Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skolasport

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24128 u, bħala ministru responsabbli mill-isport, jgħid kemm hemm tfal li qed jieħdu sehem fi Skolasport u f'liema dixxiplini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 1152 tfal. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24403 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra..

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Għaddasa bil-ħarpun

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-areas fejn ma jistax isir għadds bil-ħarpun?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma jistax isir għadis bil-harpoon f’dawk iż-żoni li huma determinati bħala żoni ta' konservazzjoni mill-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent u kulfejn hemm xi reef artifiċjali impoġġija għal studju jew bħala attrazzjoni turistika għall-għaddasa. Ma jistax isir għadis bil-harpoon ukoll fiż-żoni kollha fejn ma jistax isir sajd skond regolament SL425.01. Għaddis bil-harpoon ma jistax isir imkien jekk l-għaddas ikun ukoll armat bl-aqualung jew bid-dawl. Dan jirriżulta minn Regolament tal-Kunsill tal-Ministri CR1967/2006.

Żvilupp Urban u Toroq — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ADT tagħmel użu ta’ vann mikri mingħand Sterling Car Rentals li jintuża mill-EOs għall-emmission testing. Dan il-vann qed jiswa' l-ADT Lm11.80 kuljum, jiġifieri l-ispiża xhar b’xhar għall-2006 kienet tammonta kif muri hawn taħt: Lm Jannar 365.80 Frar 330.40 Marzu 365.80 April 354.00 Mejju 365.80 Gunju 354.00 Lulju 365.80 Awissu 365.80 Settembru 354.00 Ottubru 365.80 Novembru 354.00 Dicembru 365.80 4,307.00 Mill-2006, l-ADT bdiet tagħmel użu minn vannijiet bid- drivers magħhom mingħand Coop Services, għall-proġett tal- Park & Ride , liema spiża ammontat għal Lm7,258 f’Novembru u Lm13,862 għal Diċembru. Barra minn hekk kien hemm ukoll spiża ta' Lm10,900 mħallsa lil Denfar Concrete Supplies fuq cleaning of site at Park & Ride . Din l-ispiża kienet fir-rigward ta' ġarr ta' l-iskart minn fuq is-sit. Min naħa tal-Ministeru/Dipartiment l-ispiża għas-sena 2006 kienet ta' Lm 200.60 li tinkludi kirja ta' truck bid-driver mingħand Borg Bros fix-xhar ta' Marzu (Lm 106.20) u Settermbru (Lm94 .40).

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

Jikkonferma l-Ministru li fil-kumpless sportiv tal-Kottonera bejn il-Ħamis 8 u l-Ġimgħa 9 ta' Marzu ta' din is-sena daħal l-ilma, tant li dan il-kumpless sportiv ġie flooded? Jista' jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu minħabba li jirriżulta li mhux l-ewwel darba li ġara dan il-fatt? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm xi attivitajiet li kellhom jitħassru minħabba li daħal l-ilma? Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawn l-affarijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-fatt ġie rapportat fi stqarrija pubblika tat-8 ta' Marzu 2007. Tlesta rapport tekniku għall-konsiderazzjoni tal-periti tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Dawn diġa taw ir-reazzjoni tagħhom. Ser isir xogħol biex jiġi rimedjat l-inkonvenjent. Għajr l-avveniment imsemmi aktar il' fuq li xorta nżamm f’kumpless ieħor, ebda attivita’ ma ġiet mħassra.

Qasam Edukattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet ma' l-MUT dwar it-tibdil fil-qasam edukattiv? Jista' jgħid ukoll x'se jiġri mill-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proċess għadu għaddej. F'dan l-istadju l-FES ser tkompli tagħti s-servizzi tagħha.

Policy dwar il-valur tal-proprjeta'

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-valur tal-proprjeta'? Meta daħlet fis-seħħ? Kemm huma ivvalutati l-fondi b'kamra tas-sodda waħda, tnejn, u tlieta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-valutazzjoni oriġinali tal-postijiet mill-Awtorita’ tad-Djar issir skond il-kriterji rikonoxxuti biex issir valutazzjoni ta’ proprjeta’ immobbli, jiġifieri d-daqs, it-tqassim, il-kundizzjoni u ż-żmien li jkun ilu mibni l-post, kif ukoll il-lokalita’. Għalhekk, kull post jigi valutat fuq dawn il-kriterji u skond il-karatteristiċi partikolari tiegħu. Wara li ssir il-valutazzjoni, il-prezz ta’ l-akkwist jiddependi u jista’ jvarja skond l-iskema rispettiva li taħta l-benefiċjaru jkun applika. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema skema qed jirreferi.

Hamrun — Talba għax-xiri ta' fond

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta saret it-talba tal-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, biex jixtru l-fond tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li talba għax-xiri tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant waslet għand l-Awtorita’ tad-Djar fit-28 ta’ Marzu 2006. L-applikanti ġew infurmati bil-valur tal-proprjeta’ u ntbagħtitilhom applikazzjoni biex jimlewa u jirritornawa lill-Awtorita’ flimkien mad-dokumenti meħtieġa. Ninsab infumata li, sal-lum, din l-applikazzjoni u d-dokumenti ma waslux għand l-Awtorita’.

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali -

Question

Tista' l-Ministra tara li l-koppja minn Ta' Xbiex, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandhom tlitt itfal, tgħix mal-ġenituri u għandhom biss kamra tal-banju waħda u tlitt ikmamar tas-sodda għal tmien persuni, li jgħixu biss mid-dħul tac-children's allowance minħabba li ħadd mill-konjuġi ma' jaħdem, tara li tingħata l-għajnuna neċessarja mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali bil-għan li tgħix ħajja diċenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-talba għal akkomodazzjoni alternattiva mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, liema talba saret fil-5 ta' Frar 2007, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili. Dwar il-kumment ta' l-Onor. Interpellant li ħadd mill-konjugi ma jaħdem u jgħixu biss biċ-Children's Allowances nassumi li din il-koppja diġa' ivverifikat mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar jekk għandiex dritt għal benefiċċji soċjali oħra u rriżulta li d-dħul tagħha jew ċirkostanzi oħra ma jippermettux dan. Jekk dan mhux il-każ, għandhom jiġu riferuti lejn l-eqreb uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex japplikaw.

Bormla — Irranġar ta' gallerija

Question

Tista' l-Ministru tara li l-gallerija tal-familja minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, liema gallerija tinsab f'kondizzjoni ħażina, tkun rranġata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Festa pubblika — Dun Gorg Preca - Kanonizzazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux l-ħsieb, biex meta jkun ikkanonizzat Dun Gorg Preca, jew xi ġurnata oħra relatata ma' din il-persuna mportanti, issir festa pubblika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern qed ifassal il-passi li ser jieħu sabiex il-kanonizazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca tkun iċċelebrata u mfakkra bl-aktar mod xieraq u dehen.

Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tara li s-single parentli d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament, li tgħix f'fond ma' ommha, u oħtha single parent ukoll, u persuna b'diżabbilta', disgħa b'kollox f'żewġt ikmamar tas-sodda, tkun ipprovduta post alternattiv mill-aktar fis possibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-każ qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Direttorju tat-telefon ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24127 u 24004 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, u cioe' peress li sar ħafna tibdil fin-numru ta' bibien f'diversi bliet u rħula, tista' tgħid meta huwa maħsub li joħroġ id-direttorju tat-telefon il-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ggħar-risposta mgħotija f'Mistoqsija Parlamentari Nru.24322.
Leg 10 PQ #24470 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Skola Sekondarja tas-Subien

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tlestewx l-pjanti tal-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola Sekondara tas-Subien fir-Rabat? Jekk saru, tista' tpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra? Sar Environmental Impact Assessment? Saret applikazzjoni lill-MEPA għal dan il-proġett? Jekk saret, meta saret u x'inhu n-numru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #24471 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Skola Sekondarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk it-track ta' 200 metru għall-atletika li se tkun imdaħħla fil-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat hijiex se tkun ġewwa jew barra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #24472 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Sekondarja Subien — Tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li joħroġ it-tender għall-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #24473 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Sekondarja Subien

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li tkun l-ispiża rispettiva: għall-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat għall-bini tal-parkeġġ li se jinbena taħtha għall-bini ta' track għall-atletika għall-pitch tal-football?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.