dwar dan il-proġett?
*Kemm se jkun jesa karozzi l-car park?
*Jekk il-car park hux se jkun immexxi mill-privat?
*Jekk saritx applikazzjoni lill-MEPA għall-bini ta' dan il-kumpless? Meta saret? X'inhu n-numru ta' l-applikazzjoni tal-MEPA?
*x'inhuma l-vantaġġi li dan il-proġett isir fil-qalba tal-kumpless ta' l-iskejjel sekondarji ta' Għawdex u taċ-ċentru ta' l-eżamijiet ta' Għawdex minflok li jsir fejn kien propost iċ-ċentru komunali?
*Jekk il-proġett taċ-ċentru komunali issa hux se jitwarrab?
*Jekk il-proġett ta' athletic track f'Tax-Xħajma issa twarrabx ladarba se ssir athletic track ta' 200 metru fil-proġett tal-kumpless ta' l-iskola?
*X'miżuri ta' sigurta' se jkun hemm biex iħarsu t-tfal ta' l-iskejjel mit-traffiku u d-dħaħen li joħloq it-traffiku ta' karozzi fil-parkeġġ?
*Jekk sarux il-pjanti tal-proġett? Jekk saru, tista' tpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett ta’ skola ġdida, car park u bini ta’ Qorti ġdid fir-Rabat huwa maqsum f’fażijiet. L-ewwel fażi hija l-binja ta’ l-iskola l-ġdida u l-car park ta’ taħtha li se jesa’ 150 karozza. L-applikazzjoni għal din l-ewwel fażi diġa’ saret mill-FTS lill-MEPA fit-28 ta’ Settembru 2006 (PA6027/06).
Il-kumplament tal-proġett, jiġifieri l-Qorti u aktar parkeġġ, ma jistax jibda jinbena qabel titlesta l-iskola kollha minħabba t-trasferiment ta’ l-istudenti.
Għaldaqstant, f’dan iż-żmien, ser isiru l-preparamenti kollha neċessarji marbuta mal-kumplament tal-proġett kif irrakomandat mill-Gvern.
Peress illi l-proposti huma li fuq l-istess art illi llum hija okkupata mill-iskola ser jinbena wkoll il-Qorti, b’hekk dan il-proġett ser jutilizza art diġa’ wżata u mhux ser inaqqas minn art miftuħa ġewwa r-Rabat kif kien propost fiċ-Ċentru Komunali. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-proposti taċ-Ċentru Komunali u ta’ l-Athletics’ Track Ta’ Xħajma jridu jiġu kkunsidrati.
Rigward miżuri ta’ sigurta’, ser issir triq ġdida li se tkun aċċessibbli għat-trasport ta’ l-istudenti biex dawn jitwasslu u jittieħdu minn quddiem il-bieb ta’ l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi restawrata l-kappella tal-Parlament? Jekk le, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol ta' restawr fiha? Jista' jikkonferma meta se jitlesta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi fil-Palazz hemm “Kamra” fejn sal-bidu tas-seklu dsatax kien hemm Kappella li qabel kienet dik personali tal-Gran Mastru. Il-proġett ta’ restawr wasal fl-aħħar fażi tiegħu wara li kien hemm problemi kbar biex tiġi restawrata l-affresk ta’ Filippo Paladini li soffriet danni kbar matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-parti tal-proġett tlestiet u tlesta wkoll ir-restawr tas-saqaf ta’ l-injam.
Bħalissa qegħdin jiġu pjanati dawn ix-xogħlijiet pendenti fuq dan il-proġett:
i. is-sistema tad-dawl;
ii. jsir damask kif kien hemm qabel;
iii. jerġa’ jinfetaħ il-bieb prinċipali;
iv. tiġi konservata pittura fuq tila.
Id-data ta' meta jkun lest ix-xogħol kollu tkun tista' tingħata hekk kif jinħarġu l-permessi kollha relatati ma' l-eżekuzzjoni tax-xogħol imsemmi f'(iii).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f'Għawdex kull sena mill-1999 sa l-2005 u kull xahar fl-2006? Jista' jgħid fejn sar l-investiment?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lil-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l-ispeċi ta' parking area fejn jipparkjaw l-familji ta' żgħażagħ b'diżabilita' fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa, meta jeħduhom biex jipprattikaw il-horse riding?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq il-waiting list ta' l-operazzjonijiet illum, x'tip ta' operazzjoni qed jistennew, kif kienet il-figura tliet snin ilu u ħames snin ilu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-complement ta' staff ingaġġat mad-dipartiment tas-saħħa llum? Xi grad għandhom? Kemm jaħseb li se jkun il-complement meta jinfetaħ l-isptar Mater Dei u jkun qed jaħdem?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-complement ta' staff ingaġġat mad-Dipartiment tas-Saħħa illum huwa ta' 6,876.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Fl-isptar San Luqa bħalissa l-complementhuwa ta' 3,733 filwaqt li dan in-numru mistenni jiżdied b'677 meta jiftaħ l-isptar Mater Dei u jkun qed jaħdem. Ta' min iżid li dawn iċ-ċifri qed jiġu riveduti sabiex jiġi assigurat l-aħjar kura għall-pazjenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex tiġi solvuta l-problema ta' flooding li hemm fil-Gżira?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-Ministeru ħejja proġett biex jinbena ġibjun kbir fit-tarf ta’ Wied Għollieqa, jittawwal il-culvert eżistenti fi Triq Turu Rizzo u jittranġa l-ħrug ta’ l-ilma għall-baħar. Il-pjanti ta' dan il-proġett ġew sottomessi f'applikazzjoni lill-MEPA.