Ġustizzja u Intern — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tiċċekkja dwar il-manutenzjoni tal-bieb prinċipali ta' Block 5, Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi minħabba li ġratlu xi ħsara u mhux qed jingħalaq, b'inkonvenjent għar-residenti ta' dan il-blokk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li ż-zebra crossing li qiegħda preżentement fit-tarf t'isfel tal-bandli f'Labour Avenue, Naxxar titressaq viċin fejn hemm il-mużew u dan fl-interess tas-sigurta' ta' l-istess tfal li jiffrekwentaw dak il-post?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni taż-zebra crossing kif issuġġerit mill-Onorevoli Interpellant kienet studjata mill-N.I.D. u nstabet li ma tissodisfax l-istandards ta' road safety kif ipprattikati mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Għalhekk l-Awtorita' hija tal-fehma li ż-zebra crossing għandha tibqa' kif qiegħda bħalissa.
Tista' l-Ministru tara li l-binja li tinsab Bormla, isirilha lift minħabba li jgħixu fiha persuni anzjani u b'diżabilita'? Meta hi mistennija li ssir spezzjoni għat-talba tar-residenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn riċerka li għamlet l-Awtorita' tad-Djar ma rriżultax li għandha applikazzjoni pendenti għal stallar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
Għalhekk l-inkwilini tal-blokk għandhom jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti u wara jissottomettu l-applikazzjoni meħtieġa lill-Awtorita'.
Tista' l-Ministru tara x'qed iżomm lill-Awtorita' tad-Djar biex tinstalla stair lift fil-binja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li l-applikant jipproduċi dokument biex tkun tista’ tkompli tipproċessa l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ talbet dan id-dokument permezz ta’ tliet ittri li jġibu d-data tas-17 ta’ Jannar, 8 ta’ Frar u 26 ta’ Frar 2007.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separtament, li għandu aktar minn tmenin sena, tinbidillu l-kamra tal-banju u ssirlu waħda għall-ħtiġijiet tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar diġa' approvat proviżorjament l-għotja għal stallar ta' kamra tal-banju adattata għall-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' qed tistenna lil din il-persuna tagħti l-awtorizazzjoni tagħha biex isiru r-riċerki meħtieġa biex tkun tista' tkompli tipproċessa l-applikazzjoni.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hux veru li qiegħed jinbena childcare centre fil-qasam industrijali ta' Bulebel? Tista' tgħid min se jmexxi dan ic-childcare centre?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali ġie mitlub mill-Malta Industrial Parks Ltd biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar pjanti għall-bini ta’ Child Care Centre fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel.
Ninsab infurmata wkoll li, skond din it-talba, dan iċ-ċentru kellu jinbena mill-kumpannija msemmija u bil-ħsieb li jitmexxa minn assoċjazzjoni tal-kerreja f’dan il-Qasam.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni studenti ta' l-MCAST ma tħallewx jiggradwaw ma' sħabhom minkejja li għaddew mill-eżamijiet kollha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-raġuni għala xi studenti ta' l-MCAST ma gradwawx ma' sħabhom hija li r-rizultat tagħhom ma jkunx għadu definit minħabba li r-rizultati ta' kompetenzi prattiċi, għalkemm ikunu magħrufin, ma jkunux għadhom ġew verifikati minn barra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24352 jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm crew tal-Gozo Channel li telaq f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid meta u jekk il-post vakant reġgħex ġie mimli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24268 u għar-risposta relattiva, huma ħafna dawk li qed jeħlu mill-eżami tat-teorija tal-liċenzja tas-sewqan minħabba problemi relatati ma' l-użu tal-computer, u dan minkejja l-għajnuna li qed tingħata, ma jaħsibx il-Ministru li għandhom jingħataw għajnuniet ulterjuri għal dan il-għan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li meta wieħed jara u janalizza kif isir it-Theory Test isib li l-użu tal-kompjuter mill-kandidat huwa biss sostituzzjoni għal sistema li wieħed ikollu multiple questions miktuba fuq karta.
Dan għaliex il-kandidati meta jpoġġu għat-
Theory Test
ikollhom
Touch Screen
li huwa ekwivalenti għal karta ta’ l-eżami li jkolla mistoqsijiet bi tweġibiet
multiple choice
u l-kandidat kull ma jagħmel hu li jmiss l-i
screen
bir-risposta. It-
Terminal
la għandu
keyboard
u lanqas
mouse.
Il-kandidat jista’ wkoll jagħżel li jwieġeb bil-Malti jew bl-Ingliż, u t-
Terminals
għandhom
headphones
biex il-kandidat ikun jista’ jisma’ vuċi umana (mhux kompjuterizzata) liema vuċi tittrażmetti il-mistoqsijiet u t-tweġibiet alternattivi. Ir
-Recording
jista’ jkun
re-played
mill-kandidat.
Dan kollu ifisser li s-sistema hija aktar faċli li tintuża milli kieku wieħed joqgħod għall-
Test
fejn il-mistoqsijiet u l-
multiple choice answers
ikunu fuq karta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura, u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li fil-pont tal-Mosta issir xi struttura li żżid is-sigurta' tal-persuna jekk din f'mument ta' dlam tiddeċiedi li tneħħi ħajjitha b'idejha u taqbeż minn fuq il-pont peress li dan il-pont huwa post fejn isiru diversi suwiċidji matul is-sena u struttura bħal din tista' tnaqqas ir-riskju li jintilfu ħajjiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jaf l-Prim Ministru li l-file rigwardanti l-cabin cruiser li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma jistax jinstab għand il-kontrollur tad-dwana u dan ilu hekk mitluf għal żmien twil? Japprezza li dan kollu qed jikkrea danni u preġudizzju lill-azzjonisti tal-kumpanija proprjeta' tal-cabin cruiser in kwestjoni peress li jridu jitrasferixxu l-assi u d-dgħajsa u ma jistgħux jagħmlu dan minħabba xi intopp amministrattiv? Jista' jindaga u jagħti istruzzjonijiet sabiex it-transfer finalment ikun jista' iseħħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-file li jirrigwarda l-cabin cruiser anness mad-domanda parlamentari mhux mitluf iżda qiegħed id-Dwana.
Id-Dwana se taġixxi skond parir mogħti dan ix-xahar mill-Avukat Ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-investigazzjoni li tirrigwarda l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li ġie investigat in konessjoni ma' każ ta' misuse tal-computer?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien ġie nvestigat mis-Central Information Management Unit u l-MITTS.
Il-persuna nvoluta kienet ingħatat twiddiba bil-miktub skond Regolament 19 tar-Regolamenti tad-Dixxiplina.
Tista' l-Ministru tara li tiġi rranġata l-problema tad-drenaġġ ta' taħt il-bankina ta' żewġ anzjani, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, minħabba li numru ta' inġenji kissru dan is-servizz? Tista' tara li dan jiġi rranġat minħabba tbatija li dawn l-anzjani qed ibatu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' sussidju fuq post tal-kiri tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għax jinħass il-bżonn ta' dan is-sussidju peress li din il-persuna applikat għal post tal-gvern imma qatt ma kellha risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li l-applikanti tipproduċi dokument biex tkun tista’ tkompli tipproċessa l-applikazzjoni li rrefera għaliha mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ talbet bil-miktub lill-persuna konċernata biex tipproduċi dan id-dokument.
Tista' l-Ministra tara kif persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ġiet boarded out ħadet benefiċċju darba u ma rċevietx aktar? Tista' tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta' l-identita' ma jaqbilx mad-dettalji tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Għalhekk nitolbu jivverifika n-numru ta' l-identita' u d-dettalji msemmija u jgħaddihomli, anki b'mod kunfidenzjali, biex il-każ ikun jista jiġi nvestigat.