Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir insib fil-Ħarifa li ġejja u x'wassal lill-Kumitat Ornis ma jirrakkmandax il-ftuħ tal-insib fir-Rebbiegħa ta' din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onorevoli Membru jiċċara għal liema speċi qed jirreferi.
Dimostrazzjoni tal-kaċċaturi — Persuni li kkommettew xi reati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi fuq persuni li kkomettew xi reati waqt u wara d-dimostrazzjoni tal-kaċċaturi u nassaba li saret fis-7 ta' Marzu, 2007? X'inhuma l-akkużi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija għadha sejra bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex ikunu identifikati dawk il-persuni li waqt id-dimostrazzjoni miżmuma mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti fi Triq ir-Repubblika il-Belt Valletta, nhar l-Erbgħa 7 ta' Marzu 2007 filgħaxija, ikkommettew reati kriminali, fosthom tfih ta' oġġetti iebsa lejn membri tal-Korp tal-Pulizija u membri ta' l-istampa, kif ukoll swat u grieħi fuq membri tal-Korp tal-Pulizija u membri ta' l-istampa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li sofrew mill-marda MRSA is-sena li għaddiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, l-Infection Control Unit fl-isptar San Luqa rċeviet 703 notifika ta' MRSA li ġew iżolati mill-laboratorju. Ta' min jingħad li madankollu mhux bilfors li kull wieħed minn dawn kien każ ta' infezzjoni akuta għaliex il-mikrobu tal-MRSA tista' spiss issibu jikkoloniżża l-ġisem mingħajr ma' jikkawża l-mard u f'dawn iċ-ċirkustanzi, l-mikrobu jista' jikkontamina kampjuni kliniċi bħal awrina u swabs li għalhekk joħorġu pożittivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu ġo l-ITU s-sena l-oħra u għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul l-2006, kien hemm reġistrati 773 pazjenti li bejniethom iddaħħlu 841 -il darba (Direct Admissions & Transfers-In) ġewwa l-ITU fl-isptar San Luqa. Il-kundizzjoni klinika reġistrata li għaliha ddaħħlu l-ITU huwa kif jidher hawn taħt:
Clinical condition for admissions to ITU *
No. of Admission Episodes
Medical
460
Surgical (Elective)
203
Surgical (Emergency)
50
Overdose
39
Trauma (includes Fall From Height, MVA etc.)
72
Neurosurgery
13
Gynae & Obstetrics
4
Total
841
Source: Database of ITU, SLH
Note* : A patient may have more than 1 clinical condition that warranted a stay at ITU.
Jista' l-Ministru jara għalfejn t-tħaffir ta' gandott fit-Triq Sant'Antnin Lija/Attard qed iddum biex jiġi finalizzat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant qed isir mill-Waste Water Department tal-WSC.
Huwa mistenni li dan ix-xogħol ser jiġi finalizzat fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista' l-Ministru tara jekk is-shared ownership scheme tistax tiġi estiża minn first-time buyers għal xerrejja oħra speċjalment dawk li jkollhom ċertu żmien fl-eta'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ħarġa taħt l-iskema tax-Shared Ownership kienet miftuha għal applikanti li, bejn id-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż u d-data tan-notifika ta’ l-allokazzjoni tal-fond, ma kellhomx proprjeta’ adekwata.
Il-kategoriji ta’ persuni li setgħu japplikaw kienu:
Kategorija A
Miżżewġin li għalqu l-eta’ ta’ 20 sena sal-31 ta’ Diċembru 2006;
Ġenitur wieħed ’l fuq minn 20 sena bit-tfal mhux miżżewġa.
Kategorija B
Għarajjes li t-tnejn ikunu għalqu l-20 sena sal-31 ta’ Diċembru 2006.
Kategorija Ċ
Ġuvintur jew xebbiet, persuni separati u romol bla tfal li jkunu għalqu t-30 sena sal-31 ta’ Diċembru 2006;
Ġuvintur jew xebbiet li jkunu għexu xi żmien f’istituzzjoni jew dar tat-tfal u li jkunu għalqu 18-il sena sal-31 ta’ Diċembru 2006;
Ġuvintur jew xebbiet u persuni separati li jkollhom xi diżabilita’ u jkunu għalqu 18-il sena sal-31 ta’ Diċembru 2006.
Kategorija Ċ 1
Persuni separati legalment jew de facto li ma jkollhomx il-kustodja tat-tfal iżda t-tfal jgħaddu xi ġranet fil-ġimgħa jgħixu magħhom.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22903 u jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezzjonijiet, ilmenti u/jew protesti li rċeviet l-Armata mingħand is-suldati li nqabżu fil-promozzjonijiet li ngħataw riċentement?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22903.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ogħla l-prezz tal-majjal li jipproduċu l-produtturi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għadu kif għamilieli fis-seduta tat-13 ta’ Frar. Għaldaqstant nirreferih għat-tweġiba li tajt dakinhar għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23245.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċertifikati li jikkonfermaw li l-biċċerija hija konformi u up to standard mar-regoli/direttivi tal-CAP u ta' l-animal welfare?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-approvazzjoni tal-Biċċerija ngħatat mill-Uffiċjal Veterinarju Ewlieni fl-2004 skond il-proċedura stabbilita mill-Unjoni Ewropea.
L-approvazzjoni tal-Biċċerija għalhekk dehret fil-lista ta' stabbilimenti approvati skond LN 853 ta’ l-2004 u għadha tidher sal-lum.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' households li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' households (domestiċi) li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa ta 1,154.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' għaqdiet sportivi li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi peress li l-istatistika fil-Korporazzjonijiet Enemalta u ta' l-Ilma ma tinżammx skond il-kategoriji kif mitlub minnu, ma nistax nagħtih iċ-ċifri dwar l-informazzjoni li talab.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha sservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtha li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Tista' tagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li m’hemmx kumitati u bordijiet statutorji kif ukoll korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Riżenji ta' chairmen
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Riżenji ta' chairmen
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull meta jkun hemm bidla fit-tmexxija ta' entitajiet pubbliċi, il-Gvern jagħmel stqarrija uffiċċjali. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant lejn is-sit www.gov.mt biex jikseb l-informazzjoni kollha li qiegħed jitlob.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Riżenji ta' chairmen
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn huma d-dettalji għall-mistoqsija tiegħu:
Is-Sur Joe Sultana fl-4 ta’ Ottubru 2006 u Dr Tonio Azzopardi fit-18 ta’ Frar 2007 minn
chairmen
tal-Kumitat Ornis.
Dr Doreen Clarke fis-17 ta’ Jannar 2007 minn
chairperson
tal-Bord “B” ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar wara l-ħatra tagħha bħala magistrat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda chairman ta’ xi kumitat jew entita oħra li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħi li rriżenja jew talab biex ma jiġix ikkunsidrat mill-ġdid għall-kariga li kien qiegħed jokkupa.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Riżenji ta' chairmen
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtha li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Tista' tagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.