Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjana minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tibbenefika mill-inizjattiva care and repairminħabba li s-soqfa tal-fond tagħha huma f'kondizzjoni ħażina?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qrib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Awtorita' tad-Djar — Bejgħ ta' proprjeta' ġdida

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlet flus l-Awtorita' tad-Djar, mill-bejgħ tal-proprjeta' tal-postijiet ġodda ta' l-istess awtorita', sena b'sena mis-sena 2000 s'issa? Kemm hu n-numru ta' units ta' kull sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Qorti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga allegazzjonijiet li wasluli li meta ċerti nies ġieli marru jħallsu fl-uffiċċju tar-reġistratur tal-qorti mhux dejjem ingħataw riċevuta, anke meta speċifikament talbu li tingħatalhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma joħorġu l-ebda irċevuti mill-uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali li mhix funzjoni tiegħu li jirċievi xi ħlas, pero' għal ħlasijiet li jsiru fir-Reġistru Ċivili toħroġ irċevuta mal-pagament.

Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta għamlet outsourcing ta' ċertu xogħol fil-qasam ta' l-IT fix-xhur li għaddew? Dan kemm ġie jiswa? Jista' jikkonferma li dan il-kuntratt ingħata lill-kumpannija SITA aktar minn sena ilu? Liema kumpanniji oħra ġew ikkonsidrati qabel saret din l-għażla? Jista' jikkonferma jekk SITA ħadux kuntratti simili li kienu jinkludu networking, infrastructure, desktop work u applications qabel ġew magħżula għal dan il-kuntratt? X'kienu l-problemi li nqalgħu ma' SITA riċentement fl-esekuzzjoni ta' dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorita' tad-djar — Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tara li titmexxa stima tal-perit dwar kemm se jieħu sussidju mill-awtorita' tad-djar il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jiġi nformat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, permezz ta' ittra datata 28 ta' Marzu 2007, l-Awtorita' tad-Djar infurmat lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bix-xogħlijiet approvati u l-istima tas-sussidju. Ninsab infurmata wkoll li l-ammont tas-sussidju dovut jiġi determinat wara li ssir il-verifika tal-means test.

MEPA — Refused permit

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 24290, jista' l-Ministru jikkonferma jekk ħariġx xi permess f'dawn l-aħħar ġranet? Jista' jara li l-linja ta' żvilupp tonqos peress li hija qrib it-tempju u din il-mistoqsija qed issir minħabba numru ta' ilmenti li qed jidħlu regolarment? Tista' tingħata spjegazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu diskussi mill-Bord għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp fl-1 ta’ Marzu 2007. Il-Bord ma sabx oġġezzjoni għall-proposti ta' żvilupp wara li kellu kjarifika mill-Integrated Heritage Management (IHM) fuq dawn l-applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet ġew diferiti biex ikunu kkunsidrati l-pjanti min-naħa tas-saħħa pubblika skond ir-regolamenti eżistenti tas-saħħa pubblika u biex tkun ikkalkulata l-garanzija bankarja. Dwar ir-referenza għal linja ta' żvilupp, nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku.
Leg 10 PQ #24812 Sitting 515 2007-04-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24522, tista' l-Ministru tgħid fiex waslu t-testijiet imsemmija? Jekk tlestew, tista' tgħid x'irriżulta minnhom? Jekk ma tlestewx, meta se jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It-Testijiet imsemmija f'Mistoqsija Parlamentari Numru 24522 għadhom għaddejjin. Dawn jiddependu fuq numru ta' fatturi fosthom kundizzjonijiet atmosferiċi differenti li taħthom iridu jsiru it-testijiet u għaldaqstant nassigura lill-Onorevolli Nterpellant li dawn it-testijiet ser jitlestew fl-iqsar żmien possibli.

Swieqi — Triq il-Qasam - zebra crossing

Question

Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra li tagħmel zebra crossing fi Triq il-Qasam, Swieqi ftit qabel l-ispiżerija qrib ir-residenza numru 74 minħabba anzjani fl-akwati bi problemi ta' saħħa li jkunu jridu jaqsmu din it-triq traffikuża min-naħa għall-oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta’ l-Awtorita dwar it-Trasport irriżulta li mhux rakkommandabbli li jsir Pedestrian Crossing qrib ir-residenza ta’ numru 74 fi Triq il-Qasam minħabba li :- · M'hemmx biżżejjed viżibilita għal vetturi li ġejjin min naħa tas-Swieqi minħabba l-kisra fit-triq u l- gradient . · Hemm zebra crossing eżistenti f’distanza ta’ 93metru bogħod mill-post li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.

Mediċina Travatan

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-mediċina Travatan ilha out of stock mill-isptar u miċ-ċentri tas-saħħa għal diversi xhur? Meta mistennija li tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biex ma jkollhomx ikomplu jixtruha minn buthom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 24824, id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jixtieq javża li n-nuqqas kien wieħed temporanju sakemm waslet il-konsinna li kien imiss. Issa tqassmet u tista' tinġabar mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa u l-isptarijiet tal-Gvern.

Membri ta' l-Armata — Ftehim

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex minkejja l-ftehim fl-Armata mal-Higher Authority tagħha, biex dawk il-membri fl-armata stess li ilhom anqas minn ħames snin ingaġġati ma' kellhomx jiġu rrakkomandati għall-promozzjoni, kif imbagħad fl-għoti tal-promozzjonijiet kien hemm min attwalment kien ilu anqas minn erba' snin ingaġġat u kkwalifika għall-promozzjoni? Fuq liema kriterji inbidel dan il-ftehim? Għaliex inbidel dan il-ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fl-eżerċizzju ta’ promozzjonijiet li saru dan l-aħħar, iż-żmien fis-Servizz li wieħed kien mistenni li jkollu qabel ma kellu jiġi kkunsidrat għall-promozzjoni kien ta’ mhux inqas minn sentejn u mhux ħames snin kif l-Onorevoli Interpellant iddikjarat fil-mistoqsija parlamentari. Istruzzjonijiet f’dan ir-rigward kienu nħarġu lil uffiċjali kollha li kienu obbligati jimlew l-Promotion Assessment Report li abbażi tiegħu isiru l-promozzjonijiet fl-Armata.

Armla — Paga dovuta

Question

Jista' l-Prim Ministru jara għaliex armla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minn Settembru 2006 għadha ma tħallsitx il-paga dovuta lilha? Meta se tinħareġ din il-paga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li dak kollu li kien dovut sew lil armla, li dettalji tagħha ngħataw separatament, kif ukoll lil bint l-individwu ġew diġà mħallsa.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jingħata akkomodazzjoni soċjali l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, minħabba d-diffikultajiet kbar li qed jgħixu fihom f'post iffullat peress li qed joqogħdu mal-ġenituri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi proċessata.

Luxol Ground

Question

Peress li l-ground tal-Luxol qed joħloq inkonvenjent ta' ħsejjes għar-residenti ġirien tiegħu f'Pembroke jistgħu jiġu rikkmandati li jittieħdu passi li jnaqqsu jew itaffu dawn il-ħsejjes?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sptarijiet governattivi — Xogħol ta' tapezzara

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jingħataw ix-xogħol ta' tapezzara fl-isptarijiet tal-gvern? Kemm ingħata b'xogħol, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa bdiet tagħti xogħol ta' tapezzar lill-kuntratturi mis-sena 2001. It-totali li ngħataw sena b'sena kien kif ġej: Sena Michale Grima (Lm) Godwin Ferrante (Lm) F. Danenici (Lm) David Zammit (Lm) John J. Xuereb (Lm) Pierre Conti (Lm) Ronnie Cachia (Lm) 2001 1876.99 - - - - - - 2002 4518.24 - - - - - - 2003 2737.50 - 295.00 - - - - 2004 4323.59 274.48 - 69.62 - - 1787.80 2005 2646.91 2343.48 - 102.66 100.80 190.95 1648.00 2006 716.41 - - 152.00 - 1570.00 871.20 2007 989.40 499.68 - - - 578.00 - Total 17809.04 3117.64 295.00 324.28 100.80 2338.95 4307.00

Rziezet bit-tiġieġ

Question

Fis-sena 2003 kemm kien hawn persuni liċenzjati jrabbu t-tiġieġ fl-irziezet u kemm kienu jrabbu? Illum kemm hemm li qegħdin irabbu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

F’Lulju 2004 l-irziezet liċenzjati kellhom kapaċità li jrabbu 512,638 tiġieġa tal-bajd u 1,356,722 tiġieġa tas-simna. F’Marzu 2007 l-irziezet liċenzjati għandhom kapaċità li jrabbu 532,314-il tiġieġa tal-bajd u 1,005,559 tiġieġ tas-simna.

Elderly Department — Social assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati bi grad ta' PTSA (part-time social assistants) fid-Dipartiment ta' l-Elderly? Hemm xi ħsieb li dawn isiru full-time? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li jiftħu l-applikazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' Part Time Social Assistants hu 599.

CASMA — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22773 li saret fid-19 ta' Diċembru, 2006 u li ġiet riferuta lilu fis-27 ta' Marzu, 2007, u li kienet tgħid: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-impjegati tal-CASMA li għal dawn l-aħħar tmien snin ġew mislufa lill-kumpannija Accor u llum Bariere? Jista' jgħid jekk il-gvern hux jikkontempla li jġedded il-kuntratt lill-kumpannija Barriere ma' l-għeluq tal-kuntratt għal għaxar snin milħuq mal-kumpannija Accor? Jekk il-kuntratt jiġġedded, il-gvern se jassigura li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li ġew mislufa mill-CASMA jitjiebu, wara li matul dawn l-aħħar tmien snin il-kundizzjonijiet tagħhom ġew prattikament iffriżati u l-impjegati tħallew mingħajr ftehim kollettiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li hu previst illi l-impjegati ta’ Casma Ltd li għal dawn l-aħħar snin kienu mislufa lil Dragonara Casino Ltd jibqgħu jagħtu s-servizzi tagħhom lil ta’ l-aħħar meta u jekk terġa’ tiġġedded il-konċessjoni mill-Gvern lil Dragonara Casino Ltd. Il-Gvern jikkonferma li teżisti l-possibilita’ li terġa tiġedded il-konċessjoni lil Dragonara Casino Ltd mal-egħluq tal-kuntratt preżenti. L-impjegati ta’ Casma huma koperti bil-ftehim kollettiv li ġie ffirmat fl-1999. Dan minħabba l-fatt li huma qed jikkontestaw il-validita’ tal-ftehim kollettiv li kien ġie ffirmat fl-2002 u l-każ qiegħed il-Qorti. Minkejja dan kollu, kif kienet dejjem il-prattika, l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ta’ Casma huma suġġetti għal negozjati u diskussjonijiet bejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-Management.

Kunsilli Lokali — Impjegati tal-Gvern

Question

B'referenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba parlamentari 22744 dwar jekk il-ħaddiema mpjegati tal-gvern li kienu ntbagħtu jaħdmu mal-kunsilli lokali u li kienu sussegwentement ntbagħtu ftit taż-żmien ilu jagħmlu xogħol ta' bini eċċ., f'Hal Safi għal faċilitajiet adegwati biex jiġu akkommodati l-immigranti irregolari, issa li dan ix-xogħol tlesta, jista' l-Ministru jgħid humiex se jerġgħu jintbagħtu lura mal-kunsilli lokali? Jista' jwieġeb din il-mistoqsija li ġiet riferuta lilu bħala l-Ministru kompetenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fil-preżent it-Taqsima tax-Xogħlijiet għad għandha bżonn ta’ dawn il-ħaddiema fuq id-diversi proġetti tagħha u għaldaqstant m’hemmx ħsieb li jerġgħu jintbagħtu lura mal-Kunsill Lokali.