Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bejgħ ta' mediċini bl-għoli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27908 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa,Anzjani u Kura fil-Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli? Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28557.

Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Nefqa fuq servizz ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. L-informazzjoni dwar l-MCA u l-MMA jingħataw wara li jkunu verifikati.

Nefqa ta' servizz fuq l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan il-Ministeri mhuwiex f'pożizzjoni li jgħid kemm kienet in nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru u tad-Dipartimenti u Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu, għaliex dawn il-ħlasijiet isiru mill-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-informazzjoni taħt il-Core Services Contract. L-ISP f'kull każ huwa l-MITTS. L-informazzjoni dwar l-MCA, MMA u l-MSA tingħata wara li tinġabar kollha.

Kontijiet ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi l-ammonti imħallsa f’kontijiet ta’ mobile phones (billing) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu minn Jannar ta’ din is-sena kienu kif jidhru hawn taħt: Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru Ottubru Ministry, Permanent Secretariat u EU Directorate 438 350 219 225 186 238 188 325 332 206 Directorate General (Works) 12 10 22 20 19 16 21 17 0 0 Directorate General (Services) 5 8 12 11 26 31 10 9 0 0 Building and Engineering Department 9 11 12 9 11 9 9 0 0 0 Construction and Maintenance Department 12 16 20 22 24 23 29 29 0 0 Cleansing Services Department 7 14 10 0 9 17 27 0 0 0 Manufacturing and Servicing Department 0 0 0 0 0 0 9 10 0 0 Oil Exploration Department 15 34 25 11 41 45 66 10 0 0 Malta Resources Authority 147 57 182 128 120 156 135 43 0 0 Building Industry Consultative Council 5 5 5 5 5 5 5 5 5 5 Valletta Rehabilitation Projects 0 0 0 0 0 0 * 204 0 0 0 Total 650 505 507 431 441 540 703 448 337 211 * L-ammont ta’ Lm 204 huwa għall-perjodu Jannar sa Lulju 2007 u tħallas kollu f’Lulju.

Prepaid top up mobile cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat illi n-nefqa fuq prepaid topup mobile cards fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu minn Jannar ta’ din is-sena kienet kif jidher hawn taħt: Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru Ottubru Ministry, Permanent Secretariat u EU Directorate 100 0 0 0 100 100 0 10 10 10 Directorate General (Works) 30 20 0 30 20 20 20 20 0 30 Directorate General (Services) 30 10 0 30 10 0 30 10 0 30 Building and Engineering Department 45 55 55 35 55 40 45 55 45 65 Construction and Maintenance Department 30 30 40 50 70 60 50 60 60 60 Cleansing Services Department 10 50 10 50 10 40 10 50 0 40 Manufacturing and Servicing Department 0 0 10 0 0 0 0 0 10 0 Financial Management Department 10 20 10 10 0 20 10 0 10 20 EU Affairs Directorate 0 0 0 0 0 0 10 0 0 10 Building Industry Consultative Council 50 50 50 40 40 40 40 40 40 0 Total 305 235 175 245 305 320 215 245 175 265

Xiri ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u l-enti tiegħu minn Jannar ta’ din is-sena sal-lum inxtraw tliet mobile phones kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Mobile Phone Prezz Uffiċjal 1 Lm 80 Kap tas-Segretarjat Privat 1 Lm 80 Direttur Ġenerali (Taqsima tax-Xogħlijiet) 1 Lm 80 Direttur – Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif

Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward kiri ta’ karozzi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu minn Jannar 2007, hija kif tidher hawn taħt. Ma kien hemm ebda użu ta’ karozza leased. Numru ta’ Uffiċjali Grad Ċilindrata tal-Karozza (CC) Rata tal-Kirja Kull Gurnata (Lm) 1 Minister’s Private Secretary 1594 3.82 1 Senior Technical Officer 1323 3.82 1 Principal Public Cleansing Officer 1323 3.82 1 Assistant Director 1793 4.30 1 Technical Officer 1061 3.82 1 Senior Technical Officer 1500 3.82 2 Officer in Grade 8 1498 3.82 1 Senior Technical Officer 1061 3.82 1 Technical Officer 995 3.82 1 Chief Architect 1498 3.82 1 Operations Manager 1124 3.82 1 Architect 1061 3.82 1 Operations Manager 1061 3.82 1 Officer in Grade 8 995 3.82 1 Chief Security 1061 3.82 1 Director 1493 5.51 1 Analyst II 1498 5.25 1 Analyst II 1399 4.58 1 Analyst II 1341 4.64

Fondi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27704 u r-risposta mogħtija, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intnefqu Lm136,262,989.62 li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea? F'liema proġett ntnefqu dawn il-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28742.

Pussess ta' oġġetti projbiti

Question

B'referenza għall-mistoqsija 27890, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'kull każ x'passi ttieħdu mill-Kummissarju tal-VAT u mill-Kontrollur tad-Dwana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28838.

Taxxa tad-dħul — Konjugi separati

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkunsidra li jnaqqas it-taxxa tad-dħul minn fuq dik il-parti tal-paga li konjugi separati jkunu obbligati li jħallsu f'manteniment għat-tfal tagħhom lill-parti l-oħra anke meta ma jkollhomx kustodja fuq dawn it-tfal sakemm dan kollu jkun qed isir skond digriet tal-Qorti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29131.

Impjegati fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet xahar b'xahar matul dawn l-aħħar tlett snin inkluż il-grad li ngħata kemm jekk hu post kif ukoll position fis-servizz pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 29121.

Heavy Plant Section

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni l-Heavy Plant Section ġewwa St Andrews qed tiġi żarmata ftit ftit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Primarjament, nixtieq niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li għall-kuntrarju ta’ dak li huwa semma’ fil-Mistoqsija Parlamentari, l-Plant Troop li tinsab f’St Andrews mhijiex qed tiġi żarmata ftit ftit. Fl-istess ħin, nixtieq nassigurah li m’hemm l-ebda ħsieb li din it-Truppa jew Section ta’ l-Iskwadra ta’ l-Inġinieri tat-tielet Reġiment ta’ l-Armata tiġi żarmata b’xi mod. Mhux talli hekk, imma qed jittieħdu passi biex in-nies li jiffurmaw din it-Truppa jkomplu jiġu mħarrġa fis-snajja tagħhom u li t-tgħamir li jużaw fix-xogħol tagħhom jiġi mtejjeb skond il-bżonnijiet minn żmien għal żmien, u l-fondi disponibbli.

Kompetizzjoni mhux ġusta

Question

Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 28974 u 29074 u jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ allegata kompetizzjoni mhux ġusta li tressqu quddiem id-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni matul l-2003, l-2004, l-2005 u l-2006 u bejn Jannar u Ottubru 2007, sena b’sena? Kemm kienu dawk li nstabu ħatja mid-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni li kisru l-att tal-kompetizzjoni ġusta kull sena, rispettivament? Kemm, minn dawn ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Risposta SSugerita: Jien infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ allegata kompetizzjoni mhux ġusta li tressqu quddiem id-Diviżjoni tal-Konsumatur fis-snin imsemmija huma hekk kif indikati fit-tabella hawn taħt. Każijiet Sena 2003 2004 2005 2006 2007(Jan-Oct) Totali 12 20 34 22 18 Numru ta' Każijiet li 2 1 2 2 1 kisru l-Att dwar il- Kompetizzjoni Ġusta Ma dan nixtieq inżid li l-Att dwar il-Kompetizzjoni mhux Ġusta jipprovdi li d-Direttur tal-Kompetizzjoni Ġusta jagħti d-deċiżjonijiet dwar ksur tal-provvedimenti ta' dan l-Att. Il-liġi tipprovdi wkoll għad-dritt ta'l-appell minn dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust u mhux quddiem il-Qorti.

Kompetizzjoni mhux ġusta

Question

Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 28975 u 29075 u jghid jekk jistax jikkonferma li hemm kazijiet ta’ allegata kompetizzjoni mhux ġusta li ilhom sentejn li gew sottomessi quddiem id-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni u li izda deċizjoni dwarhom għadha ma tteħditx?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għad hemm 4 każi ta' allegata kompetizzjoni mhux ġusta li ġew sottomessi li-Diviżjoni iktar minn sentejn ilu u li minħabba l-komplessita tagħhom, għadhom qed jiġu investigati.

Consumer Affairs Act

Question

Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 28976 u 29076 u jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ allegat ksur tal-Consumer Affairs Act li daħlu fit-taqsima tal-Policy and Regulatory Services Directorate matul l-2003, l-2004, l-2005 u l-2006 u bejn Jannar u Ottubru 2007, sena b’sena? Kemm kienu dawk li nstabu ħatja mit-taqsima tal-Policy and Regulatory Services Directorate li kisru l-Consumer Affairs Act? Kemm, minn dawn ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' każijiet ta' allegat ksur tal-Consumer Affairs Act li daħlu fit-taqsima tal-Policy and Regulatory Services Directorate huwa hekk kif indikat fit-tabella aktar l-isfel. It-Taqsima pero' m'għandiex kompetenza sabiex tiddeċiedi allegat ksur taħt l-Att imsemmi. Każijiet Sena 2003 2004 2005 2006 2007( Jan-Jun) Totali 46 40 36 22 15 Magħluqa permezz ta' 12 12 16 9 3 medjazzjoni Riferuti lit-Tribunal 2 1 tal-Konsumatur Dwar il-kumplament tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 24804.

Moniteraġġ tal-prezzijiet

Question

Jista l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 28977 u 29077 u jgħid kemm kienu, minn fejn u f’liema data ttiehdu l-kampjuni fir-rigward tal-moniteraġġ tal-prezzijiet li tnieda mid-direttorat ta’ l-enforcement tad-divizjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni? X’tip ta’ użu sar minn dan il-moniteraġġ minn naħa tal-kumitat għall-bidla ghall-ewro (NECC)? Jista' jagħti elenku tal-kampjuni għad-diversi kommoditajiet li ġew immoniterjati? Jista jghid jekk sarux surprise inspections u kemm saru? Saret xi evalwazzjoni statistika fuq id-data li nġabret u jekk saret x’kienu r-rizultati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn Frar sa Novembru ta din is-sena, matul l-ewwel gimgha ta’ kull xahar, bdew jittiehdu kampjuni bħalaparti minn eżerċizzji ta' moniteraġġ tal-prezzijiet mid-Direttorat ta l-Infurzar fuq diversi prodotti kif hawn taht imsemmi. Tnax il-Supermarket (12) li jinsabu f’dawn Il-lokolitajiet: 2 Qormi, 1 fil Mosta, 1 H’ Attard, 1 B’Kara, 1 Fgura, 1 Zejtun, 1Ta’Xbiex, I Sta Venera, 1 Bur Marrad u 2 f’ Ghawdex. Minn kull wieħed minn dawn il postijiet ingabru 228 prezz ta' prodotti total ta' 27,360. Hamsa u ghoxrin Spizerija (25) li qieghdin f’dawn il lokalitajiet: 1 B’Bugia, 1 B’Kara, 1 Bugibba, 2 Fgura, 2 Gzira, 1 Hamrun, 1 Mosta, 2 Naxxar, 1 Qawra, 1 Rabat, 1 Sliema, 1 Valletta, 1 Zabbar, 1 Zebbug, 1 Zejtun, 1 Paola, 1 Qormi, 1 San Gwann, 4 Ghawdex. Minn kull wieħed minn dawn il- postijiet ingabru erba’u tletin (34) prezz ta' prodott total ta' 8,500. Disa u ghoxrin hanut tal-Laham (29) li qieghdin f’’dawn il- lokolitijiet ta’ : 2 Sliema, 2 Valletta, 2 B’Kara, 2 Gzira, 2 Hamrun, 1 B’Bugia, 2 Rabat, 2 Zabbar, 2 Paola, 2 Qormi, 1 Mosta, 1 San Pawl il Bahar, 1 San Gwann, 1 Fgura, 6 Ghawdex, minn kull wieħed minnhom ingabru 28 prezz ta' prodott total ta' 8,120. Erba u erbghin kiosks (44) li jinsabu f’dawn il lokalitajiet: 2 Mgarr, 1 Qawra, 1 San Pawl il Bahar, 1 Cirkewwa, 2 Rabat, 4 Mellieha, 2 Msida, 2 San Giljan, 2 Hamrun, 7 Sliema, 3 Gzira, 1 M’Scala, 1 Bahar ic-Caghaq, 4 M’Xlokk, 1 Senglea, 1 Paola, 1 Attard,1 Qormi, 1 B’Kara, 6 Ghawdex. Minn kull wieħed minn dawn il-kiosks ingabru bejn wiehed u iehor 10 prezz ta' prodott differenti minn firxa ta’ 347 prodott bejnhiethom kollha. Total 1,910 . Tmenin restaurant (80) li jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: 4 M’Xlokk, 13 San Giljan, 12 Bugibba, 7 Mellieha, 1 Mgarr, 6 Qawra, 1 Hamrun, 9 Sliema, 3 San Pawl il Bahar, 1 Attard, 1 M’Scala, 1 Xaghra, 1 Vittoriosa, 1 Paola, 1 Qormi, 1 B’Kara u 1Ta’ Xbiex, 16 Ghawdex. Minn kull wieħed minn dawn ir-restoranti ingabru bejn wiehed u iehor 10 prezz ta prodotti differenti minn xelta ta’ 646 prodotti bejnhiethom kollha. Total 6598. L-ispezzjonijiet kollha isiru minghajr ma jinghata l-ebda avviz lill-istabilimenti. Ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju dejjem ġew mgħoddija lill-NECC sabiex issir l-evalwazzjoni meħtieġa. L-eżerċizzju ta' moniteraġġ għadu għaddej.

Sheds tal-patata

Question

Billi l-operaturi tax-sheds tal-patata ingħataw x'jifhmu li se jitneħħew minn qrib is-sit ġdid ta' l-Ambaxxata Amerikana, jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu located?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-grading station tal-patata se tiġi rilokata fuq sit biswit il-Pitkalija f’Ta’ Qali. L-operaturi jafu din l-informazzjoni għax ġew informati diġà.

San Giljan — Triq Alessio Xuereb

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx xi pjanijiet biex fi Triq Alessio Xuereb f'San Giljan biswit Triq Reġjonali t-traffiku jkun kontrollat aħjar minħabba li f'din it-triq diġa' kien hemm inċidenti traġiċi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku sa mis-sena 2005 rigward Triq Dun Guzepp Xerri rriżulta li ġej: · Ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali, mill-pubbliku jew mill-puliżija għal miżuri ta’ sigurta’ f’din it-triq. · Ma kien hemm l-ebda inċident traġiku tat-traffiku f’din it-triq.

BCP Joint Venture

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mal-kuntratturi ta' BCP Joint venture u l-project managers tagħhom flimkien mal-Kunsill Lokali konċernat biex ma jirriżultax l-inkonvenjent bix-xogħol tal-Pont Manwel Dimech li fil-fatt irriżulta lir-residenti ta’ Terrazzo Court, Mensija Rd, San Ġiljan li f'ċerti ġranet kellhom l-aċċess għall-garages tagħhom limitat f’ħinijiet ferm aktar milli miftiehem? Jaf li f’okkazzjoni minnhom kif tixhed korrispondenza minn resident lill- project manager kellu jdum aktar minn siegħa u nofs sakemm seta' jkollu aċċess għall-garage tiegħu stess u dan wara li taċ-cherry picker li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, injoraw it-talba li saritilhom u kellha saħansitra tintervjeni l-Pulizija? X’salvagwardji huma maħsuba għax-xhur li baqa' ta’ xogħol fuq dan il proġett fejn jidħlu r-residenti kkonċernati? Japprezza li dan l-inkonvenjent għar-residenti ilu għaddej 13-il xahar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.