Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ġustizzja u l-Intern — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riżorsi u Infrastruttura — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi matul il-perjodu Jannar sa Marzu 2007, inxtraw żewġ mobile phones. Skond kif stipulat fiċ-Ċirkulari Nru. 2/2006 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi datata 28 ta’ Marzu 2006 dawn inxtraw għall-prezz ta’ Lm80–il wieħed. Dawn il-mobile phones inxtraw biex jagħmlu użu minnhom id-Direttur Ġenerali (Diviżjoni Servizzi) u d-Direttur (Servizzi ta’ l-Indafa), rispettivament.
Leg 10 PQ #24971 Sitting 518 2007-04-25 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew entitagħha qabeż is-ceilingallokat għal mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ma kien hemm l-ebda każ ta' xi uffiċċjali mill-Ministeru għal Għawdex jew minn xi dipartimenti li jaqgħu taħtu li qabeż ic-ceiling allokat għall-mobile marbut mal-pożizzjoni tieghu.
Leg 10 PQ #25036 Sitting 518 2007-04-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri jew ħaddiema tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li għandhom is-servizz ta' mobile? Min huma dawn il-ħaddiema u xi grad għandhom? Jista' jgħid f'kull każ kemm ġew il-kontijiet tagħhom f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-ħaddiema tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li għandhom is-servizz ta' mobile phone huma id-Direttur Eżekuttiv, l-erba’ Arts Executives u persuna oħra li hija responsabbli minn nies tas-sezzjoni tal-ħaddiema f’ Ħal Luqa. Il-kontijiet ta’ l-erba’ mobile phones li huma b’kuntratt huma kif ġej: Xahar Spiża globali Ottubru Lm 632.25 Novembru Lm 479.92 Dicembru Lm 258.79 Jannar Lm 457.25 Frar Lm 571.18 Marzu Lm 590.33 Il-nefqa globali ta’ żewġ mobiles li huma prepaid hija ta’ Lm105.
Leg 10 PQ #25037 Sitting 518 2007-04-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu dejn il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti minħabba li matul is-sena finanzjarja li għaddiet, jiġifieri għas-sena 2006 nefaq aktar flus milli kellu allokati fl-estimi? Jista' jgħid ukoll matul din is-sena kemm għandu flus allokati għall-attivitajiet u kemm ġew minfuqa s'issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġi — Rwol ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separament x'xogħol u xi rwol għandu vis-a-vis l-Kulleġġi? Jista' jgħid din il-persuna kemm ilu jagħmel dan ix-xogħol u fejn kien qiegħed qabel ġie fix-xogħol li għandu fil-preżent? Jista' jgħid ukoll jekk hux qed jieħu xi ħlas ieħor minbarra l-paga tiegħu bħal allowances jew ħlasijiet oħra? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm u x'inhuma dawn il-ħlasijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna msemmija, bħalissa qiegħdha tagħmel ix-xogħol bi prova ta' Precincts Officer fil-Kulleġġ San Benedittu. Din il-persuna ilha tagħmel dan ix-xogħol mis-sena 2006. Din il-persuna hija impjegata mal-kumpanija IPSL Ltd. u hija mislufa lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. Bħalissa qed tiġi diskussa r-remunerazzjoni li għandu jkollhom Precincts Officers tal-Kulleġġi.
Leg 10 PQ #25053 Sitting 518 2007-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam frisk taċ-ċanga matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-produzzjoni tal-laħam frisk taċ-ċanga matul l-ewwel tlett xhur tas-sena hija stmata li kienet ta' 109 tunnellati filwaqt li l-produzzjoni għall-isetess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin hi stmata li kienet kif ġej:- Sena Tunnellati 2002 77 2003 136 2004 90 2005 85 2006 86

Produzzjoni ta' laħam tal-fenek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam abjad tal-fenek matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tal-laħam tal-fenek hija f’idejn operaturi privati.
Leg 10 PQ #25055 Sitting 518 2007-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni tal-laħam tal-fenek

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam abjad tal-fenek matul l-ewwel tliett xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma tinżamx statistika tal-produzzjoni tal-laħam tal-fenek

Produzzjoni ta' ħalib frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il litru ta' produzzjoni ta' ħalib frisk ġie reġistrat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din il-Mistoqsija tirreferi għal informazzjoni ta’ natura kummerċjali li mhijiex etika li tingħata f’dan l-istadju.
Leg 10 PQ #25057 Sitting 518 2007-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni ta' ħalib frisk

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il litru ta' produzzjoni lokali ta' ħalib frisk ġie reġistrat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-produzzjoni ta' ħalib frisk reġistrat f'Għawdex matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2007 kienet ta' 2,963,467 litru; filwaqt li fl-istess perijodu għall-ahhar ħames snin ta' qabel hu kif gej:- Sena Litri 2002 2,720,210 2003 2,642,931 2004 2,675,852 2005 2,816,148 2006 2,935,739
Leg 10 PQ #25058 Sitting 518 2007-04-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Produzzjoni ta' bajd frisk

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali ta' bajd frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Għawdex? Tista' tipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-produzzjoni lokali ta' bajd frisk reġistrat f'Għawdex matul l-ewwel tliet xhur tas-sena kienet ta' 2,830,500 bajda; fil-waqt li l-produzzjoni ghall-istess perijodu għas-snin ta' qabel hija kif ġej:- Sena Bajd 2003 3,534,390 2004 2,409,450 2005 2,417,370 2006 2,273,820

Blue Sticker

Question

Tista' l-Ministru tara li jinħareġ il-blue sticker ta' persuna nieqsa mid-dawl li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tiġdid tal-Blue Sticker tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie approvat. Ninsab infurmata wkoll li, fiż-żmien qrib, din il-persuna ser tintalab tirritorna l-isticker li skada biex tingħata wieħed ġdid.

Irranġar ta' gallarija

Question

Tista' l-Ministru tara li tiġi rranġata gallarija ta' mara armla, li d-dettalja tagħha qed jintbagħtu separatament, għax ta' persuna oħra fl-istess flat irranġawha u tagħha baqgħet ma saritx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga.

Wied il-Għajn/Żabbar — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-drenaġġ huwiex ser jiġi estiż għal Bidni limiti ta' Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn? Jekk fl-affermattiv meta ser jibda x-xogħol peress li t-toroq huma ħżiena ħafna u ma jistgħux isiru qabel ma titlesta s-sistema tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istima għal dan ix-xogħol tad-drenaġġ hija waħda sostanzjali u mhux inkluża fl-estimi tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma għas-sena kurrenti. Il-Korporazzjoni se tinkludi din l-istima għas-sena li ġejja. Sadanittant ser isiru l-applikazzjonijiet għall-permessi meħtiega mill-MEPA biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir.

Każ ta' housing

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa każ ta' housing ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Fil-fehma tiegħi dan huwa każ ġenwin. Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant m’għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Ħaddiema mħallsin mill-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk il-ftit ħaddiema li fadal li wara li ilhom jitħallsu mill-gvern mill-1973 ġew imċaħħda mir-riorganizzazzjoni ta' l-1979, bi ftit xhur ikunu ntitolati għas-somma/kumpens u dan wara li wieħed iqis li kien hemm grupp ħaddiema (summer workers) li daħlu wara l-pijunieri, qalbu mal-gvern u kienu ħadu s-somma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara d-domanda billi jispjega x’irid ifisser b’riorganizazzjoni tal-1979, jispeċifika għal liema kategorija ta’ ħaddiema tal-Gvern qiegħed jirreferi fil-mistoqsija li ġew imċaħħda mir-riorganizazzjoni ta’ l-1979, u jiċċara għal xiex qed jirreferi eżatt meta jsemmi somma/kumpens.

Direttur ta' l-avjazzjoni ċivili — MT tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu r-Ryanair f'taxxi magħrufa bħala MT tax lid-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili mindu bdew joperaw għal u minn Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kumpanija Ryanair sal-lum għada m'għamlitx pagamenti tat-taxxa ta' tluq (departure tax) lid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili. Pero d-Dipartiment qiegħed jistenna li l-Kumpanija tgħaddi pagament fil-ġranet li ġejjin.