B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23960 dwar il-kabotaġġ marittimu, jista' l-Ministru jgħid:
jekk il-Kummissjoni Ewropea kenitx rikonoxxiet li l-Public Service Obligation Contract mal-Gozo Channel kellu jibqa' fis-seħħ mal-Gozo Channel anke wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
jekk il-Kummissjoni Ewropea kenitx aċċettat li l-Gozo Channel tibqa' tgawdi l-monopolju u allura tkun l-uniku operatur tas-servizzi bil-baħar bejn Malta u Għawdex anke wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi dwar iż-żewġ punti msemmija hawn fuq u li jikkonfermaw l-istqarrijiet tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domanda nru. 24156.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja ta' din il-Pożizzjoni Komuni kienet tagħmel parti mid-dokumentazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-għeluq tan-negozjati fit-2002.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23184 u jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża? Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu bħalissa hemm sbatax (17) -il mobile phone li qiegħed isir użu minnhom u li huma proprjeta’ tal-Gvern. Matul l-aħħar ħames (5) snin, kien hemm mobile phone wieħed (1) li kien ġie rrapportat mitluf mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtha? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha 43 mobile phone. Ma nsteraq jew intilef l-ebda wieħed minn dawn tul l-aħħar ħames snin. Il-WasteServ Malta Ltd għandha 8 mobile phones. Minn dawn żewġ mobile phones kienu rrappurtati li nsterqu tul l-aħħar 5 snin. Fil-Ministeru u d-dipartimenti tiegħu hemm 27 mobile phone li minnhom ma nsteraq jew intilef l-ebda wieħed tul l-aħħar ħames snin.
Minħabba l-periklu kbir li jkun hemm, kemm għas-sewwieqa kif ukoll għar-residenti minħabba t-traffiku li jkun tielgħa minn Triq l-Arżnu għal Triq is-Sebuqa, San Gwann, jista' l-Ministru jara li tiġi kkonsidrata xi roundabout bejn dawn iż-żewġ toroq u t-triq li tiżbokka għal Ta' Giorni biex jiġu evitati inċidenti serji?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li l-proposta għal mini roundabout bejn Triq Arznu u Triq Sebuqa mhux rakommandabbli minħabba li:
· Il-veloċita’ tas-sewqan ta’ vetturi fi Triq Sebuqa w Triq Arznu hija aktar minn 50km/h
· Il-
gradient
tal-fetħa bejn Triq Sebuqa u Triq Arznu huma ta’ aktar minn 2%
· Id-diametru għal
mini roundabout
f’din il-fetħa hu stmat ta’ madwar tlettax-il metru u għalhekk mhux biżżejjed għax id-diametru ma jridx ikun inqas minn ħmistax-il metru.
It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku kkomunika mall-Kunsill Lokali sabiex tiġi ndirizzata din it-talba billi jkunu analizzati alternattivi differenti għal
upgrading
ta’ din il-
junction.
Mis-sena 2000 sal-lum, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378 tal-Liġijiet ta' Malta)? Liema kienu d-dispożizzjonijiet li allura ttieħdet azzjoni u x'kien l-eżitu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' l-ilma lir-residenti fi N/S off Valletta Road, Ħal Qormi u dan meta diġa' ingħataw is-servizz tad-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm diffikultajiet tekniċi biex ikun estiż il-mejn ta’ l-ilma biex ir-residenti msemmija jkunu jistgħu jingħataw is-servizz.
Biex isir dan ix-xogħol, l-estensjoni tal-mejn trid tgħaddi minn propjeta’ privata f’parti fejn din it-triq għadha ma gietx ifformata.
Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma se titlob lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet biex tingħata servitu’ u b’hekk dan ix-xogħol ikun jista jsir. Din il-proċedura li trid twassal għal dikjarazzjoni tal-President dwar is-servitu’ normalment tieħu ż-żmien.
Mis-sena 2002 sal-lum, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' Avviż Legali Nru. 283 tas-sena 2002?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24594 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa s'issa l-gvern biex jieħu ħsieb biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Unfair Commercial Practices li suppost għandha ssir liġi sat-12 ta' Ġunju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 23272 u tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tagħha, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-Academy for Diplomatic Studies ta' Malta qiegħda tħarreġ uffiċjali tal-gvern ta' l-Iraq u ta' l-Afghanistan?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi żewġ diplomatiċi mill-Iraq, wieħed fis-sena akkademika 2005/06 u ieħor f'dik kurrenti, segwew courses fil-Mediterranean Academy for Diplomatic Studies. Minhiex infurmat li qatt kien hemm diplomatiċi mill-Afghanistan li tgħallmu fil-MEDAC.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Marketing Plan ta' l-MTA huwiex lest u jekk le, meta mistenni jitlesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nassumi li l-Onor. interpellant qed jirreferi għall-pjan tal-2008 - 2010. Ninsab infurmat illi dan il-pjan mistenni li jkun lest f'Awissu ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar xejriet fiċ-charter trafficlejn pajjiżna? Dan żdied jew kiber? X'inhuma l-kummenti tal-ministeru dwar dan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar sena iċ-charter traffic naqas b'madwar 13% u dan jirrifletti ukoll trends internazzjonali. Għal dan is-sajf, iċ-charter traffic mhux mistenni jonqos bl-istess ritmu fil-fatt qed jiġi smat li ser jonqos b'madwar 7%. Tour operators jieħdu allokazzjonijiet fuq titjiriet bi skeda u din tiffaċilita aktar flessibilita' fl-operat. Barra minn hekk vjaġġaturi qed jużaw aktar minn qatt qabel titjiriet bi skeda u kumpanniji ta' l-ajru low fare. Dan minħabba li ħafna bookings qed isiru diretti mill-individwi mal-linji ta' l-ajru.
Aġenziji governattivi — Ħaddiema taħt kuntratt definittiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk dawk il-ħaddiema li jinsabu taħt definit contractma' aġenziji tal-gvern, fosthom il-kunsill Malti għall-isports u li qed jaħdmu fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali, humiex se jsiru tal-post u jsirilhom kuntratt indefinit ta' impjieg? Jekk iva, jista' jagħti timeframesgħal dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Avviż Legali 51/2007 jipprovdi sabiex ħaddiema fuq kuntratt definit li għalaq erba’ snin jiġi trasformat f’kuntratt indefinit jekk ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi biex dan ma jsirx.
Għalkemm il-provedimenti ta’ Avviż Legali 51/2007 għadhom ma daħħlux fis-seħħ, il-Management and Personnel Office beda jieħu passi sabiex dan l-eżerċizzju jibda jitwettaq.