Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġetti għall-iżvilupp ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta matul l-2005 mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fuq proġetti sabiex tiġi riabilitata s-sistema tal-gżejjer tagħna għal Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24314.

Dipartiment tal-VAT

Question

Fil-preżent, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont f'ċifra ta' flus li d-dipartiment tal-VAT għandu jiġbor mill-kumpanniji, self-employed, etc.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa dovuta lil dan id-Dipartiment fis-6 ta’ Marzu 2007 bħala VAT not in dispute kienet tammonta għal Lm6,509,447.23. Hemm ammont ieħor ta’ taxxa li hija kontestata jew quddiem il-Bord ta’ l-Appelli jew fil-Qrati ta’ l-Appell. Dan jammonta għal Lm13,215,473.74.

Dipartiment tal-VAT

Question

Fil-preżent, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont f'ċifra ta' flus li qed tiġi kontesta mill-kumpanniji, self-employed, etc. bħala eżenzjoni jew kontra l-VAT mitluba in kwestjoni tal-prospett tad-dipartiment tal-VAT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ flus li qed jiġi kkontestat mill-kumpaniji, self-employed, etc kontra l-VAT mitluba in kwestjoni permezz ta’ audit assessments maħruġa mid-Dipartiment tal-VAT huwa ta’ Lm13,215,473.74.

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus f'ċifra globali li d-dipartiment tat-taxxi daħħal f'taxxi abbażi ta' agreement ta' arretrati ta' taxxi dovuti mit-taxpayer lokali matul l-2006? Jista' jagħti breakdown taċ-ċifra ta' kumpanniji u individwi separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ taxxa globali li nġabret matul is-sena 2006 abbażi ta’ ‘agreements’ fuq arretrati ta’ taxxa hu kif ġej: Individwi Lm1,071,805 Kumpaniji Lm 233,432

Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions

Question

Fil-preżent, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.? Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra

Servizzi pubbliku — Reliġjużi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta reliġjużi mpjegati fis-Servizz Pubbliku jew f'korpi/enti oħra tal-Gvern? X'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reliġjużi impjegati fis-Servizz Pubbliku u f’entitajiet oħra tal-Gvern hu ta’ 24. Dettalji ta’ fejn qegħdin u tax-xogħol li qed jagħmlu, jinsabu fuq il-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #24476 Sitting 513 2007-04-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Qasam Industrijali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Malta Industrial Parks rispettivament f'dan il-qasam kull sena mill-2004 sal-2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fis-snin 2004 u 2005 sar upgrading tal-bini tal-fabbrika GGX 005B mill Ministeru għal Għawdex. Dwatr il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, peress li l-Qasam Industrijali tax-Xewkija huwa amministrat mill-Malta Industrial Parks nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Minisitru konċernat.
Leg 10 PQ #24480 Sitting 513 2007-04-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trattament tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa biex jiġi prokurat l-apparat/makkinarju għall-proġett tat-trattament tad-drenaġġ? Meta mistenni li jkun ikkummissjonat dan l-apparat/makkinarju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-akkwist u l-istallazjoni tal-apparat u makkinarju meħtieġ fl-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex jagħmel parti mit-tender globali għal dan il-proġett u għalhekk jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-kuntrattur li rebaħ dan it-tender. Dan l-apparat għandu jkun kummissjonat flimkien mal-kumplament tal-impjant fi tmiem il-fażi ta’ kostruzzjoni tal-proġett.
Leg 10 PQ #24481 Sitting 513 2007-04-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Sekondarja Subien — Parkeġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn se jkun/u d-dħul għall-parkeġġ tal-proġett tal-bini mill-ġdid ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat? Jekk il-parkeġġ hux se jkun immexxi mill-privat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-bini mill-ġdid ta’ l-iskola Ninu Cremona huwa proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools (FTS) nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.

Ksur tal-Liġi — Copyright

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mressqa l-qorti fuq ksur tal-liġi tal-copyright matul is-sena 2006?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fid-Diviżjoni għall-Kummerċ m'għandiex ir-responsabilita jew l-awtorita taħt il-liġi (KAP 415) li tressaq persuni l-Qorti fuq ksur tal-liġi tal-copyright. Persuna tista titressaq il-Qorti fuq ksur tal-liġi tal-copyright jew minn persuna oħra li tħoss li nkisser id-dritt tal-copyright tagħha jew mill-Pulizija bħala att kriminali.

Reġistrar ta' Pleasure boats

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati pleasure boats matul is-sena 2006, u jgħid ta' liema tul kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta’ pleasure boats reġistrati matul is-sena 2006 mill-Awtorita’ Marittima huwa kif ġej: Pleasure Boats reġistrati taħt l-Small Ships Register Taħt l-4m 164 4m – 6m 136 6m – 8m 14 Aktar minn 8m 4 Total 318 Pleasure Boats reġistrati taħt l-Bandiera Maltija 6m – 10m 97 10m – 16m 77 16m – 20m 20 Aktar minn 20m 34 Total 228

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23555.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment hux qed jikkonsidra l-possibilta' li mediċini over the counter jibdew jinbiegħu minn outlets oltre spiżeriji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Att dwar il-Mediċini, 2003 jispeċifika li prodotti mediċinali jinbigħu biss minn spiżeriji. Id-Dipartiment tas-Saħħa mhux qiegħed jikkunsidra pożizzjonijiet oltre minn din.

Servizz ta' taxi/buses/karozzini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-qasam tat-taxi (bojod), hearses, karrozzini u mini buses (ħomor) hux se jiġi liberalizzat? U jekk iva, meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li għalissa ma hemm l'ebda deċiżjoni li xi settur minn dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jkun liberallizzat.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ikliet/hospitality

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23294 u jgħid: matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-entikollha li jaqgħu taħtu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.