Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bibljoteka ta' l-Universita' — Xiri ta' Kotba

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24615 u 24215 u jgħid kemm flus jintnefqu fis-sena fix-xiri ta' kotba ġodda għall-Bibljoteka ta' l-Universita'? Sodisfatt il-Ministru bl-ammont ta' flus li jintnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta flus li ntefqu fuq xiri ta' kotba ġodda matul dawn l-aħħar 6 snin kien hekk: Sena Ammont Lm 2001 147,738 2002 75,554 2003 81,779 2004 61,643 2005 111,759 2006 311,343.

Unfair Commercial Practices Directive

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24598 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa s'issa l-gvern biex jieħu ħsieb biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Unfair Commercial Practices li suppost għandha ssir liġi sat-12 ta' Ġunju 2007?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħejja abbozz ta' liġi sabiex tiġi mplimentata d-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, liema abbozz se jiġi sottomess għal konsultazzjoni pubblika.

Skola Vincenzo Bugeja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'futur hemm għall-iskola Vincenzo Bugeja? Jekk se tagħlaq x'użu se jsir mill-għalliema u mill-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola Vincenzo Bugeja ser tingħalaq biex tiġi immodernizzata. Wara li jitlesta x-xogħol, l-iskola terġa tibda tintuza. L-għalliema ser japplikaw għal trasferiment għal skola oħra.

Qrati — Avviz Legali Nru 283

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24597 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2002 sal-lum kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' Avviż Legali Nru. 283 tas-sena 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Diviżjoni tal-Konsumatur ħarġet dsatax il- Ordni ta' Tħaris mis-sena 2002 sa llum. Fil-Fatt ħadd ma tressaq il-Qorti għax il-ħwienet in kwistjoni ġew konformi mal-liġi fi żmien stipulat fl-Ordni ta' Tħaris.

Skejjel ta' l-istat — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-assenteiżmu fit-tieni term tas-sena skolastika fl-iskejjel ta' l-istat imqassma fi primarji u sekondarji? Jista' jagħti wkoll informazzjoni f'liema skejjel kien hemm persentaġġ għoli ta' assenteiżmu? X'passi konkreti qed jittieħdu fil-konfront ta' studenti li qed ikunu assenti b'mod regolari?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Qrati — Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24594 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-lum, kemm-il każ tressaq il-qorti fir-rigward ta' ksur ta' xi dispożizzjoni ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378 tal-Liġijiet ta' Malta)? Liema kienu d-dispożizzjonijiet li allura ttieħdet azzjoni u x'kien l-eżitu f'kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mis-sena 2000 sa llum, ma tressaq l-ebda każ quddiem il-Qorti Maġisterjali fuq allegat ksur ta' xi disposizzjoni ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378). Iżda, apparti is-setgħa li jittellgħu każijiet il-Qorti, l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jagħti ukoll setgħa lid-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur joħroġ Ordni ta' Tħaris, liema setgħa tobbliga lid-Direttur illi l-ewwel jipprova jikseb konformita' volontarja mingħand il-persuna nvoluta qabel ma jipproċedi. F'dawn l-aħħar sentejn, jiġiefieri bejn l-2005 u l-2006, id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur investiga tmienja u erbgħin ilment rigward allegat ksur ta' diversi dispożizzjonijiet ta' l-Att. Fil-maġġor parti investigati mid-Dipartiment, il-prattika investigata waqfet, peress illi n-negozjanti in kwistjoni kkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tad-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Leg 10 PQ #24813 Sitting 513 2007-04-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Malta Tourism Authority — E Booking Portal

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ingħatat l-ordni biex tiġi allokata l-iżvilupp tas-sit elettronika tal-Malta Tourism Authority magħruf bħala E Booking Portal? Jista' jgħid għaliex ma ġietx maħruġa tender? Lil min ingħatat din l-ordni biex jiżviluppa l-E Booking Portal? X'verifiki għamlet il-Malta Tourism Authority qabel ma ngħatat l-allokazzjoni? U kemm ġiet tiswa din l-ordni diretta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 23507 u 23668. Barra minn hekk, ninsab infurmat li minħabba n-natura speċjalizzata tax-xogħol involut, u l-urġenza tal-proġett intalbet l-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi għall-approvazzjoni ta’ direct order wara proċess dettaljat tal-għazla kif spjegat fir-risposti ndikati.

Aġenzija Sapport

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-fondi vvutati għall-aġenzija Sapport mhumiex maqsumin skond l-aspetti ewlenin ta' l-operat tagħha imma globalment? Tista' tagħti breakdown tal-flus li ġew ivvutati biex jintnefqu fuq l-adult training centres għal persuni b'diżabilita' u l-breakdown tal-flus li ġew ivvutati fuq id-djar residenzjali għall-persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħal fil-każ taż-żewġ Aġenziji l-oħra taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, il-fondi għall-Aġenzija Sapport jiġu vvutati globalment. Dawn l-allokazzjonijiet jinqassmu skond l-aspetti ta' l-operat ta' Aġenzija rispettiva internament. Ninsab infurmata li l-Ministeru tal-Finanzi rreveda l-allokazzjoni ta' fondi għall-Aġenzija Sapport għas-sena 2007 għal total ta' Lm2,217,000, li minnhom Lm1,527,000 ġew allokati għaċ-Ċentri għall-Persuni b'Diżabilita' u Lm690,000 għas-servizzi l-oħra li jingħataw mill-Aġenzija, inkluż djar residenzjali għall-persuni b'diżabilita'.

Membri ta' l-Armata — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' dawk il-membri ta' l-Armata li ngħataw il-promozzjoni dan l-aħħar bil-kriterji li fuqhom ingħataw u l-lokalitajiet fejn joqogħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-kriterji li fuqhom ngħataw il-promozzjonijiet dan l-aħħar fl-Armata kienu rregolati mill-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta li jistabbilixxu li l-promozzjoni għandha ssir skond rakkomandazzjoni bbażata fuq effiċjenza, anzjanità, kwalifiki u għażla biex timtela vakanza. Minħabba l-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, mhux possibli tingħata l-lista mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Hal Tarxien — Dar Aspinall

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħidli jekk Dar Aspinall ġewwa Hal Tarxien hijiex proprjeta' tal-gvern jew le? Jekk iva, qatt saret xi talba mill-kunsill lokali għad-devoluzzjoni tagħha? Jekk le, jaqbilx miegħi li għandha tiġi devoluta lill-kunsill lokali, wara talba apposta, sabiex ikun jista' jsir użu minnha, kif mixtieq, mill-Għaqda Kultura u Armar tas-Soċjeta' Mużikali Maria Annunziata ta' Ħal Tarxien?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub sabiex jagħti indikazzjoni aktar eżatta ta' fejn tinsab il-proprjeta' li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija.

Birkirkara — Triq Giovanni Mamo

Question

Jista' l-Ministru jgħid, billi jagħti data konkreta, meta ser tingħata tarmac Triq Giovanni Mamo f'Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi t-triq imsemmija hija waħda mit-toroq fil-programm ta’ kostruzzjoni ta’ toroq li ħarġet l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ta’ Malta. Għaldaqstant din it-triq ser tkun lesta sa l-aħħar tas-sena 2008.

Qorti tal-Maġistrati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti għas-sentenza fil-Qorti tal-Maġistrati f'Għawdex (Ġurisdizzjoni Ġenerali u tal-Familja) quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona? X'se jiġri minn dawn il-kawżi pendenti għas-sentenzi? Għaliex rikors mdaħlin f'dawn il-kawżi (bħal rikors għal assurzjoni ta' l-atti u transfużjoni tal-ġudizzjoni) lanqas m'huma qegħdin jiġu dekritati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona hemm dan in-numru ta’ kawżi pendenti fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex): QortiNumru ta’ kawżiStat Ġurisdizzjoni Ġenerali36 Għas-sentenza Ġurisdizzjoni Ġenerali7 Sentenza in difett ta’ ostaklu Ġurisdizzjoni Ġenerali1 Sentenza in parte Sezzjoni Familja2 Għas-sentenza Inferjuri9 Għas-sentenza Rigward l-aħħar żewġ paragrafi ta’ din il-mistoqsija, skond l-arranġamenti u assenjazzjonijiet tal-President ta’ Malta pubblikati fid-29 ta’ Jannar 2007, dawn ta’ hawn fuq, kif ukoll ir-rikorsi msemmija, irid jieħu konjizzjoni tagħhom l-imsemmi Maġistrat.

Mtarfa Bypass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24671 u jara li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta' Mtarfa bypass jingħalqu minnufih għax huma ta' periklu kbir għal kull min jgħaddi minn din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Investisgazzjoni dwar persuna

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24667, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza mibgħuta minn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-OPM lill-ministeru fuq dan il-każ wara li saret it-twiddiba lill-persuna konċernata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li għall-istess raġunijiet li tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24667, mhux fl-interess pubbliku li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-korrispondenza mitluba.

MEPA — Applikazzjoni għal parking

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex wara s-sottomissjonijiet ta' l-enti kkonsultati mill-MEPA permezz ta' ittra datata 19 ta' Frar 2007 fir-rigward ta' applikazzjoni PA5484/03 li tirrigwarda l-parking tal-kattidral (imwiegħed mill-Prim Ministru preżenti permezz ta' ittra datata l-1 ta' Settembru 1998), it-terms of reference ġew riveduti u kuntrarju għal dak li s-soltu jsir se jerġgħu jittellgħu għall-attenzjoni tal-kumitat eżekuttiv fi ħdan il-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija l-proċedura standard li t-termini ta’ referenza għall-Istudju ta' l-Impatt Ambjentali (EIA) jiġu ffinalizzati wara l-proċess ta' konsultazzjoni kif titlob il-liġi. Fil-laqgħa tat-23 ta' Novembru 2006, il-Bord ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kien ta struzzjonijiet li t-termini ta’ referenza għal dan il-proġett għandhom jiġu approvati mill-Kumitat Esekuttiv qabel ma dawn jiġu kkommunikati lill-perit. Kien għalhekk li f'dan il-każ se tiġi adottata din il-proċedura.

Mtarfa bypass — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24665 u jara li tiddawwal il-bypass ta' l-Imtarfa issa li fl-aħħar jidher li x-xogħol fuq din it-triq se jitlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT qegħda f’taħdidiet ma' l-Enemalta biex tiddawwal din it-triq peress li x-xogħlijiet ta' pajpijiet biex ikun hemm is-supply sar mal-proġett tal-bini tat-triq.

Lukanda Excelsior

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu art pubblika ġiet użata għall-bini tal-lukanda Excelsior? Il-foreshore taħt il-lukanda Excelsior hi pubblika?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji ta' tlett kuntratti li permezz tagħhom l-art fejn hemm il-lukanda Excelsior ingħatat b'ċens temporanju li jagħlaq fid-29/02/2116. Minn dawn il-kuntratti jirriżulta li l-art mogħtija b'ċens twassal sal-baħar.

Sptar Mater Dei — Direct Order ta' l-IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-aħħar sena ingħatax xi direct order relatat ma' l-IT tal-Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, liema kumpannija ngħatat dan id-direct order u liema parti tas-servizzi fl-isptar se jkunu moqdija b'dan id-direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Ħsarat bil-maltemp

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar ġimgħa jekk sarux xi ħsarat fl-Isptar Mater Dei riżultat tal-maltemp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax illi fil-ġimgħa msemmija saru xi ħsarat f’Mater Dei riżultat tal-maltemp.

San Pawl il-Baħar — Water culvert

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir culvertgħall-ilma tax-xita fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv dan il-culvertgħandu l-permess tal-MEPA? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi r-rotta ta' dan il-culvert?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.