Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Għal l-ewwel mistoqsija n-numru huwa 88. Ma narax l-utilita' li ssir riċerka fuq 5 snin sħaħ biex tiġi mwieġba it-tieni mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u d-dipartimenti, awtoritajiet u l-enti kollha li jaqgħu taħtu hemm 47 mobile phone. F'dawn l-aħħar 5 snin insteraq mobile wieħed mill-Ministeru u ntilfu tnejn mill-Fondazzjoni Ċentru għall-Krettivita' ta' San Ġakbu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux minnu li l-kunsilli lokali mhux qed isibu kumpaniji li jinxurjawlhom l-playing fields li jinstabu ġo l-irħula tagħna? Jekk fl-affermattiv, x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment tal-kunsilli lokali u xi ħsieb hemm li dawn il-playing fields jinbidlu biex jikkonformaw ruħhom ma' standards Ewropej?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali qegħdin isibu diffikulta' sabiex jassiguraw il-playing fields fil-lokalitajiet tagħhom kontra telf, ħsara, korriment jew mewt u kontra kull xorta jew forma ta' danni jew talbiet minn terzi persuni kif meħtieġ fir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi).
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed f'taħditiet ma' l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali bil-għan li tinkiseb xi forma ta' 'block policy'.
Peress li r-responsabbilita' taż-żamma u manutenzjoni tal-playing fields hi tal-Kunsilli Lokali, jinkombi lill-istess Kunsilli Lokali li l-apparat fil-playing fields jikkonformaw ma' l-istandards rikjesti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jafx bix-xewqa ta' ħafna anzjani Siġġiewin li jkollhom day centre għalihom? Jekk jaf, hemm pjani min-naħa tal-gvern li dan id-day centre għall-anzjani jitwaqqaf fis-Siġġiewi? Jekk hemm pjanijiet, meta huwa ppjanat min-naħa tal-gvern li jinfetaħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Novembru 2005, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' kien irċieva ittra mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi biex jaraw il-possibilita' li jkun hemm Day Centre. Fil-fatt kienet saret laqgħa formali fuq is-suġġett imsemmi bejn il-Kunsill, Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' u s-Segretarjat għall-Anzjani. Fil-preżent anzjani mis-Siġġiewi qed jattendu ċ-Ċentru ta' Matul il-Jum taz-Zurrieq. Fl-istess waqt id-Dipartiment huwa dispost li jkompli jiddiskuti mal-Kunsill Lokali xi proposti li jkun hemm għall-futur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk supply kindergarten assistant li ilha taħdem f'dan ix-xogħol għal aktar minn erbgħa snin, tistax tapplika biex issir full time minkejja li ma jkollhiex warrant?
L-esperjenza ta' snin f'dan ix-xogħol jista' jiġi kkonsidrat bħala kwalifika biex tkun tista' tingħata warrant jekk ikun hemm bżonn?
Response (GALEA, LOUIS)
Diffiċli tingħata tweġiba ġenerali. Napprezza jekk l-Onor. Membru jgħaddili d-dettalji ta' l-individwu konċernat biex nipprokuralu t-tagħrif meħtieġ skond il-kaz.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W322 il-każ li qed nirreferi għalih huwa l-impjant ta' Riċiklaġġ ġewwa Sant'Antnin li jinsab ġewwa Wied il-Għajn, jista' issa l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-talba li l-avukati tal-MEPA għamlu lill-Ombudsman sabiex jingħataw parir dwar ir-rapport ta' l-awditur tal-MEPA stess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittra li qed jitlob tifforma parti integrali mill-proċess ta’ l-investigazzjoni ta' l-Awditur ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bir-riferenza tiegħu Compl 01/06.
Wara talba mill-uffiċċju legali ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), l-opinjoni ta’ l-Ombudsman lill-Awditur ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kienet tgħid li: "
it would not be correct on your part to announce your conclusions on issues that are the subject of or intrinsically related to matters that have still to be determined by the Planning Appeals Board or to in any way influence the conclusions of the Appeals Board when the appeal is in progress. Prudence dictates that you do not finalise your report
."
Kif ikkomunikat mill-istess Awditur tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), hu aċċetta dan il-parir u għalhekk din l-investigazzjoni qatt ma ġiet konkluża.
Fid-dawl ta' dan, ma nħossx li għandi npoġġi din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-reserved parking li hemm ġo St Mary Street, kantuniera ma' Carmel Street, Sliema tpoġġiet quddiem id-dar ta' persuna li mhux il-persuna li qed jagħmel użu minnha? Jista' jara li din titpoġġa quddiem id-dar tal-persuna li jużaha? Jista' jgħid wkoll għaliex unloading/loading bay ftit 'l isfel ġo l-istess triq tneħħiet meta diversi ħwienet fil-viċin kienu jagħmlu użu minnha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li tali Reserved Parking li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġiet implimentata f’parking bay leġittima biswit il-bieb, tar-residenza ta’ l-applikant. Minħabba li l-kaxxi tal-parkeġġ m'għandhomx l-istess tul ta' kull faċċata fit-triq, għaldaqstant tali Reserved Parking Bay ma tistax tiġi mplimentata eżatt quddiem il-faċċata tad-dar ta’ l-applikant iżda bejn żewġt faċċati, waħda minnhom ta’ l-istess applikant. Sabiex tali kaxxa tar-Reserved Parking tkun eżatt quddiem il-faċċata ta’ l-applikant trid tintilef kaxxa leġittima ta’ parkeġġ mit-triq.
Il-
Un/loading bay
li qed tirreferi għaliha din il-mistoqsija parlamentari kienet ġiet approvata għal lukanda
Imperial
fis-sena 1999. Sussegwentament għal aġġornament fil-
policies
ta’ l-Awtorita’ Dwar it-Trasport fis-sena 2005 tali
un/loading bays
tal-lukandi saru
alighting/boarding bays.
Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna b'diżabilita' li għad m'għandhiex sittin sena hijiex intitolata għal home help jekk tgħix waħedha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna b'diżabilita', taħt is-sittin sena, tgħix waħedha u għandha Special ID maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b' Diżabilita' tista tkun ntitolata għas-servizz tal-Home Help. Kull każ ikun evalwat fuq bażi ndividwali skond il-bżonnijiet tiegħu mill-bord ta' allokazzjoni.
Tista' l-Ministru tikkonsidra t-talba tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jixtieq li jingħata żewġt ikmamar li hemm maġenbu biex itejjeb l-qagħda tad-dar żgħira li għandu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Tista' l-Ministru tara li l-Bord dwar l-Korriment fuq ix-Xogħol jara jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separament, hiex intitolat għal xi benefiċċju wara li weġgħet fuq ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ma jirriżultax li fl-indirizz indikat toqgħod persuna bl-isem li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Għalhekk nitolbu jivverifika d-dettalji u jgħaddihomli, anki b’mod kunfidenzjali, biex inkun nista’ ninvestiga.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bus stop li kien hemm quddiem il-KFC ġo Msida Road, Gżira tneħħiet u ċċaqalqet quddiem djar residenzjali bl-inkonvenjenza għar-residenti? Kemm kienet ilha fil-post oriġinali? Jista' l-Ministru jikkonsidra li din terġa titpoġġa fejn kienet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li dan il-bus stop tressaq minħabba li kien qed jinżamm it-traffiku meta x-xarabank tieqaf fuq il-bus stop. Dan iċ-ċaqliq sar ukoll għal sigurta akbar għall-passiġġieri.
Jien infurmat ukoll li dan kien ilu żmien twil fil-post oriġinali tiegħu. Għar-raġunijiet mogħtija fl-ewwel parti tat-tweġiba, jien infurmat li ma jkunx għaqli li dan il-
bus stop
jerġa' jitqiegħed fejn kien.
Billi l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma toħroġx mid-dar tista' l-Ministru tara li jintbagħat xi ħadd mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali ħalli jara jekk din il-persuna hijiex intitolat għall-SKA u l-karta r-roża u jgħinna tapplika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt id-dettalji lid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali biex jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali ta' l-ikel u x-xorb li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 23760.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' lukandi li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sat-12 ta' Frar 2007, mill-mijiet ta' lukandi liċenzjati, erbgħa biss qed iħallsu b'arranġamenti speċjali, tlieta qegħdin f'Malta u waħda f'Għawdex.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' fabbriki li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sat-12 ta' Frar 2007, mill-mijiet ta' fabbriki li hawn f'Malta 9 biss li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali u jinstabu kollha f'Malta.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija numru 23760.
Fil-preżent kemm hu n-numru ta' għaqdiet tal-volontarjat li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 23760.