Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjana ta' 88 sena li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għal dawn l-aħħar xahrejn qed jidħlilha l-ilma fid-dar tagħha?
Jista' jara li jintbagħtu nies mid-drainage section biex din il-problema tiġi finalizzata minħabba periklu li din tista' tiżloq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li għamlu l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma instab li dan kien ilma tad-drenaġġ iżda ma nstab l-ebda leak mill-mejn fit-triq indikata mill-Onor Interpellant.
F’każi bħal dawn, il-Korporazzjoni tgħaddi l-ilment lid-Dipartiment tas-Saħħa biex l-ispettur sanitarju jkun jista’ jagħmel l-investigazzjonijiet necessarji fuq konnessjonijiet privati ta’ din id-dar kif ukoll tal-ġirien.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24189, jista' l-Ministru jgħid min rebaħ din it-tender u x'inhu l-valur tax-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur li rebaħ it-tender tal-Malta South Sewage Transmission Infrustructure huwa 'Rockcut Limited'. Il-valur tax-xogħolijiet huwa ta' Lm3,173,327.75c.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24204 u jgħid jekk l-Enemalta għandhiex l-kapaċita' biżżejjed sabiex tforni b'mod suffiċjenti l-proġett tal-MIDI (Tigne Point) kif ukoll li l-iżvilupp tas-sit tal-Holiday Inn meta dawn iż-żewġ proġetti jitlestew? Jekk fin-negattiv, x'beħsiebha tagħmel l-Enemalta f'din is-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 24190.
Jista' l-Ministru jikkonsidra każ ta' tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu bżonn facilitator peress li mhux l-ewwel darba li kellu nuqqas ta' dan is-servizz kif ġara nhar l-Erbgħa 28/03/07?
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex il-ġenituri ta' dan it-tifel ikollhom risposta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-facilitator tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kienet bis-sick leave mill-Ġimgħa 12 ta' Jannar, 2007 sa nhar il-Ġimgħa 2 ta' Marzu. Matul dawn il-ġimgħat inġabet spiss On Call facilitator.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża tal-magazin "MCMP Outlook" li ntbagħat fid-djar dan l-aħħar? Min għamel id-disinn? Min stampah? Kemm kienet l-ispiża tal-posta? Ħarġet tender biex seta' isir ix-xogħol tad-disinn u l-istampar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kien hemm żewġ ħarġiet tal-MCMP outlook, l-ispiża totali għall-istampar, disinn u pustaġġ ta' l-ewwel edizzjoni kienet ta' Lm643.77. Ix-xogħol tad-disinn sar mill-Kumpanija 26th Frame filwaqt li l-Printline Printers ħadu ħsieb l-istampar. Dawn intagħżlu wara sejħa għall-kwotazzjonijiet. L-istess kumpaniji ntużaw ukoll għat-tieni edizzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 21025, jista' l-Ministru jispjega jekk iż-żieda fl-għoli ngħatat fl-inħawi fejn hemm konċentrazzjoni ta' attivita' turistika jew kummerċjali għaliex Triq Żonqor, Wied il-Għajn ma ngħatatx żieda ta' sular meta l-bqija ta' Wied il-Għajn ngħata żieda ta' sular?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24210 u jara li l-flus tal-VAT li anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament , ħallset biex għamlet lift minħabba diżabilita', jingħatawlha lura peress li għad m'għandha l-ebda risposta
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24210.
Jista' l-Ministru jara għaliex fis-sena 2000 saret applikazzjoni għal permess li jidher separatament fejn dan ġie refused, saret reconsideration b'konsultazzjoni ma' Heritage Malta u Superintendance of cultural heritage fejn dawn esiġew li ma jsirx żvilupp u din issa reġgħet telgħet għal reconsideration nhar il-Ħamis 01/03/07? Jista' jara jekk dan il-permess għandux joħroġ peress li jinsab qrib World Heritage site, xi 20 pied 'il bogħod?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) hija marbuta li tikkonsidra kull applikazzjoni u kull talba għal rikonsiderazzjoni irrispettivament mill-pożizzjoni ta' awtoritajiet oħrajn. Ta' min jgħid li fuq dan il-każ il-parir tad-Direttorat lill-Bord huwa għal rifjut.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-working permit ta' sinjur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu hawn Malta sitt snin? Possibbli din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni għall-permess tax-xogħol għall-persuna msemmija mhux ser tintlaqa’. Applikazzjoni minn prinċipal ieħor għall-istess persuna ġiet irrifjutata f ‘Settembru 2006.
Tista' l-Ministru tara li jsir xi ħaġa fuq każ ta' żewġt itfal li jridu jiġu fostered għand familja peress li l-missier ma jistax ikompli jieħu ħsieb dawn it-tfal peress li l-omm telqet u abbandunat it-tfal? Tista' din il-familja tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-fatt, l-Aġenzija Appoġġ kienet allokat lit-tfal li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant f'respite foster care iżda wara ġimgħatejn dan l-arranġament kellu jitwaqqaf minħabba nuqqas ta' koperazzjoni min-naħa tal-missier.
Ninsab infurmata wkoll li, wara, il-missier talab lill-Appoġġ li t-tfal jitpoġġew f'istitut. Il-manager taċ-Child Protection Services ta' l-Aġenzija xtaqet tiltaqa' mal-missier biex jiġu diskussi possibilitajiet oħra fejn jistgħu jitqiegħdu dawn it-tfal, fl-ambitu ta' familja. Din il-laqgħa hi ppjanata għall-14 ta' Marzu 2007.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm swimming pools reġistrati ai termini ta' l-Avviż Legali 129/2005 kif ukoll liema huma dawk il-postijiet li ġew hekk reġistrati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24072 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilha, tista' l-Ministru ġentilment tgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu skemi ta' għajnuna lil min għandu d-dar Raħal Ġdid u jixtieq jirranġa l-gallarija ta' l-injam? Billi f'dan il-każ partikolari l-gallarija qed taqa' u dan jista' joħloq periklu anke lin-nies li jinzertaw għaddejjin minn taħtha, jekk is-sid jirranġaha jkun jista' japplika għas-sussidju jekk xi darba dan joħroġ għar-Raħal Ġdid? Hemm xi skemi ta' għajnuna jew sussidji għall-każijiet bħal dawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar għandha skemi li permezz tagħhom inkwilini fi proprjeta’ tal-Gvern jew privata kif ukoll sidien privati ta’ proprjeta’ jistgħu jibbenefikaw minn għotja ta’ flus biex jirranġaw jew jibdlu gallariji ta’ l-injam. Dawn l-iskemi jkopru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lil persuna konċernata li tmur it-taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ biex tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema relevanti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiem, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separtament, weġġa' fuq ix-xogħol fit-23 ta' Ġunju, 2005 u għadu sal-lum ma ngħatax kopja ta' l-injury form għalkemm kien għamel ir-rikjesta għal dan fis-27 ta' Ottubru 2005?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kopja ta’ l-imsemmija Injury Form inbagħtet lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fit-28 ta’ Ġunju 2005 wara li l-persuna involuta ippreżentat dan ir-rapport fl-24 ta’ Ġunju 2005. Dakinhar stess kopja oħra inbagħtet lid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi skond il-proċedura segwita mill-Environmental Landscapes Consortium (ELC).
Fl-10 ta’ Jannar 2007, is-Sur Louis Marsh mill-General Workers Union (GWU), f’isem il-persuna involuta, għamel talba għal dan ir-rapport u kien riferut lid- Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali peress li dan kien investiga r-rapport.
Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma jekk l-Airport Services Company Limited hijiex kumpanija parastatali? Jista' jgħid ukoll kif inhu mqassam s-shareholding tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Airport Services Co. Ltd. hija Kumpanija Sussidjarja tal-Air Malta plc. L-Air Malta għandha 249,999 Ordinary Shares ta' Lm1 l-waħda minn share Kapitali tal-Airport Services ta' Lm250,000.
Share wieħed ta' Lm1 hu miżmum mill-Holiday Malta Co. Ltd (li hi kompletament sussidjarja ta' l-Air Malta).
Jista' l-Ministru jgħid meta l-emendi għad-DC Guidance 2005 se jidħlu fis-seħħ wara li nhar il-Ħamis, 1 ta' Marzu, 2007 ġew approvati mill-Bord tal-MEPA? Jista' jippreżenta kopja tal-verżjoni finali ta' dawn l-emendi fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li waqt is-seduta tal-bord rilevanti, fejn kien diskuss id-DC Guidelines 2005, il-Bord approva b'xi emendi dan id-dokument. Id-dokument issa huwa finalizzat u wasal għandi għall-approvazzjoni proprju llum.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament: a) għandhiex xi arranġament speċjali mad-dipartiment ta' l-ambjent sabiex ma tmurx fuq il-post tax-xogħol? b) hijiex mislufa mill-kunsill lokali ta' Tas-Sliema? c) għandhiex permess sabiex waqt il-ħin tax-xogħol tkun taħdem mas-soċjeta' separatament indikata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultalix li l-persuna indikata minnu taħdem ma’ xi dipartiment jew ma’ xi entità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm kawżi pendenti quddiem it-tribunal industrijali, kemm ġew ippreżentati f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm ġew deċiżi?
Apparti hekk, jista' jgħid kemm hemm kawżi pendenti wara li ċ-chairman irriżenjat peress li ġiet elevata għall-uffiċċju ta' maġistrat?
X'inhi r-raġuni li għadu ma ġiex maħtur chairman ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tribunal Industrijali ma jaqax taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru de-requisitions fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ħareġ 128 u 113-il notifika ta' derekwiżizzjoni fuq postijiet privati f'Jannar u Frar 2007 rispettivament.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li fil-pont tal-Mosta issir xi struttura li żżid is-sigurta' tal-persuna jekk din f'mument ta' dlam tiddeċiedi li tneħħi ħajjitha b'idejha u taqbeż minn fuq il-pont peress li dan il-pont huwa post fejn isiru diversi suwiċidji matul is-sena u struttura bħal din tista' tnaqqas ir-riskju li jintilfu ħajjiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilita’ tal-pontijiet taqa’ taħt l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta. Għalhekk nitolbu sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24242 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li l-Ministru wieġeb li r-responsabbilta' ta' street lightingfit-triq imsemmija hija ta' l-ADT u cioe': B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19734, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta bdietx bl-ippjanar tas-sistema ta' l-arbli tad-dawl li se jdawwlu l-bypass l-ġdida ta' l-Imtarfa u dan għaliex jidher li x-xogħol dalwaqt jitlesta fuq il-bini tat-triq u s-servizzi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ADT pprovdiet network ta' pajpijiet tul
il-
bypass
kollha biex is-sistema ta' l-i
street lightning
tgħaddi minn dan in-
network
.
Meetings
ma' l-uffiċjali ta' l-Enemalta qed isiru biex is-sistema tibda taħdem.