Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separtament, għandhiex applikazzjoni għal housing alternattiv jew le? Jekk fl-affermattiv huwa possibbli li tinstabilha dar żgħira bil-kera?
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' single mother li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal akkomodazzjon soċjali peress li biex ikollha saqaf fuq rasha u ż-żewġ uliedha toqgħod mal-familja tal-ġenituri tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant m'għandiex applikazzjoni attiva mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lil din il-persuna biex tmur it-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm files mitlufa fl-awtorita' dwar it-trasport ta' persuni li xtraw karozzi minn barra u applikaw għal number plates lokali? Kif intilfu dawn il-files? X'passi se jittieħdu biex jinstabu dawn il-files?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta' Malta m'għandhiex files mitlufa ta' persuni li xtraw karozzi minn barra u applikaw għal number plates lokali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni li huma ntitolati għall-pilloli (kontra l-pressjoni) bl-isem ta' Atacard mhumiex isibuhom mis-servizz nazzjonali tas-saħħa? Meta se jkunu jistgħu jsibu dawn il-pilloli li bil-prezz ta' Lm17-il waħda żgur ma jaffordjawhomx ħafna anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li dawn il-pilloli issa jinstabu fl-ispiżeriji tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fl-Universita' ta' Malta tiġi ntrodotta sistema ta' irtirar ta' 65 sena għall-istaff akkademiku wkoll meta wieħed iqis li hemm ħafna li huma 'l fuq sew minn 65 sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kwestjoni ta' irtirar għal staff akkademiku issa trid tiġi rikonsidrata fid-dawl tal-provvedimenti l-ġodda adottati mill-Parlament dwar il-pensjoni tas-Sigurta Soċjali kif ukoll fid-dawl ta' eventwali proposti għal tibdil fil-liġi li tirregola l-Universita'.
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-bord li jmexxi l-Malta University Services? Jista' jgħid ukoll jekk dawn jitħallsux jew għandhomx xi allowances? Jekk iva, x'inhuma?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika fejn u meta se jitqiegħdu traffic lights f'din is-sena finanzjarja?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din is-sena huwa ppjanat li jkunu nstallati pelican lights f’dawn il-lokalitajiet. Il-prijorita’ hija kif indikat fil-lista.
Qormi Road - Qormi
Triq 79 - Birgu
Dun Karm
Bypass
c/w
Ganu
Street
- Birkirkara
Triq Fortunato Mizzi – Rabat Għawdex
Marfa
Road
- Mellieħa
Marfa
Road
- Ċirkewwa
Triq il-Kottonera - Birgu/Bormla
Tower Road
- Sliema
Naxxar
Road
- San Ġwann
Naxxar
Road -
Birkirkara (
close to BOV
)
Sir Paul Boffa Avenue - Raħal Ġdid
Vjal it-28 ta’ April - Raħal Ġdid
Qormi
Road
- Marsa/Ħamrun
Vjal ir-Rihan - San Ġwann
Triq San Bastjan - Qormi (
between the junctions with
Triq Correa
and
Triq l-Armier)
Mdina
Road
- Qormi (
adjacent to
Triq iċ-Ċawsli
and the public
footway to the nearby school and sports field
)
Triq A Cachia Zammit - Żejtun
Pelican crossing
quddiem Burmarrad
Commercials
- Burmarrad
Zebra crossing
ser tiġi mibdula
f’pelican crossing in
Rue d’Argens - Gżira
Pelican crossing
f’Gudja
Bypass
- Gudja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-cameras tat-traffiku humiex kollha bil-permess ta' l-awtorita' dwar it-trasport? Jista' jgħid ukoll għalfejn saru applikazzjonijiet biex jitwaħħlu aktar cameras? Min għamel kull applikazzjoni u meta saret?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-ispeed cameras li hawn stallati huma kollha bl-awtorizzazzjoni ta’ l-ADT. Dawn jinsabu fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi; Triq Reġjonali, San Ġiljan; Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ; Triq in-Nutar Żarb, Ħ’Attard; Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar, u fi Triq Sant’Andrija, Pembroke.
Jien infurmat ukoll li hemm dawn it-talbiet pendenti:
1. talba li saret mill-Kumitat Konġunt Grupp Ġ, li jinkorpora l-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Għaxaq, il-Gudja, Marsaxlokk, Paola, Santa Luċia, Ħal Tarxien u ż-Żejtun, biex joperaw
speed camera
mobbli f’diversi toroq fil-konfini msemmija;
2. applikazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għat-twaħħil ta’
speed camera
fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi;
3. talba mill-Kumitat Konġunt taż-Żurrieq, li jinkorpora l-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi u ż-Żurrieq, biex joperaw
speed camera
mobbli f’diversi toroq fil-konfini ta’ Ħal Luqa, Birżebbuġa u Ħal Kirkop;
4. talba minn
Guard and Warden Service House Ltd
għall-istallar ta’
speed cameras
barra l-mini ta’ Sta Venera;
5. talba mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-istallazzjoni ta’
speed camera
fi Triq il-Kbira, il-Mellieħa;
6. talba mill-Kunsill Lokali tar-Rabat għall-istallazzjoni ta’
speed camera
fi Triq Ġorġ Borg Olivier;
7. talba mill-Kumitat Konġunt ta’ Birkirkara, magħmul minn Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birkirkara, Ħad-Dingli, l-Iklin, Ħal Lija, l-Imtarfa, l-Imdina, ir-Rabat u Sta Venera, għall-użu ta’
speed camera
mobbli f’diversi toroq fil-konfini ta’ dawn il-Kunsilli Lokali; u
8. talba mill-Kumitat Konġunt Grupp Ħ, li jikkonsisti mill-Kunsilli Lokali tal-Gżira, Pembroke, San Ġiljan, San Ġwann, tas-Sliema, is-Swieqi u Ta’ Xbiex, għal
speed camera
mobbli biex tintuża f’diversi toroq fil-konfini msemmija.
Jien infurmat li f’dawn it-talbiet ma ngħatatx ir-raġuni li għaliha tkun qed issir l-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta camera tat-traffiku titneħħa minn postha, bħal fil-każ tat-telgħa tax-Xemxija, għaliex ma titneħħiex it-tabella li turi li hemm camera?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li skond ftehim li hemm bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Awtorità dwar it-Trasport, li hi l-awtorità regolatorja għat-traffiku stradali, il-kameras li jirrekordjaw il-veloċità tal-vetturi jiġu stallati mill-Kunsilli Lokali bl-awtorizzazzjoni biss ta’ l-ADT. It-tabelli marbuta ma’ tali kamera jsiru jew jitneħħew wkoll mill-Kunsilli.
Jien infurmat ukoll li m'hemm xejn ħażin li tabella bħal dik imsemmija mill-Onor Interpellant titpoġġa fi triq mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm ukoll kamera bil-ħsieb li tittrażżan il-veloċità eċċessiva mill-vetturi u dan fl-interess kemm tas-sewwieq u l-passiġġieri li jista’ jkollu miegħu u kulmin juża t-triq. Il-preżenza ta’ tali tabella żgur li tnaqqas il-periklu mit-triq. Tajjeb li jingħad li f’ħafna pajjiżi jsiru ħafna tabelli ta’ din ix-xorta f’ħafna toroq mingħajr ma jsiru l-kameras u dan fi sforz li jitnaqqas il-periklu li joħloq is-sewqan eċċessiv.
Għalkemm jista’ jagħti l-każ li jkun hemm min jgħid li tabelli bħal dawn jindraw, hu fatt magħruf li jkun hemm ukoll okkażjonijiet fejn fil-viċinanzi ta’ dawn it-tabelli jkun qed isir sorverjal skond il-liġi mill-forzi ta’ l-ordni bl-użu ta’
speed cameras
mobbli.
Tista' l-Ministru tgħid meta saret l-aħħar reviżjoni tal-kera u meta se ssir ir-reviżjoni li jmiss ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-persuna ndikata nħadem l-aħħar fl-2005 u issa jerġa jiġi rivedut din is-sena.
Jista' l-Ministru jara li jsir fanal fit-trejqa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan minħabba li din it-trejqa qed isir fiha abbuż u ħmieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret, irriżulta li kien hemm diġa fanal fit-trejqa msemmija pero’ dan ma kienx qed jixgħel. Din il-bozza ġiet mibdula min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta.
Tista' l-Ministru tara li l-washroom li tinsab f'binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u hi miftuħa u esposta għall-użu tal-pubbliku, fejn qed jintefa' ħafna mbarazz u anke jsir ċertu abbuż, titnaddaf u ssirilha forma ta' protezzjoni biex tkun tista' tingħalaq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Manoel Island — servizz ta' ilma, drenaġġ u elettriku
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24089 u jgħid xi studji saru biex jiġi evalwat jekk is-servizzi ta' l-ilma, drenaġġ u ta' l-enerġija elettrika humiex biżżejjed għaż-żieda qawwija f'appartamenti ġodda li telgħin jew se jitilgħu fl-inħawi ta' Manoel Island, il-ponta ta' Tigne', Pender Place u Fort Cambridge Square?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kkontestaw kandidati mill-bidu tal-kunsilli lokali sal-lum, kunsill b'kunsill u lil min kienu qed jirrappreżentaw? Min huma s-sindki minn dakinhar sal-lum, lokalita' b'lokalita'? Min huma dawk il-kunsilliera li rriżenjaw mill-bidu sal-lum lokal b'lokal?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-mistoqsija tiegħu dwar kemm ikkontestaw kandidati mill-bidu tal-Kunsilli Lokali sal-lum, kunsill b'kunsill u lil min kienu qed jirrapreżentaw, din l-informazzjoni tista' tinkiseb mill-Uffiċċju Elettorali u għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-Kunsilliera li rriżenjaw sa l-2006.
L-informazzjoni dwar is-Sindki u dwar Kunsillieri li rriżenjaw mill-2006 l'hawn qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jinkrew jew jinbiegħu l-garaxxijiet/stores li nbnew mal-binja l-ġdida fi Triq E.S. Inglott, Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ż-żewġ stores li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew riservati għal min kien jokkupa l-istores li twaqqgħu biex sar il-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24099 u jagħti lista ta' dawk il-fabbriki li kienu fil-qasam industrijali ta' Ricasoli u ġew allokati fabbrika oħra? Fejn ingħataw? X'kien id-daqs li kellhom f'metri kwadri u x'daqs għandhom illum? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża, għal kull każ, sabiex mir-Ricasoli marru għall-fabbrika l-ġdida? Liema huma dawk li għadhom jistennew li jingħataw post alternattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward il-lista tal-fabbriki u fejn ingħataw, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 23550.
Ninsab infurmat li l-allokazzjonijiet l-ġodda jirriflettu d-daqs tal fabbrika li kellhom iżda wkoll sitwazzjonijiet varji bħal allokazzjonijiet addizzjonali pendenti, il-mod ta' użu li kien isir f'Ricasoli, kif ukoll id-daqs tal-fabbrika li kienet għad-dispożizzjoni biex tkun allokata.
Rigward kemm ġiet tiswa din ir-riallokazzjoni jiena nfurmat li l-ispiża mistennija tlaħħaq madwar Lm3 miljun lira u tinkludi fiha spiża ta' Lm2.3 miljun biex isir upgrading tal-fabbriki. Din l-ispiża xorta riedet issir kieku l-fabbriki baqgħu r-Ricasoli peress li kellhom bżonn manutenzjoni sostanzjali. Meta tikkonsidra dan kollu, ir-riallokazzjoni ta' dawn il-fabbriki swiet madwar Lm700,000 lira.
Rigward kemm hemm fabbriki jistennew, din ir-risposta diġa ingħatat fil-mistoqsija Nru. 22280.
Peress li l-Ministru qal li Triq il-Farfett tal-Fejġel, Ħaż-Żabbar se ssir din is-sena, jista' jgħid jekk ħarġitx it-tender għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja tagħha fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se jsir dan? Meta hu maħsub li jibda x-xogħol u meta se jitlesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
M'għandhiex xi nżied mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 23981.