Fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' l-imnasab, jista' l-Ministru jgħid x'għandu wieħed jagħmel biex jassigura li l-imnasab tiegħu jidhru li huma reġistrati?
Jista' jgħid sa meta hemm żmien biex l-imnasab jiġu reġistrati u x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk li jkunu jixtiequ jagħmlu xi mnasab wara li jintemm il-perijodu tar-reġistrazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 25214.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi effetwat ħlas ieħor lid-depożitanti tal-Bical u kumpanniji oħra? B'mod partikolari, jista' jara għala persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadu qatt ma tħallas lura ċenteżmu meta l-ammont li kien iddepożita, u li allura jrid jitħallas lura, huwa wieħed żgħir ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi second hand li jinxtraw minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas għar-reġistrazzjoni ta' dawn il-karozzi skond it-tipi differenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — Direttur Ġenerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki - u f'liema qasam huma - tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li qegħda tokkupa l-pożizzjoni ta' direttur ġenerali fid-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali applikaw għall-post ta' direttur ġenerali fid-diviżjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni? Jista' jgħid kull wieħed u waħda mill-applikanti xi kwalifiki u esperjenza għandhom? Jista' jgħid jekk sarx short-listing ta' dawn l-applikazzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid min ġie short-listed?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Jistgħu l-Pulizija jaraw għalfejn l-Imrieħel, in-naħa ta' Hal Qormi (ħdejn il-ħotba) hemm ħafna klieb jiġru li qed ikunu ta' periklu għan-nies li jkun hemm għaddejjin biex imorru jaħdmu fl-għelieqi tagħhom? Jistgħu jaraw ukoll li s-sid jorbot dawn il-klieb ħalli ma jdejqu lill-ħadd?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi investigat.
Ministeru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Bordijiet/Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Bordijiet/Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq — Bordijiet/Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23569.
Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bordijiet/Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Irrid niċċara li l-Bord ta' Skrutinju, mwaqqaf biex jeżamina u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar applikazzjonijiet lill-Awtorita' tad-Djar biex tixtri proprjeta għal riġenerazzjoni, bi żvista ma ġiex inkluż fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23570 li jien tajt f'Seduta Numru 495.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Lista ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tinvestiga t-talba għal sussidju fuq is-surchargetad-dawl u l-ilma tal-pensjonanti minn San Ġwann li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li nifhem li qed tiġi proċessata mid-dipartiment konċernat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Billi ninsab informat li hemm żewġ ħaddiema biss li qed jagħmlu xogħol ta' ġardinar ma' Heritage Malta, jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga għaliex dawn għadhom ma tpoġġewx fil-grad ta' ġardinar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-persuni involuti qed jagħmlu xogħol ta' qtugħ ta' ħaxix u mhux ta ġardinar. Il-qtugħ ta' ħaxix jagħmel parti mid-dmirijiet ta' general hand u mhux ta' ġardinar.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-talba ta' l-anzjan mill-Isla, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika għal skont fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ma ġietx aċċettata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali? Tista' ġentilment tara li l-ilment ta' dan l-anzjan ikun milqugħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fl-20 ta' Marzu 2007, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kien diġa nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bir-raġuni għaliex it-talba li rrefera għaliha ma setgħetx tiġi milqugħa.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, d-Dipartiment reġa nforma lil din il-persuna bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li jitwaqqaf il-Qorti tal-Proprjeta'?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-abbozz ta' liġi numru 77 li jemmenda l-Kodiċi ta' Proċedura u Organizzazzjoni Ċivili għadu fi stadju ta' kumitat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm marru postijiet tal-privat bis-subbasta, sena b'sena, fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u din is-sena s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ postijiet tal-privat li ġew illiberati wara proċedura bis-subbasta kienu kif ġej:
MaltaGħawdex
200041
2001215
200229xejn
2003293
2004368
200543xejn
2006443
2007
(sat-28/03/07)4xejn
(sas-27/03/07)