Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab f'separazzjoni u m'għandha l-ebda dħul? Jista' dan il-każ jiġi rivedut u l-persuna tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara jekk anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għall-pensjoni? Jekk le, tista' tgħid jekk hemmx xi rimedju li tħallas xi bolol biex tkun tista' tikkwalifika? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa każ dwar pensjoni ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li din qed tistenna risposta? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għalliema li jgħallmu l-Ingliż lil studenti barranin fuq bażi part-timefl-iskejjel liċenzjati apposta, jaqgħux taħt ir-regolamenti ta' għalliema part-timeli jekk jgħallmu aktar minn 15 fil-ġimgħa jkollhom id-drittijiet ta' full-timepro-rata? Jekk fl-affermattiv x'inhuma d-drittijiet tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Avviz Legali 60 ta’ l-1977 li jirregola l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ min ikun fl-impieg fi skejjel privati jikklassifika l-ħaddiema f’zewġ kategoriji:- Għalliema (Teachers); u Ħaddiema Oħrajn (Other Employees).
Dan l-avviz legali ma jiddistingwix bejn skola u oħra, dan ifisser li japplika kemm għall-iskejjel akkademiċi kif ukoll tal-lingwi, fejn l-għalliem ikun meħtieġ li jkollu l-warrant ta’ għalliem.
Sigħat tax-xogħol ta’ Għalliem huma; part-time sa 15-il siegħa fil-ġimgħa, u whole-time sa 27 siegħa fil-ġimgħa.
Sigħat tax-xogħol ta’ Ħaddiema Oħrajn huma; part-time sa 24 siegħa fil-ġimgħa, whole-time sa 44 siegħa fil-ġimgħa.
Biex part-timer ikun intitolat għall-benefiċċji kollha ta’ full-timer pro rata, ikun irid jissodisfa zewġ kundizzjonijiet kif elenkati fl-Avviz Legali 427 ta’ l-2002:-
a) ikun l-impjieg prinċipali (li minnu titħallas il-kuntribuzzjoni tas-sigurta' soċjali); u
b) jaħdem mhux inqas minn medja ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa, u f’kaz fejn il-liġi tipprovdi l-massimu tal-ħin tax-xogħol tal-ħaddiem
part-time
inqas minn 20, il-medja tkun ta’ 14-il siegha. (l-iskop ta’ din ta' l-aħħar kien biex igawdu wkoll l-għalliema fl-iskejjel u l-ħaddiema fil-manifattura ta’ gojjellerija).
Billi Villa Francija f'Ħal-Lija tħalliet lill-gvern ta' Malta biex isservi ta' residenza uffiċjali tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji hijiex se tintuża għal dan l-iskop? Jekk le, x'se jiġri mill-villa?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qamet lill-Gvern Malti l-ispiża biex Malta issieħbet fis-SIS for all? Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża biex Malta wara tissieħeb fis-SIS II?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 24051.
Malta tissieħeb fis-SISoneforall meta jkunu konklużi l-preparamenti kollha tekniċi u amministrattivi neċessarji u wara li jiġi assigurat mill-Kummissjoni Ewropea li lħaqna l-livelli stabbiliti. Kif diġa għidt fit-tweġiba hawn fuq imsemmija, ħafna mill-ispejjeż li ser jintefqu għal din is-sistema kienu xorta waħda ser jintużaw biex inkunu nistgħu ningħataw aċċess għas-SIS II.
Fl-aħħar ħames snin, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bottle shops li qabel kienu liċenzjati mid-dipartiment tal-kummerċ u li mbagħad bdew ikunu liċenzjati mill-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? X'rekwiżiti jkollu stabbiliment biex jagħmel trasferiment bħal dan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ħames snin l-Awtorita' tat-Turiżmu ma kella ebsa liċenzja ta' bottle shop peres li din il-kategorija ma teżistix. L-eqreb kategorija ta' liċenzja hi li tbiegħ xorb alkoħoliku li jrid jiġi kkunsmat fil-ħanut. Dawn it-tip ta' liċenzji li kienu joħorġu mill-Kummissarju tal-Pulizija u mhux mid-Dipartiment tal-Kummerċ, għaddew għand l-Awtorita' tat-Turiżmu fis-sena 2002.
Sabiex persuna tkun tista' topera ħanut fejn jiġi kkunsmat xorb alkoħoliku, l-Awtorita' titlob li ssir applikazzjoni ġdida ma l-istess Awtorita'.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24856 u jgħid jekk fl-aħħar sena ingħatax xi direct order relatat ma' l-IT tal-Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, liema kumpannija ngħatat dan id-direct order u liema parti tas-servizzi fl-isptar se jkunu moqdija b'dan id-direct order?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ttellgħu l-qorti taħt il-liġi tal-konsumatur mis-sena 2001 'l hawn? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-okkażjonijiet li turi n-numri ta' każi, it-tip ( taħt liema artiklu tal-liġi), kemm instabu ħatja u kemm kienet il-penali meta nstabu ħatja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 24804.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi mill-2001, li ttellgħu l-qorti għaliex kienu qed jiksru l-avviż legali 283 ta' l-2002 tal-prezzijiet (price indications)? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm kienet il-piena?
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MEPA biex issir ġustizzja ma' dawk li ġew imċaħħda mid-drittijiet tagħhom, speċjalment minħabba li tkun ingħatat informazzjoni żbaljata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar u jispeċifika d-dettalji tal-Mistoqsija tiegħu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24835 u r-risposta li ngħatajt għaliha dwar Dar Aspinall f'Ħal Tarxien, peress li ġejt mitlub nindika l-indirizz ta' din id-dar, jista' l-Viċi Prim Ministru jinnota li din tinsab fi Triq Paola, Tarxien fejn qabel kien hemm l-Għassa tal-Pulizija, sabiex tkun tista' tiġi devoluta lill-kunsill lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern il-proprjeta' li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant mhix tal-Gvern.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24906, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-programm? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' għasafar ta' l-għana li rnexxilhom jiġu mrobbija s'issa skond l-ispeċi differenti tagħhom?
Jista' jagħti indikazzjoni kemm hu l-ammont ta' għasafar li s'issa jistgħu jintefgħu fis-salvaġġ minn dan il-programm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li dan il-proġett issa wasal fit-tieni sena tiegħu. Ir-riżultati miksuba s’issa huma għas-sena li għaddiet, u għalhekk ir-riżultati huma parzjali. Ta’ min iżid li l-ispeċi jinsabu fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli u l-programm jirrikjedi dedikazzjoni u kapaċità fit-trobbija tal-għasafar kif ukoll riċerka u esperimentazzjoni, speċjalment fl-ispeċi tal-ġojjini, l-isponsuni u taż-żebbuġ.
L-Onorevoli Membru diġà ġie mistieden iżur dan il-programm.
Dan il-proġett m’huwiex maħsub biex l-għasafar li jitfaqqsu fil-magħluq jintelqu fis-selvaġġ.
Kummissjoni Ewropea — Infringements relatati mal-kaċċa
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24905, jista' l-Ministru jwieġeb id-domanda kif suppost, cioe' li jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza uffiċjali li ntbagħtet mill-Unjoni Ewropea lill-Gvern Malti dwar l-infringements relatati mal-kaċċa u l-insib?
Jista' l-Ministru jinformani jekk il-linji sofor li hemm fi Triq Alfred Gauci, San Ġiljan humiex bil-permess ta' l-ADT peress li qegħdin jagħtu fastidju kbir lir-residenti? Hemm xi tip ta' arranġament li jista' isir biex ir-residenti jkunu jistgħu jgħixu aħjar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li m'hemm l-ebda approvazzjoni għall-yellow lines li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari. It-Taqsima kienet infurmat lil Kunsill Lokali San Ġiljan li tali yellow lines m’għandhomx approvazzjoni fid-19 ta’ Jannar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-aħħar tas-sena 2007 humiex se jerġgħu jinfetħu l-liċenzji ġodda għall-insib ta' l-għasafar ta' l-għana, kif kien imwiegħed mill-Gvern Nazzjonalista f'ittri personalizzati mibgħuta lin-nassaba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li liċenzji ġodda għall-insib fuq l-għasafar tal-għana ilhom ma jingħataw sa minn Lulju 2002. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema korrispondenza qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji kif qed isir il-proċess tar-reġistrazzjoni ta' l-imnasab li tħabbret dan l-aħħar b'avviż legali u li l-gvern huwa obbligat li jagħmel skond il-ftehim li għandu ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Kumitat Ornis ħatar sotto-kumitat biex jistudja liema hu l-aħjar mod kif dawn is-siti għandhom jiġu rreġistrati. Id-dettalji jingħataw meta s-sotto-kumitat ikun għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kumitat Ornis.