Jista' l-Ministru jgħid flimkien mal-Ministeru ta' l-Ambjent x'inhu jsir fl-iskejjel f'din is-sena skolastika biex it-tfal jiġu nkoraġġiti jibżgħu għall-ambjent? Jista' jgħid jekk l-iskejjel individwali għandhomx proġetti ta' tħawwil ta' siġar, kura ta' pjanti, eċċ? Jekk iva, liema huma dawn l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tfal kollha fl-iskejjel huma dejjem imħarrġa mill-għalliema tagħhom biex jagħtu prijorita' lill-ħarsien ta' l-ambjent. Dan isir sew bil-proġett EKOSKOLA kif ukoll billi t-tfal jitgħallmu l-parti tagħhom għall-ħarsien u tisħiħ ta' l-ambjent, kemm b'mod formali kif ukoll informali. Isiru kampanji ta' riċiklaġġ u ħarġiet fil-kampanja filwaqt li jsir tagħlim fuq il-ħlejjaq li jagħmlu parti mill-ambjent naturali u l-ekosistemi li għandna madwarna.
L-skejjel individwali huma mħeġġa biex jieħdu ħsieb l-ambjent tagħhom u jaraw li jkollhom siġar maltin imħawwla fil-ġonna ħalli b'hekk it-tfal ikunu jistgħu jaraw ezemplari ta' siġar indiġeni ta' pajjizna. Fejn jidħlu siġar, il-Kumitat Siġar fl-iSkejjel ilu għal dawn l-aħħar snin iħeġġeġ lill-iskejjel biex iħawwlu s-siġar nazzjonali ta' Malta, l-Għargħar, kif ukoll ix-xitla nazzjonali, Widnet il-Baħar, fil-ġonna tagħhom.
Barra minn hekk, f'Jannar tiġi ċelebrata l-Ġimgħa Masġara u Jum is-Siġar (16 ta' Jannar). Jiġu organizzati mixjiet fl-imsaġar tagħna ħalli t-tfal jitgħallmu japprezzaw aħjar il-wirt masġar Malti u l-bzonn li jitħawwlu ħafna aktar siġar f'pajjizna ħalli jkun hemm msaġar mill-ġdid.
Bħalissa għaddejjin taħditiet bejn il-Kumitat Siġar fl-iSkejjel, il-Birdlife, il-Parks u Din l-Art Ħelwa. ħalli l-iskejjel ikollhom opportunita' jzuru l-Proġett tal-Foresta 2000 fil-Mellieħa.
L-iskejjel ġew imħeġġa wkoll biex jisponsorjaw siġar fil-Kampanja Siġra Għalik (Tree 4U).
Dan kollu qiegħed isir barra kull attivita' oħra li qiegħdha titwettaq minn skejjel u għalliema individwali biex it-tfal jipparteċipaw fil-ħidma favur l-ambjent.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn Settembru 2006 sa Frar 2007 kemm ħarġu visas għal persuni li ġew biex jistudjaw Malta? Minn liema pajjiżi kienu? Jista' jgħid ukoll jekk tinżammx statistika ta' kemm ġew biex jistudjaw l-Ingliż f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Il-visas għal persuni sabiex jiġu jistudjaw f'Malta jinħarġu minn l'Ambaxxati ta' Malta kif ukoll mill-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni fil-fruntieri ġewwa l-ajruport u x-xatt.
Ninsab infurmat illi fil-perijodu ta' bejn Settembru 2006 u Frar 2007, inħarġu 298 visa mill-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni fil-fruntiera għal persuni li ġew biex jistudjaw. F'dan l-istess perijodu, mill-Ambaxxati ta' Malta, inħarġu ukoll 224 visa għal l-istess raġuni. In-nazzjonalitajiet ta' dawk li nħarġitilhom il-visa huwa kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma tinżammx statistika b'mod elettroniku ta' kemm ġew barranin biex jistudjaw l-Ingliż f'pajjiżna.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Malta Industrial Parks rispettivament f'dan il-qasam kull sena mill-2004 sal-2006?
Tista' l-Ministru tgħid:
Kemm kien hemm impjegati tal-Ministeru jaħdmu fil-ħeliport fil-bidu ta' kull xahar minn Settembru 2006 sal-lum?
X'inhu l-grad tagħhom?
X'xogħol kien qed jagħmel kull wieħed minnhom matul dan il-perjodu?
X'ħinijiet jaħdem kull wieħed minnhom?
X'xift għandu kull wieħed minnhom?
Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern kull xahar għal kull wieħed minnhom biex tħallsu l-pagi, l-allowances, l-bonuses u l-kontribuzzjonijiet tas-Servizzi Soċjali tiegħu/tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21164 li tatni fis-16 ta' Ottubru, 2006 dwar xogħlijiet fic-Cittadella fejn għarrfitni li kienet qed tiġbor l-informazzjoni li tlabtha u li kienet se tagħtini risposta f'xi seduta oħra, tista' issa l-Ministru tgħidli għaliex wara 5 xhur għadha ma tatnix l-informazzjoni li tlabtha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa biex jiġi prokurat l-apparat/makkinarju għall-proġett tat-trattament tad-drenaġġ? Meta mistenni li jkun ikkummissjonat dan l-apparat/makkinarju?
Tista' l-Ministru tgħid fejn se jkun/u d-dħul għall-parkeġġ tal-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat? Jekk il-parkeġġ hux se jkun immexxi mill-privat?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' vetturi u muturi li għandu l-Korp tal-Pulizija u d-data ta' l-ewwel reġistrazzjoni għal kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi li l-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minnhom fil-preżent huma kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrapjati karozzi matul l-aħħar 5 snin, sena b'sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li kien hemm total ta 27,898 vettura skrappjata f'dawn l-aħħar ħames snin.
It-total huwa maqsum hekk :
2002
2,621
2003
2,798
2004
5,529
2005
13,983
2006
2,967
Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni minn impjegat tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali fil-fond f'Bormla, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ispezzjoni tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant saret meta l-inkwilin applika mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Tista' l-Ministru tara li l-individwu minn Haz-Zabbar, li d-dettalji dwar qed jintbaghtu separatament, jibbenefikaw mill-inizjattiva Care and Repair bil-għan li ssirlu kamra tal-banju ġdida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' mobile phones fil-Ministeru/Dipartiment huwa ta' sitta (6) filwaqt li l-Awtorita' dwar it-Trasport tagħmel użu minn 38 (tmienja u tletin) mobile phone.
F'dawn l-aħħar ħames snin, ma ntilef jew insteraq l-ebda mobile phone.
Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Mobile Phones
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtha? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha ambaxxati Malta llum? X'inhu l-complement ta' l-istaff ġo kull ambaxxata? Kemm huma Maltin u barranin u x'xogħol jagħmlu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Malta għandha 25 Missjoni Diplomatika li fihom jaħdmu 98 diplomatiċi Maltin u 132 impjegati mill-pajjiżi fejn hemm il-Missjonijiet Diplomatiċi. Ix-xogħol li jsir huwa dak diplomatiku u amministrattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn mediċini reġistrati llum? Kif jikkompara dan ma' erba' snin ilu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sa llum hawn 1961 prodotti mediċinali awtoriżżati biex jitpoġġew fuq is-suq Malti. Hawn ukoll 63 liċenzji paraleli.
Barra s-sistemi tar-reġistrazzjoni użati mill-pajjiżi kollha fl-Ewropa, Malta addottat sistema oħra Ewropea li biha prodotti li huma rreġistrati f'pajjiżi oħra Ewropej ikunu jistgħu jiġu rreġistrati Malta faċilment. L-aġenti bdew jużaw din is-sistema ukoll.
Bejn l-2000 u l-2004 prodott ma setax jitpoġġa fuq is-suq jekk ma kienx fuq il-lista tad-deroga. Minħabba f'dan meta ġiet miġbura din il-lista kienu tpoġġew fuqha ħafna prodotti. Kien hemm 7020 prodotti fuq din il-lista, 5162 minnhom kienu mill-Ewropa fosthom prodotti b'dożi u forom differenti. Dawn il-prodotti ma kienux kollha attwalment fuq is-suq.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-tour operator policy tal-gvern fil-kontest tal-low cost carriers policytiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-mod kif joperaw it-tour operators u kif jaħdmu il-low cost carriers huwa ferm differenti. Il-Gvern jagħraf id-differenzi fundamentali li jeżistu fl-operat ta' dawn iż-żewġ mudelli li jiġġeneraw it-turiżmu lejn Malta u għaldaqstant jaddotta strateġiji differenti li l-iskop tagħhom huwa li jimmassimizza r-ritorn għal Malta għal fondi investiti.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-gvern biex jikseb Blue Flag Status għall-bajjiet limitati li għandna, speċjalment fid-dawl ta' l-avvanzi li saru f'dan ir-rigward fi stati li ħarġu mill-ex Jugoslavja kif ukoll fit-Turkija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li evalwazzjoni dettaljata ta’ kwalifikazzjoni għal status ta’ Blue Flag kienu saru dwar il-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, tal-Perched Beach ta’ Buġibba u tal-Bajja tal-Mellieħa (Għadira).
L-istatus ta’ l-applikazzjonijiet hu kif ġej:-
Bajja ta’ San Ġorġ
Kemm l-applikazzjoni, kif ukoll ir-rapport finali ġew sottometti lill-organizzazzjoni magħrufa internazzjonali. Qed nistennew konferma tal-għotja ta’ l-istatus.
Perched Beach
ta’ Buġibba
L-applikazzjoni sħiħa għandha tiġi sottomessa din is-sena wara l-esperjenza tas-sajf u ta’ l-ewwel sena sħiħa ta’ operazzjoni.
Bajja tal-Mellieħa
Dan is-sajf ser naħdmu fuq programm li għandu jwassalna biex din il-bajja fil-futur tikkwalifika għal status ta’
Blue Flag.