Tista' l-Ministru tinvestiga l-ilment ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li talbet għajnuna tal-mard minħabba l-kundizzjoni tagħha ta' food intolerancekif ċertifikata minn kliniċi barranin minħabba li f'Malta ma jsirx dan it-tip ta' test? Tista' tinvestiga għaliex din il-persuna ma ngħatatx l-għajnuna meta qed ikollha tgħaddi fuq dieta speċjali li qed tiswielha ħafna flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Lista' ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u entioħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli illi matul l-2005 l-aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru tiegħi kienu dawn:
Ministeru:
AIM Services Ltd Lm 507.99
MPS Ltd Lm 982.98
_______________________________________________
Total Lm 1,490.97
Forum Malta fl-Ewropa:
Executive Services Ltd Lm 260.00
Water Melon Media & Communication Lm 3,174.20
Circle Communications Lm 141.60
JP Advertising Lm 3,211.78
AIM Services Ltd Lm 228.57
________________________________________________
Total Lm 7,016.15
Fir rigward ta' l-2006, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 21396.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Lista ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u entioħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-2005 u l-2006 kienu kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn it-tabelli ma jinkludux l-aġenziji użati barra minn Malta għall-promozzjoni tat-turiżmu lejn pajjiżna.
Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Lista' ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Lista' ta' aġenziji u reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ Aġenziji ta’ Reklamar użati mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul is-snin 2005 u 2006 hija kif jidher hawn taħt:-
Sena
Isem ta’ l-Aġenzija
Ammont
Lm
Skop
2005
PBS
1,541.30
Kampanja edukattiva kontra r-rimi ta' skart illegali
Media Link Communications
1,982.40
Kampanja edukattiva kontra r-rimi ta' skart illegali
Bonaci Media Entertainment
944.00
Kampanja edukattiva kontra r-rimi ta' skart illegali
Joseph Vella
1,767.64
Misraħ TV (Kampanja edukattiva kontra r-rimi ta' skart illegali)
Sena
Isem ta’ l-Aġenzija
Ammont
Lm
Skop
2006
Cliché Media
400.00
Kampanja edukattiva kontra r-rimi ta' skart illegali
Bonaci Media Entertainment
1,888.00
Kampanja edukattiva kontra r-rimi ta' skart illegali
(Kollox Ma’ Kollox TV)
Executive Services
472.00
Artiklu favur ir-restawr tal-wirt storiku ta' pajjizna - Flimkien Magazine
Ability Publications
76.70
Kampanja edukattiva kontra r-rimi ta' skart illegali
Ebda Dipartiment jew enti li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ma għamel użu minn xi aġenzija ta’ reklamar matul is-snin 2005 u 2006.
Ministeru għal Għawdex — Lista ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu, ma għamlux uzu minn aġenziji ta' reklamar fis-sena 2005.
Rigward is-sena 2006, nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlmentari Numru 21401.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24554 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li kien ikkummissjona huwa stess bl-isem ta' Assessment of the Macro Economic Impact of the Rationalisation of Scheme Boundaries minn KPMG?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa parti minn dossier li ntuża fil-proċess biex il-Kabinett setgħa jasal għal deċiżjoni. Mhijiex prattika li l-analiżi u l-alternattivi li jkunu kkunsidrati fil-proċess tad-deċiżjoni tal-Kabinett isiru pubbliċi.
Jista' l-Ministru jara li t-telephone boxli tinsab fil-kantuniera ta' Triq il-Baħrija, Ħaż-Żabbar titneħħa minn postha jew toħroġ 'il barra, jiġifieri ma tibqax mal-ħajt ta' residenza privata, u dan minħabba inkonvenjenza kbira li qed tikkaġuna lir-residenti tal-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru tiegħi mhux responsabbli għal-xogħol fuq 'telephone boxes'.
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlet flus l-Awtorita' tad-Djar, mill-bejgħ ta' proprjeta', tal-postijiet qodma ta' l-istess awtorita', sena b'sena mis-sena 2000 s'issa? Kemm hu n-numru ta' units ta' kull sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-għassa tal-pulizija ta' Bormla mas-sidien ta' ħajt, li hu ċint li jinsab fi Triq Arkati l-Isla u jħares għal fuq ix-xatt ta' l-Isla, liema ċint jinsab f'kondizzjoni mill-aktar ħażina u għalhekk hu ta' periklu għall-persuni li jkunu għaddejjin minn taħt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post, il-ħajt imsemmi ma ġiex identifikat. Għaldaqstant, ġentilment nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar tagħrif dettaljat, preferibilment billi jindika dan il-ħajt fuq site plan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern li l-artijiet li jaqgħu taħt id-diviżjoni tal-proprjeta' tal-Gvern ikunu online? Meta hu mistenni li jibda l-proġett? Meta mistenni li jitlesta? Kemm ser jiġi jiswa?
Response (BORG, TONIO)
Huwa l-ħsieb tal-Gvern li meta jiġi attwat il-programm LEMIS jistudja l-possibilita' li ċerta informazzjoni dwar il-proprjeta' tal-Gvern titpoġġa online. Is-sejħa għall-offerti għall-proġett LEMIS għada qed tiġi valutata u għaldaqstant mhux possibli li nagħti risposta dwar meta mistenni jibda, meta sa jitlesta u kemm ser jiswa l-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ministeru tiegħu jirranġa ċ-ċint li jinsab fi Triq Arkati l-Isla, liema ċint iħares għal fuq ix-xatt ta' l-Isla u jinsab f'kondizzjoni diżastruża? Dan biex ikun eliminat kull periklu mill-aktar fis possibbli.
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħaż-Żabbar — Talba quddiem it-taqsima proprjeta' tal-gvern.
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-taqsima proprjeta' tal-gvern iwieġbu għat-talba li għamel persuna minn Ħaż-Żabbar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament rigward biċċa art?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-jiem li ġejjin it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ser twieġeb l-ittra tal-1 ta' Marzu 2007 li għamel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux arranġamenti simili għal li hemm fil-qasam ta' l-inġinerija biex studenti fl-MCAST li jispeċjalizzaw fl-informatika jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fl-istess suġġetti fl-Universita' ta' Malta? U jekk iva, x'inhi l-proċedura u x'inhuma l-kriterji applikabbli?
Response (GALEA, LOUIS)
IL-materja hi soġġett ta' diskussjonijiet bejn l-entijiet konċernati.
Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern — Delegazzjonijiet ministerjali
Question
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Viċi Prim Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjegi — Delegazzjonijiet ministerjali
Question
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru zewġ titjiriet fejn ma ntużatx l-Air Malta. Il-biljetti ġew maqtugħin mit-Tristar Travel u mill-Planit Travel li kellhom l-orħos offerta bil-prezz ta' Lm1026 u Lm2170 rispettivament.
Ministru għat-Turiżmu u Kultura — Delegazzjonijiet ministerjali
Question
Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi kien hemm vjaġġ wieħed li jammonta għal Lm592, taxxi nklużi, li nqata' mingħand Amphora Travel wara li nġiebu żewġ kwotazzjonijiet.