Legislature:
Category:
Reset
Active:

EUPA

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 29094, jista’ l-Ministru jgħid xi jfisser meta qed jgħid li ġie 'detailed' is-Sur Mauro Pace Parascandolo? B’dan qed ifisser li ma saret l-ebda sejħa għal dan il-post, imma ġie magħżul direttament mill-Ministru għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid x’kien ix-xogħol tas-Sur Pace Parascandolo qabel ma ġie ‘detailed’ għal dan ix-xogħol? Kemm qed jitħallas fil-preżent u kemm kien qed jitħallas fix-xogħol li kellu qabel? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-allowance u l-perkaċċi l-oħra li ġew mogħtija lilu minħabba l-pożizzjoni li ġie magħżul għaliha?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-detailing huwa proċess amministrattiv li bih uffiċjal pubbliku jiġi assoċjat xogħol li jkun jeħtieġ fis-servizz. Informat li s-Sur Mauro Pace Parascandolo hu għalliem bill-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-għalliema. Bħala Natioanl Co-ordinator ta' l-EUPA, is-Sur Pace Parascandolo qiegħed fuq skala 5. Fil-kuntratt ma hemmx fringe benefits u dan l-uffiċjal tilef il-vakanzi kollha ta' għalliem u hu suġġett għall-ġranet u ħinijiet ta' xogħol bħall-uffiċjal pubbliku fis-servizz ġenerali. Informat ukoll li d-differenza bejn il-salarju ta' grad sostantiv u s-salarju fil-pożizzjoni jitħallas bħala allowance mhux pensjonabbli.

Studenti li ma jattendux skola

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28899 dwar studenti li m'attendewx skola sa mill-bidu ta' din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'din is-sena skolastika kien hemm 299 każ ta' studenti li għamlu xi tip ta' trasferiment. Pereżempju kien hemm minn għamel proċedura normali minn skola għal oħra, min emigra jew min beda xi skola post-sekondarja oħra. Informat ukoll li kien hemm 72 każ ieħor li ma attendewx skola u li bagħtu ċertifikat mediku. Kien hemm każijiet ukoll fejn intbagħat avviż taċ-ċitazzjoni. Informat li kien hemm ukoll 101 każijiet fejn l-istudenti ma kienux koperti b'ċertifikat mediku. F'kull każ ittieħdu l-proċeduri kollha neċessarji. Kien hemm min ġie riferut lill-SSWC, saru laqgħat mall-Guidance u l-Councellors ma' diversi ġenituri u studenti, ġiet informata s-Social Welfare tad-Dipartiment u f'każijiet oħra ġew irrapurtati lill-SEWO.

Għalliema ta' l-IT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28901 dwar nuqqas ta' għalliema ta' IT fil-livell intermedju fil-Junior College?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-1 ta' Ottubru 2007, wieħed mill-għalliema tal-Computing/I.T. ġie impjegat post ieħor. Ħarġet applikazzjoni għal post fil-Computing/I.T. fil-5 ta' Ottubru 2007, u saru l-intervisti fit-30 ta' Ottubru 2007. Sadanittant irrizenja għalliem ieħor ta' l-I.T./Computing. Il-persuna li ġiet l-ewwel fl-interviews irrifjutat il-ħatra u z-zewġ persuni li ġew wara fil-lista ta' dawk li ġew magħzula kienu offruti l-post. Hemm perjodu ta' notice li wieħed ikollu jagħti qabel ma jieħu l-ħatra l-ġdida.

Resource/Book Production Unit

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 29097, jista’ l-Ministru jgħid fuqhiex kien ibbażat dan il-parir li qed jirreferi għalih fit-tweġiba msemmija u min kien li ta dan il-parir? Kemm huwa stmat li se jiġi ffrankat, jekk il-każ huwa hekk, billi dan il-unit ġie żarmat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemmx wieħed x'iżid mat-tweġiba mogħtija.

Qormi — Luqa Road

Question

Jista' l-Ministru jara li t-tappiera li hemm quddiem Belfiore Hse, Luqa Rd, Qormi tiġi rranġata minħabba l-inkonvenjent kontinwu li qed toħloq lir-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-ADT ser tkun qed tqabbad kuntrattur sabiex jirranġa numru ta’ tappieri f’Hal-Qormi inkluż dik imsemmija.

Freeport zone — Biċċa art

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari W435, jista’ l-Ministru jgħid meta se tittieħed deċiżjoni minħabba li issa għaddew numru ta’ snin?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru W 436, ninforma lill-Onor. Membru li f'dan l-istadju m'għandiex xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru W 435.

Hal Far

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27334 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'possibilta' hemm li l-post ġewwa Hal Far fl-akwati fejn jinżammu t-tlielaq tal-kwart ta' mil tal-karozzi sa ħdejn il-fabbrika Brandt tiġi mdawla aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27848.

Hal Far

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27334 u 27581 u jgħid x'possibilta' hemm li l-post ġewwa Hal Far fl-akwati fejn jinżammu t-tlielaq tal-kwart ta' mil tal-karozzi sa ħdejn il-fabbrika Brandt tiġi mdawla aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt il-proposta lill-Awtorità dwar it-Transport għal konsiderazzjoni tagħha.

Refużjoni tal-VAT

Question

Peress li l-applikazzjoni għar-refużjoni tal-VAT fuq energy saving appliances li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha pendenti għal diversi xhur, jista` l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-istess applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni msemmija għal ħlas lura fuq energy saving appliance sar. Fil-fatt il-pagagment ġie msarraf mill-individwu fit-13 ta’ Novembru li għadda.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi minn Jannar ta’ din is-sena fil-Ministeru ghar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu kien hemm sitt(6) impjegati li għalqu il-61 sena li d-dettalji tagħhom huma kif jidhru hawn: Adviser – Transport Unit fi ħdan il-Ministeru fuq bażi part-time, għandu salarju ta’ Lm6,878 fis-sena u joqgħod fid-9 Distrett; Adviser - fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru fuq bażi part-time, għandu salarju ta’ Lm4,242 fis-sena u joqgħod fil-11 il-Distrett; 2 Secretariat Messengers - fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru fuq bażi part-time, għandhom salarju ta’ Lm2,326 fis-sena u joqgħodu fil-5 Distrett; Chief Executive Officer – ma’ l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi fuq bażi full-time, għandu salarju ta’ Lm14,507 fis-sena u joqgħod fil-11 il-Distrett; Clerk – ma’ l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi fuq bażi part-time, għandha Lm2,625 fis-sena u toqgħod fil-11 il-Distrett

Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq petrol ta’ l-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu separatament minn Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru u l-uffiċjali li huma ntitolati għal petrol imħallas mill-gvern fl-istess perijodu huma kif qed jidher hawn taħt:- TOTAL SA SETTEMBRU 2007 Ministru 1,050.2 Kap tas-Segretarjat Privat 269.83 Segretarju Privat tal-Ministru 603.43 Segretarju Permanenti 595.02 Direttur Ġenerali, Taqsima tas-Servizzi 410.43 Direttur Ġenerali, Taqsima tax-Xogħlijiet 432.44 Direttur, Dipartiment tal- Financial Management 545.25 Direttur, Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni 536.58 Direttur, Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija 288.65 Direttur, Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi 428.88 Direttur, Dipartiment għat-Tfittxija taż-Żejt 537 Direttur, Dipartiment ta’ l- EU Affairs 105.77 Direttur , PMSS 419.13 Direttur, Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif 546.68 Ko-ordinatur Eżekuttiv għall-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni 292.72 TOTAL SA SETTEMBRU 2007 Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi Chairman 408.65 CEO 450 Director (Water) 687.65 Director (Energy) 432.10 Analyst II 356 Analyst II 381 Analyst II 325 Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini Chairman 550.18 Segretarju Eżekuttiv 419.02

Nefqa fuq servizzi ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba parlamentari Nru.26172 tal-24 ta’ Ottubru, 2007.

Nefqa fuq is-servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tan-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura minn Jannar ta’ din is-sena separatament uffiċjal b’uffiċjal u xahar b’xahar kif ukoll l-ISP f’kull każ.

Ħlas ta' taxxa żejda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tingħata lura t-taxxa żejda li tħallset mill-kumpanija, li isimha qed jintbagħat separatament, u li għandha tieħu lura s-somma li teċċedi 'l fuq minn Lm5,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29122.

Karozzi wżati — Importazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi wżati sena b’sena matul l-aħħar ħames snin u kemm minnhom ġew mogħtija permess mid-dwana sabiex ma jħallsux dazju almenu għal xi żmien wara l-importazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-karozzi li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea biss huma suġġetti għad-dikjarazzjoni tad-dwana u għal ħlas ta’ dazju kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fuljett dwar il-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-fuljett dwar il-budget li tqassam fid-djar t'Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet? Jista' jgħid fejn sar l-istampar u jekk ix-xogħol ngħatax b'offerta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż relatati mal-pubblikazzjoni tal-fuljett dwar il-baġit li tqassam fid-djar t’Għawdex huma mniżżla hawn taħt: Disinn Lm1,000 Stampar Lm1,082 L-istampar sar mill-Istamperija tal-Gvern u għalhekk ix-xogħol ma ngħatax b’offerta.