Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm seħħew inċidenti stradali (fatali u mhumiex) li fihom kienu: a) involuti żgħażagħ fl-eta' ta' bejn it-18 u l-25 sena; u b) żgħażagħ ta' l-eta' 'il fuq minn 25 sena? Jista' jagħti t-tagħrif riferibbilment mis-sena 2000 sas-sena 2006, iż-żewġ dati inklużi, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond statistika miżmuma mill-Pulizija, in-numru ta' persuni ta' bejn it-18 u 25 sena li weġgħu b'riżultat ta' inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 7 snin kien kif jidher hawn taħt:
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
363
395
400
354
359
297
301
Filwaqt illi n-numru ta' persuni ta' l-fuq minn 25 sena li weġgħu b'riżultat ta' inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 7 snin kien kif jidher hawn taħt:
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
622
680
745
718
726
741
766
Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma jekk id-dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandix permess mill-MEPA biex tinbidel f'każin tal-banda? Hu veru li dan il-permess ġie miċħud b'mod unanimu mid-DCC f'Novembru li għadda iżda jidher li xorta waħda qed isir xogħol fid-dar biex tinbidel f'każin tal-banda u dan fil-preżenza ta' membri tas-soċjeta' mużikali? Jista' jikkonferma jekk dan ix-xogħol li qed isir mis-soċjeta' mużikali San Girgor fid-dar imsemmija hux qed isir in vista tal-każin li għad irid jinfetaħ minkejja li l-permess ġie miċħud mid-DCC? X'passi se jittieħdu f'dan il-każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma nħareġ l-ebda permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex id-dar in kwistjoni tinbidel f'każin tal-banda. Fil-fatt, fis-6 ta' Novembru 2006, l-applikazzjoni relatata, PA4171/06, għall-bdil t'użu minn residenza għal soċjetà mużikali, ġiet miċħuda mill-Bord tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp. Minn spezzjoni li saret ma jidhirx li saru xi xogħlijiet li kienu jeħtieġu xi permess.
Dipartimenti tal-gvern — Vjaġġar mill-ministri u uffiċjali
Question
Peress li l-awditur ġenerali kien imqabbad minnek biex jagħmel investigazzjoni dwar vjaġġar mill-ministri u uffiċjali f'dipartimenti tal-gvern u mill-general governmentli jidher li hija lesta, tista' jekk jogħġbok titlob li din l-investigazzjoni titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-Mistoqsija qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid u telenka l-għajnuniet li ngħataw lill-artisti Għawdxin f'dawn l-aħħar ħames snin u tindika min huma l-artisti u l-għajnuniet rispettivi li ngħataw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-periti li kienu nkarigati mill-istudju dwar l-ipproġettar tat-Triq ta' San Lawrenz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-disinn tat-triq, il-pjanti, d-dokumenti tat-tender kif ukoll l-applikazzjoni għall-permess tal-MEPA saru mill-Periti tan-'Network Infrastructure Directorate' fi ħdan l-Awtorita dwar it-Transport.
Jista' l-Ministru jinformani kemm waqa' lura l-proġett tal-MIDI, vis-a-vis il-kuntratt li l-klabb ta' Tas-Sliema għandu mal-gvern, biex jerġa' jieħu pussess tal-ground? Jista' jara l-possibbilta' li l-grounds ta' l-Universita' li jinsabu fi stat ħażin ħafna kawża tad-dewmien, jiġu rranġati kemm għat-tfal ta' Tas-Sliema kif ukoll għal studenti universitarji?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Peress li l-insulina LANTUS għandha l-vantaġġ li taħdem b'mod uniformi għal 24 siegħa u wkoll permezz tagħha wieħed jagħmel injezzjoni waħda biss kuljum minflok tnejn jew tlieta, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din l-insulina tiġi ntrodotta fl-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Insulina Glargine (LANTUS) ġiet introdotta fil-formularju governattiv fit-3 ta' Ottubru 2006 għall-pazjenti dijabetiċi 'Type 1' li:
- għandhom il-fuq minn 6 snin
- ilhom minn ta' l-anqas 6 xhur fuq insulina konvenzjonali u li qed jieħdu iktar minn 4 injezzjonijiet kuljum
- kienu qegħdin jiċċekjaw il-livell taz-zokkor fid-demm 4 darbiet kuljum għal dawn l-aħħar 3 xhur
- il-livell taz-zokkor fid-demm juri varjazzjonijiet frekwenti u li jitbaxxilhom iz-zokkor matul il-lejl f'medja ta' darbtejn fil-ġimgħa.
B'riferenza għall-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament,, jista' l-Ministru jikkonferma li kull min kellu dritt jiġi magħruf ġie magħruf sa meta kellu jsir l-appell?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli fl-awtorita' marittima Maltija li jagħti l-postijiet ta' l-irmiġġi ġodda? Kif jingħataw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jin infurmat li l-irmiġġi fil-Yacht Marinas jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tal-Berthing Master fil-Yachting Centres Directorate. Irmiġġi ġodda fil-Marinas tal-Awtorita' Marittima ta' Malta jingħataw skond il-waiting list iżda l-ebda rmiġġ ma ġie allokat mis-sena 2001 peress li m'hemmx irmiġġi vakanti.
Irmiġġi temporanji fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tas-Small Ships Administrator ta’ l-Small Ships Section tal-Yachting Centres Directorate. Fejn hemm pjani ta' irmiġġi organiżżati mill-Awtorita', ma hemmx postijiet vakanti. Rigward irmiġġi oħra trid issir applikazzjoni flimkien ma’ pjanta tal-post fejn jiġi indikat l-irmiġġ. Wara li jiġi żgurat li m'hemmx xi ostakoli għan-navigazzjoni jew perikli oħra, normalment jingħata l-permess.
Jista' l-Ministru jgħid kif isiru l-evalwazzjonijiet tat-tenders fl-awtorita' marittima Maltija?
Min jagħmel dawn l-evalwazzjonijiet u liema kriterja tintuża biex jintgħażlu dawn in-nies li jevalwaw it-tenders?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċċifika għall-liema tenders qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li xtrat jew bniet dgħajsa tistax taqlibha għall-PTF billi dan jixtieq imur jistad biha imma fuq bażi part-time?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ż-żewġ partijiet kummerċjali tar-Reġistru tad-Dgħajjes tas-Sajd huma magħluqa. Iż-żewġ kategoriji li qed nirreferu għalihom huma l-MFA u l-MFB fejn l-MFA hija Kategorija tas-Sajd Kummerċjali full-time waqt li MFB hija Kategorija tas-Sajd Kummerċjali part-time. Il-Fergħa tas-Sajd u ta’ l-Akwakultura tkun tista' tirreġistra dgħajjes tas-sajd f'dawn iż-żewġ kategoriji meta jkun hemm xi bastiment minnhom li jirtira. Dan ta’ l-aħħar ma jridx ikun ħa xi għajnuna pubblika. Id-de-reġistrazzjoni tal-bastimenti li ser jitneħħew u r-reġistrazzjoni tal-bastimenti l-ġodda jidhru f'avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, kif diġà sar fit-12 ta' Dicembru 2006.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm temmew l-impjieg tagħhom ħaddiema tal-gvern li kienu jokkupaw kariga u li kellhom karozza għall-użu tagħhom, jiġifieri meta temmew dan ix-xogħol kienu intitolati li jixtru dik il-karozza? Min kienu? X'kariga kellhom? Kemm kien it-total ta' flus li bihom inxtraw dawn il-karozzi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda ta-Kamra Tabella li turi l-Informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezzjonijiet, ilmenti u/jew protesti li rċeviet l-Armata mingħand is-suldati li nqabżu fil-promozzjonijiet li ngħataw riċentement?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-numru ta’ ilmenti li waslu minn suldati b’relazzjoni ma’ l-għoti ta’ l-aħħar promozzjonijiet kienu ta’ mitejn u tmienja u għoxrin (228) wieħed.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' għamara/pittura
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' għamara/pittura fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2006 ma kien hemm ebda nfieq fuq kiri ta’ għamara jew pittura mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ikliet/Hospitality
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitalityfil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-nefqa totali fuq hospitality, matul is-sena 2006, mill-Ministeru, Dipartiment u entitajiet kollha li jaqghu taht id-dekasteru tieghi kienet Lm6,846.87.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Xiri ta' Stationery
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal xiri ta' stationery fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-taghrif mitlob mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' proprjeta' fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' xtieli/pjanti fil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-nefqa globali fuq kiri ta’ xtieli/pjanti matul is-sena 2006 kienet ta’ Lm15 fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Lm790 li ntefqu mill-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.