Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #24853 Sitting 516 2007-04-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Operaturi turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' dawn l-operaturi turistiċi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija: lukandi (ammont ta' sodod, kategorija b'kategorija) ristoranti bars appartamenti self catering servizz ta' karozzi tal-kiri sea sports skejjel ta' l-Ingliż ċentri ta' għaddasa operaturi oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward ta' l-informazzjoni mitluba fuq servizzi ta' karozzi tal-kiri, sea sports u skejjel ta' l-Ingliż ninforma lill-Onor. interpellant li dawn il-liċenzji jinġabru minn Awtoritajiet oħra.
Leg 10 PQ #24854 Sitting 516 2007-04-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 2006 sal-lum x'tip ta' kampanji pubbliċitarji u promozzjonali saru u x'fondi nefqet fuqhom l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu f'dawn il-pajjiżi: Renju Unit Ġermanja Franza Olanda Skandinavja Spanja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma nħossx li għandha tingħata.

Kera pendenti

Question

Tista' l-Ministru tara li jsir arranġament ma' l-inkwilin, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, biex jibda jħallas il-kera pendenti li għandu ma' l-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-kera mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant hi dovuta lid-Dipartiment ta' l-Artijiet u għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Servizz tad-dawl u l-ilma — Kont pendenti

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir arranġament ma' l-inkwilin, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, biex jibda jħallas bin-nifs il-kont pendenti tad-dawl u l-ilma u hekk jerġa' jingħatalu s-servizz tad-dawl u l-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna li saret referenza għaliha għandha tagħti għall-elettriku u l-ilma konsumat f’ħames postijiet differenti. Hemm ukoll kawża fil-Qorti mibdija mill-Korporazzjoni għas-Servizz ta’ l-Ilma u li għada pendenti. Minkejja dan, jekk din il-persuna tikkuntatja s-sezzjoni tal-Credit Control tal-Korporazzjoni ikun jista jsir arrangament biex isir programm ta’ ħlas biex is-servizzi ta’ l-ilma u l-elettriku jiġu ristorati.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Mobile Phones

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħlasijiet għal kontijiet ta' mobile phones u top-up cards li saru fix-xhur indikati fil-Mistoqsija huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar ic-ceiling għandu jingħad illi dan jitqies fuq bażi annwali, u għaldaqstant huwa wara l-aħħar tas-sena li wieħed jista' jgħid jekk dan inqabiżx jew le.

Turiżmu u Kultura — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi mill-kontijiet tal-mobiles tas-sena 2007 li s'issa rċieva il-Ministeru għat Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu, kien hemm uffiċjal wieħed li qabeż il-kwota. L-uffiċjal konċernat ta spjegazzjoni u raġunijiet validi meta ġie avżat f'dan ir-rigward.

OPM — Mobile phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul ix-xhur ta’ Jannar u Marzu 2007 inxtara mobile phone wieħed għall-prezz ta’ Lm65 għall-użu uffiċjali tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, minflok ieħor li ma setax jissewwa. Fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba.

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-istaff full-time u part-time separatament tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? X’ħidma qed titwettaq matul din is-sena skolastika u fejn? Kemm ipparteċipaw studenti u ġenituri?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25004 Sitting 516 2007-04-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MCAST — Diploma in Masonry Heritage Skills

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li studenti li qed jagħmlu d-diploma in Masonry Heritage Skills fl-MCAST meta jispiċċaw dan il-kors hemmx il-possibilita` li dawn jiġu mpjegati ma’ Heritage Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi kemm is-sena li għaddiet kif ukoll din is-sena Heritage Malta sponsorjat numru ta' apprentisti minn fost l-istudenti li jkunu qed isegwu l-kors tal-MCAST imsemmi mill-Onor interpellant. Heritage Malta diġa mpjegat persuni li segwew dan il-kors u kemm-il darba tinħass il-ħtieġa bażata fuq ix-xogħol u r-riżorsi għad-diżpożizzjoni ta' din l-aġenzija, Heritage Malta lesta wkoll li żżid l-impjegati f'dan is-settur.

Special Education Budget

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ministeru jew id-divizjoni ta’ l-edukazzjoni jingħatawx rendikont tal-budget Special Education li jammonta għal Lm216,000? Jekk fl-affermattiv, jista’ ipoġġi r-rendikonti għat-tlett snin li għaddew fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ftehim ta' April ta' l-1996 id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tirrifondi 60% tal-pagi li l-Eden Foundation tħallas fit-tmexxija ta' ċerti programmi tagħha. Skond dan il-ftehim, l-Eden Foundation tibgħat rendikont tal-pagi li tkun ħallset lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Diploma in Journalism Studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li d-Diploma in Journalism Studies mhux ikkonsidrat bħal korsijiet oħra u allura ma jistgħux ikomplu għal degree, anzi jkollhom jibdew mill-ġdid? X’inhi r-raġuni għal dan u għall-fatt li credits u extra credits ma jgħoddux ukoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diploma in Journalism Studies huwa kors ta' studju li kien maħsub u mfassal bi qbil ma' l-Istitut tal-Ġurnalisti u l-Fundazzjoni Tumas Fenech. Il-kors huwa part-time matul il-ġurnata minħabba l-impenji ta' dawn it-tip ta' ħaddiema fuq ix-xogħol u jieħu sentejn. Il-kwalifiki mitluba biex persuna tagħmel Baċċellerat huma differenti, iżda min jibda l-kors li jwassal għal Baċċellerat fil-Kommunikazzjoni wara li jkun spiċċa l-kors tad-Diploma in Journalism Studies ikun eżentat li jsegwi dawk il-units komuni li jkun segwa b’suċċess fid-Diploma, skond il-provedimenti tar-Regolamenti ta’ l-Universita’.

MCAST — Diploma in Masonry Heritage Skills

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilita` li studenti li huma sponsorjati mir-restoration unit tal-works division u li qed jagħmlu Diploma in Masonry Heritage Skills fl-MCAST jiġu mpjegati ma’ l-istess unit wara li jlestu l-kors tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi kull ingaġġ ta’ ħaddiema fis-Settur Pubbliku jsir wara sejħa għall-applikazzjonijiet.

Income tax refunds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li ċekkijiet ta’ rifużjoni mill-income tax dwar studenti li jattendu skejjel privati u li normalmaent jinħarġu fuq il-missier jibdew joħorġu kemm fuq il-missier kif ukoll fuq l-omm ħalli jkunu jistgħu jissarfu minn xi ħadd minnhom u mhux bilfors mill-missier biss u dan speċjalment fejn iż-żewġ persuni jkunu qed jaħdmu u allura jħallsu t-taxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25827.

Income tax refunds

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li ċekkijiet ta’ rifużjoni mill-income tax dwar studenti li jattendu skejjel privati u li normalmaent jinħarġu fuq il-missier jibdew joħorġu kemm fuq il-missier kif ukoll fuq l-omm ħalli jkunu jistgħu jissarfu minn xi ħadd minnhom u mhux bilfors mill-missier biss u dan speċjalment fejn iż-żewġ persuni jkunu qed jaħdmu u allura jħallsu t-taxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kawzi kostituzzjonali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23835, dwar it-tul ta' żmien raġonevoli biex tinstema' u tiġi deċiża kawża, kif provdut fil-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea, dan jiddependi minn min tkun komposta l-Qorti Kostituzzjonali? Hemm xi provediment fil-liġi (speċjalment fil-kostituzzjoni) li jikkontempla dewmien eċċessiv skond kif u minn min tkun komposta l-Qorti Kostituzzjonali?

Response (BORG, TONIO)

B'referenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi ġeneralment iż-żmien li ddum kawża biex tiġi deċiża ma jiddependix minn kif tkun komposta qorti kolleġġjali, għalkemm il-komplessita' tal-każ, id-doveri ġudizzjarji l-oħra li jkollhom l-Imħallfin komponenti dik il-qorti, u ċirkostanzi oħra jistgħu jinċidu fuq dan iż-żmien. B'referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, ma hemmx disposizzjoni ta' liġi kif indikat mill-Onorevoli Interpellant.

Għajnuna minn pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid Malta kemm irċeviet għajnuna finanzjarja u għajnuna oħra mill-pajjiżi barranin kollha, kemm Ewropej u kemm m'humiex mill-1964 sal-lum u dan in forza ta' protokolli finanzjarji u kull ftehim ieħor bilaterali u kull inizjattiva oħra politika mill-gvernijiet rispettivi? Għal liema skop intużaw dawn il-fondi u ċioe' f'liema proġetti ġew applikati f'kull każ matul l-istess perijodu? Kemm irċevejna pre-accession funds mill-EU u kemm irċevejna fondi mill-2003 sa l-2006 mill-EU? Għal liema proġetti ntużaw l-istess fondi mill-EU?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Qabda ta' ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrata fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta xahar b'xahar separatament? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrat fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta bejn l-2002 u l-2007 kien kif ġej: Qabda (tunnellati) 2002 2003 2004 2005 2006 2007 Jannar 43 18 46 21 43 29 Frar 35 15 31 12 18 23 Marzu 16 38 28 31 22 37

Produzzjoni ta' bajd frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali ta' bajd frisk reġistrat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-produzzjoni lokali ta’ bajd frisk tiġi kkalkulata skond l-ammont ta’ sussidju li jingħata kull xahar lill-produtturi. Dan għaliex is-sussidju jingħata a bażi tal-produzzjoni ta’ bajd li ssir fuq ir-razzett. Din hija l-istatistika miġbura li tindika l-produzzjoni ta’ bajd (f’tużżani) matul l-ewwel tliet xhur ta’ dawn is-snin: 2007: (tinġabar sa l-aħħar t’April) 2006: 1,805,921 2005: 1,609,772 2004: 1,535,095 2003: 1,726,625 L-informazzjoni għas-sena 2007 hija ta’ Jannar u Frar biss minħabba li l-produtturi għandhom ċans sa l-aħħar ta’ April biex jirrapportaw l-informazzjoni tal-produzzjoni ta’ Marzu.

Magħlef lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ ta' magħlef lokali reġistrat matul is-sena 2006 f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tal-magħlef lokali hija f’idejn operaturi privati.