Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallsu VAT il-kunsilli lokali kollha ta' Malta u t'Għawdex, kunsill b'kunsill mill-1995 meta ġiet introdotta l-VAT sa Marzu, 2007 sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba peress li d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 56 ta’ l-Att Dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud jipprekludu dan minħabba s-Segretezza Uffiċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta' Kindergarten Assistants u jekk fl-affermattiv, x'inhu l-ammont sabiex taqdi l-ħtiġijiet li għandha d-diviżjoni llum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni ta' Supply Kindergarten Assistants.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-diviżjoni tagħmel sejħa għall-Kindergarten Assistants regolari minflok sejħiet għal dawk supply?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sejħiet għall-Kindergarten Assistants regolari jsiru meta jinħass il-ħtieġa li jkun hemm bzonn sejħiet ta' din ix-xorta. Informat li billi r-rata tat-twelid hi dik li hi, għad m'hemmx il-ħtieġa li toħroġ sejħa għall-Kindergarten Assistants regolari.
Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mis-security personnel li hemm ma' l-Isptar San Luqa meta ssir l-imigrazzjoni għal Isptar Mater Dei? Jista' jagħti garanzija li l-kundizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema ser jibqgħu bla mittiefsa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-Security Personnel li qegħdin jagħtu servizz fl-isptar San Luqa jiġu assenjati xogħol fejn l-aktar ikun hemm bżonn tas-servizz tagħhom, taħt il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jkunu joperaw fis-servizz fejn jiġu assenjati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?
Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?
Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?
Tista' l-Ministru tgħid meta l-Awtorita' tad-Djar beħsiebha toħroġ sejħa oħra għal djar taħt l-iskema ta' shared ownership u kemm se jkun l-ammont ta' units li se jinħarġu bl-offerta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li għad ma ġietx stabbilita data għal ħruġ ta' sejħa oħra taħt l-iskema ta' Shared Ownership.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-ilment tal-koppja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għamlet talba għall-benefiċċju taċ-children's allowance diversi ġimgħat ilu u sal-lum għadha ma bdiet tirċievi l-ebda għajnuna finanzjarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?
Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?
Tista' tgħid jekk l-uffiċjali intitolai għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, tista' tgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?
Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?
Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
B'riferenza ghall-mistoqsija parlamentari 24463, jista’ l-Ministru jgħid kemm matul din is-sena skolastika saru spezzjonijiet fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti minn uffiċjali tad-dipartiment sabiex jiżguraw li m’hemmx ikel u xorb li jista’ jkun ħażin għas-saħħa ta' l-istudenti minħabba li skond it-tweġiba ntqal li ma sarux rapporti dwar dan? Dan ifisser li d-diviżjoni timxi biss fuq rapporti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma wasalx fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma sarux tiswijiet fis-sistema tad-drenaġġ tar-residenti li joqogħdu fi Triq Ċensu Busuttil il-Fgura? Peress li r-residenti li joqogħdu fi Triq ir-Rihan ilhom għal dawn l-aħħar tlett snin ibatu l-konsegwenzi ta' dawn il-ħsarat minħabba li d-drenaġġ qed ifur fil-bjar tad-djar tagħhom, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol biex tissewwa l-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Maltin li marru jaħdmu f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea minn meta pajjiżna ssieħeb fl-1 ta' Mejju 2004? Jista' jgħid kemm kien hemm ċittadini Ewropej li ġew jaħdmu f'Malta mid-data li pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24356 u jinformani kemm waqa' lura l-proġett tal-MIDI, vis-a-vis il-kuntratt li l-klabb ta' Tas-Sliema għandu mal-gvern, biex jerġa' jieħu pussess tal-ground? Jista' jara l-possibbilta' li l-grounds ta' l-Universita' li jinsabu fi stat ħażin ħafna kawża tad-dewmien, jiġu rranġati kemm għat-tfal ta' Tas-Sliema kif ukoll għal studenti universitarji?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidju sena b'sena bejn l-1966 u l-2006? Jista' jindika kemm minn dawn kienu barranin kif ukoll in-numru ta' nisa u rġiel u kemm minnhom kienu adoloxxenti taħt it-18-il sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li titranġa s-sitwazzjoni ta' min qed jikri lil terzi u dawn it-terzi jmorru r-residenza San Vincenz de Paule bir-riżultat li d-dar tkun vojta? Tista' id-dar terġa' iddur fuq is-sid proprja, ġaladarba dawn in-nies issa għandhom akkomodazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li każijiet bħal dawn jiġu deċiżi mit-Tribunal tal-Kera skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mainl-antik tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon f'Ħal-Luqa hux se jinbidel filwaqt li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq il-bdil tal-kanen ta' l-ilma milll-kunsill lokali u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma peress li din it-triq se tingħata t-tarmac mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol minħabba li riċentement reġa' kien hemm żbroff tad-drenaġġ fid-djar tar-residenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jirreferi il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 23373, jista' l-Ministru jikkonferma huwiex jgħid li jekk xi ħadd, hu min hu, jitqabbad minn sponsor barra mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, jista' jibda jagħti l-lezzjonijiet fl-iskejjel tal-gvern anke jekk dan l-individwu m'għandux kwalifiki? F'dak il-każ, x'valur għandu l-warrantta' l-għalliema? Peress li l-Ministru sejjaħ dan l-esperiment suċċess, jista' jgħid fuq liema kriterji sejjaħlu suċċess? Jista' jikkonferma jekk dan huwiex l-ewwel pass lejn il-privatizzazzjoni ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna, fejn enti privati jiddeċiedu huma min jgħallem u min ma jgħallimx fl-iskejjel tagħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma nifhimx jekk l-aħħar mistoqsija ta' l-Onor. Membru timplikax li l-Oppozizzjoni hi kontra l-iskejjel privati u tal-Knisja li ilhom snin twal jagħtu servizzi edukattivi f'pajjizna.
Għall-bqija tal-Mistoqsijiet irrid ngħid li filwaqt li għat-tagħlim kollu formali fl-iskejjel l-għalliema jeħtieġu warrant, hemm ħafna attivitajiet edukattivi, inkluz drama, li jistgħu jsiru b'mod effettiv minn persuni kwalifikati u ta' esperjenza. Fi proċess ta' tagħlim tul il-ħajja f'kull komunita' dawn il-programmi huma meħtieġa u validi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta matul l-2006 mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fuq proġetti sabiex tiġi riabilitata s-sistema tal-gżejjer tagħna għal Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun ċar fid-domanda tiegħu u jispjega x’informazzjoni qiegħed jistenna.