B'riferenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 24244, 24245 u 24339 jista' l-Viċi Prim Ministru jikklassifika kemm weġġgħu sewwieqa, passiġġieri u persuni li għalkemm ma kenux sewwieqa jew passiġġieri weġġgħu konsegwenza ta' l-inċidenti stradali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
18 – 25 il-sena2000200120022003200420052006
Sewwieqa230258268230224193201
Passiġġieri101106100901078681
Oħrajn32313234281719
Mhux magħruf*0000010
Total363395400354359297301
Aktar minn 25 sena2000200120022003200420052006
Sewwieqa356409440419451451499
Passiġġieri127135143131131139162
Oħrajn139136162168144150105
Mhux magħruf*0000010
Total622680745718726741766
*dan huwa każ fejn persuna tilfet ħajjitha u oħra weġgħet gravi, liema każ huwa suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali li għadha mhix konkluża u għaldaqstant mhux stabbilit min kien qed isuq il-vettura.
Jista' l-Minsitru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pilloli bħal Fosama x70mg/Bonvivo 150mg humiex se jidħlu fis-schedule V jekk special requirement?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Alendronic acid 70mg u Ibandronic acid 150mg huma 'oral bisphosphonates'. Dawn il-mediċini huma ndikati għat-ttattament tal-'osteoporosis' li mhix kundizzjoni li taqa' taħt Schedule V. Iżda, il-gvern qed jipprovdi 'oral bisphosphonate' lil dawk il-pazjenti li jaqgħu taħt il-protokolli tad-'Drug and Therapeutics Committee'. Dawn il-protokolli jinsabu fis-sit ta' l-internet tan-National Medicines Policy and Audit Unit' (http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=739); protokolli numru 20 u 55.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24217 u jgħid min huma l-lecturers u tutors li nħatru mingħajr ma ħarġet sejħa fil-Fakulta' ta' l-Arti u fil-Fakulta' tal-Liġi f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kull ħatra (appointment) ta' lecturer fl-Universita' ssir wara sejħa għall-applikazzjonijiet. B'danakollu f'kull Fakulta' jkun hemm il-bzonn li jkunu mistiedna persuni biex jipparteċipaw f'xi qasam tat-tagħlim f'xi semestru partikolari. Dan isir jew meta l-persuni mistiedna jkollhom esperjenza jew speċjalizzazzjoni f'xi qasam li jkun tajjeb li jagħtu l-kontribut tagħhom jew meta jkun meħtieġ li tkun koperta l-assenza ta' xi lecturer regolari. Persuni hekk mistiedna mhux meqjusa li għandhom ħatra ta' lecturer.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tibda tinbena d-dar għall-anzjani fil-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fażi ta' aġġudikazzjoni tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa issa tlestiet u kollox jinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-kunsiderazzjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA biex ikun jista' isir il-proġett tat-tisbiħ tal-Misraħ iż-Żjara tal-Papa fil-Mellieħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li permess ta’ l-Iżvilupp PA 2671/03 għat-tisbiħ ta’ Misraħ iż-Żjara tal-Papa fil-Mellieħa nħareġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fis-17 ta’ Ġunju 2004 lis-Sur Carmel Debono f'isem il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Sussegwentement, sar appell minn terzi quddiem il-Bord ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar kontra l-ħruġ ta' dan il-permess u dan għadu mhuwiex deċiż.
Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni se tittieħed dwar toroq tas-Cenmed f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa? It-toroq se tagħmilhom is-Cenmed jew tagħmilhom l-ADT bi flus is-Cenmed?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejin taħdidiet bejn is-Cenmed u l-ADT biex tittieħed pożizzjoni dwar it-toroq tas-Cenmed f’Santa Marija Estate.
Fakulta' ta' l-Arti/Fakulta' tal-Liġi — Lectureship u Tutors
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24216 u jgħid fl-aħħar ħames snin kemm-il post ta' lectureship u tutor ingħata mingħajr sejħa fil-Fakulta' ta' l-Arti u fil-Fakulta' tal-Liġi?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24636.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24219 u jgħid meta nħatar iben ir-reġistratur bħala lecturer fil-Fakulta' tat-Teoloġija, kienet inħarġet sejħa? Min kien applika għal din is-sejħa? Min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla? X'inhuma l-kwalifiki ta' iben ir-reġistratur (mhux biss gradi, eż. BA, MA, imma wkoll kategorija, eż. 1st class upper, distinction, etc.)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Dr. Adrian Gellel inħatar Assistant Lecturer wara sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post fil-Cathecetics li ħarġet fis-26 ta' Jannar 1996 u li għaliha kien hemm zewġ applikanti, inkluz Dr. Gellel. Il-Bord appuntat mill-Kunsill kien magħmul minn:
Rettur
Rev. Prof. G. Grima, Dekan, Fakulta' tat-Teoloġija
Prof. K. Wain, Dekan, Fakulta' ta' l-Edukazzjoni
Rev. Prof. J.A. Frendo
Dr. P. Heywood
Il-kwalifiki ta' Dr. Gellel huma:
Certificate in Youth Studies
B.Ed (Hons) - 2nd Class Hons (Upper)
Licenzia in Scienze dell'Educazione (Universita' Pontificia Salesiana) Magna Cum Laude
Dottorato in Scienze dell'Educazione (con Specializzazione in Pastorale Giovanile e Catecethica) Summa Cum Laude.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi nominat ir-"receiver of wrecks" sabiex jiddisponi mill-aktar fis possibbli min-numru kbir ta' dgħajjes ta' l-immigranti llegali li jinsabu fil-kustodja tal-kummissarju tal-pulizija u tad-direttur ġenerali tal-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi nominat ir-"receiver of wrecks" sabiex jiddisponi mill-aktar fis possibbli min-numru ta' dgħajjes ta' l-immigranti llegali li jinsabu fil-kustodja tal-brigadier tal-forzi armati ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24378 li wara li xi residenti lmentaw li hemm ħafna knatan imwaqqgħin u allura huma ta' periklu għall-istess residenti, titlob informazzjoni meta se jiġi rranġat it-taraġ li hemm jagħti minn Cannon Road Qormi għal Sta. Venera minn fuq il-bypass?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni fl-imsemmi taraġ. Id-Dipartiment tat-tindif ġie mqabbad jirranġa l-ħsara li hemm.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 23713, 23576, 19810, 20708 u mistoqsijiet oħra, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il-bini ta' culvertfi Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi beda u waqaf ħesrem? Jista' jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jitkompla minnufih? Jista' jgħid meta x-xogħol huwa mistenni li jibda? Jista' jagħti data ta' meta dan ix-xogħol għandu jkun komplut?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li l-vakanza ta' chief security officerfl-EneMalta qed jintalab li persuni li japplikaw irid ikollhom esperjenza fil-managementjew inkella kors fil-management, hiex se tfisser li qed jiġu esklużi b'mod awtomatiku, dawk il-persuni li applikaw, u li filwaqt jista' m'għandhomx esperjenza fil-management, iżda għandhom esperjenza twila fil-qasam tas-sigurta'? Jekk iva, ma jidhirlux li l-mod kif ħarġet it-talba għall-applikazzjoni se toħloq diskriminazzjoni ċara bejn dawk li jistgħu jkunu eliġibbli għal din il-kariga?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx bid-dewmien esaġerat li qiegħed ikun hemm fiċ-ċentru għas-saħħa f'Ħal Qormi għal dawk li jagħmlu użu mis-servizzi offruti f'dan iċ-ċentru, minħabba n-nuqqas ta' impjegati, partikolarment tobba? X'qed isir min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa biex jiġi evitat dan id-dewmien li qiegħed joħloq inkonvenjent serju għal ħafna nies li jagħmlu użu mis-servizz ta' dan iċ-ċentru, partikolarment anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
F'ċerti ġranet jista' jirriżulta li jkun hemm dewmien biex pazjenti jinqdew minn għand it-tabib. dan minħabba ċirkustanzi li d-dipartiment m'għandux kontroll assolut fuqhom bħall meta jkollok tobba morda jew oħrajn li jintalbu jitilgħu jixhdu fil-qrati. Barra min hekk hemm żewġ tobba li joħorġu miċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi kuljum sabiex jaraw l-immigranti illegali fiċ-ċentri tad-detenzjoni. Dan l-aħħar kien hemm ukoll tobba li rriżenjaw minn mad-dipartiment.
Bħala dipartiment tal-kura primarja qed nagħmlu dak kollu possibbli biex jiżdied in-numru ta' tobba fiċ-ċentri tas-saħħa kollha u qed noffru s-sahra lil dawk it-tobba eżistenti li jridu jaħdmu aktar sigħat. Qed noffru xogħol lil dawk it-tobba privati interessati li jaħdmu part-time.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 24445, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport investigattiv li sar mill-MITTS u l-central information management unit?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minħabba raġunijiet ta’ privatezza skond id-Data Protection Act ta’ l-2001, ma jkunx prudenti li npoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24541 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' proġetti li ġew proposti għall-finanzjament permezz ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea (2007-2013) inkluż l-valur stmat ta' kull proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-proġetti taħt il-Programmi 2007-2013 għadha ma saritx. Din trid issir meta jiġu approvati l-Programmi Operattivi li bħalissa qegħdin fi stat avvanzat ta’ diskussjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Madanakollu l-Pajjiżi Membri huma mħeġġa mill-Kummissjoni stess li jibdew jippreparaw l-project pipe-line tagħhom fil-qafas ta’ l-istrateġija (NSRF) li fil-każ ta’ Malta hi maqbula diġà mal-Kummissjoni Ewropea. Tajjeb li nsemmi li s’issa, Malta biss mis-27 Stati Membri għandha l-istrateġija approvata. Il-lista tal-Proġetti, la darba jintgħażlu, tkun pubblika.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24520 u jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema li bħalissa huma mpjegati f'setturi li huma affettwati mill-privatisation tal-metering and billing systems tal-WSC u Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-mudell li fiħ ser ikunu qegħdin joperaw il-ħaddiema imsemmija mill-Onor Interpellant ser jiġi definit wara li l-korporazzjonijiet jlestu l-evelwazzjoni tagħhom tas-sejħa għall-offerti ta' l-IUBT.
Madanakolu, irrispettivament mill-mudell li ser jiġi stabilit, dawn il-ħaddiema ser jibqgħu jżommu l-pożizzjoni li għandhom jew ser ikollhom mal-korporazzjonijiet rispettivi tagħhom.
Jista' l-Ministru jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.