Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — Persuni b'pussess/traffikar ta' droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni maqbuda mill-Pulizija matul is-sena 2006 fuq każijiet ta' droga? Kemm minn dawn kienu każi ta' pussess u kemm kienu ta' traffikar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 429 persuna fuq akkużi relatati ma' pussess ta' droga u 116 persuna oħra fuq akkużi relatati ma' traffikar ta' droga.

Sptar San Luqa — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kien ix-xogħol ta' refurbishment li sar fl-Isptar San Luqa matul is-sena 2006? X'kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol ta' refurbishment li sar fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006 u l-ispiża f'kull każ huwa kif jidher hawn taħt: Is-Sala li kienet magħrufa bħala M5 ġiet refurbished u saret il-Medical Admission Unit bi spiża ta' Lm41,135.74. Din is-somma tinkludi makkinarju mediku u sodod ġodda. Xogħol ieħor ta' upgrading li sar matul is-sena jinkludi: Gynae Ward and Gynae Theatre (plastering and painting finishes) Lm250 Orthopaedic Out Patients (plastering and painting finishes) Lm500 Ante Natal Ward and Labour Ward (plastering and painting finishes) Lm430 Post Natal Ward (plastering and painting finishes) Lm645 Physiotherapy Department (plastering and painting finishes) Lm813 Occupational Therapy Department (plastering and painting finishes) Lm135 Main Kitchen (plastering and painting finishes) Lm256 Main Theatre (plastering and painting finishes) Lm493 Orthopaedic Theatre (plastering and painting finishes) Lm90 Karen Grech Theatre (plastering and painting finishes) Lm425 Security Including Rooms (plastering and painting finishes) Lm43 Disney Land Ward and Corridor (plastering and painting finishes) Lm65

AFM — Road Blocks

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-Forzi Armati matul is-sena 2006? F'liema parti ta' Malta, u kemm saru f'kull parti u x'kien ir-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li matul 2006 il-Forzi Armati ta’ Malta għamlu 130 vehicle checkpoints jew roadblocks f’diversi partijiet ta’ Malta u Għawdex. Minn dawn iċ-checkpoints irriżultaw 38 sejba ta’ sustanza perikoluża, sejba ta’ 2 snieter b’numru ta’ skrataċ u sejba u ta’ air pistol u aerosol pepper spray. Iż-żewġt isnieter instabu miċ-checkpoints li saru f’Għawdex.

MEPA — Applikazzjoni għall-briedel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni quddiem il-MEPA biex f'pajjiżna jkun hawn il-briedel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li minn tfittxija fis-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jirriżulta li mhemm l-ebda applikazzjoni għal briedel quddiem l-istess Awtorità.

Zabbar — Toroq ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ser isiru ġodda fil-lokal ta' Haz-Zabbar din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ħarġet lista ta’ toroq li ser isiru sa l-2008. Diġa’ nħarġu 2 batches f’din il-lokalita’ u l-maġġoranza tax-xogħol inbeda jew tlesta. It-toroq li fadal isiru skond il-prijoritajiet li joħorġu fil-programm ta’ xogħlijiet.

Xgħajra — Toroq ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ser isiru ġodda fil-lokal tax-Xgħajra din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT qed tħejji l-istejjem u l-ko-ordinazzjoni mal-entitajiet biex ikun jistgħu jinbdew numru ta’ toroq mill-lista ta’ toroq li jridu jsiru.

Zabbar — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew pjan li ssir Dar ta' l-Anzjani, f'Haz-Zabbar? Dan minħabba li dan l-lokal qed jikber ħafna u qed tiżdied it-talba għal dar bħal din?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li ssir Dar ta' l-Anzjani f'Ħaż-Żabbar.

Equity Scheme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw biex jibbenefikaw mill-iskema l-ġdida Equity Scheme minn meta twaqqfet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li sal-lum l-Awtorita' tad-Djar irċeviet ħmistax l-applikazzjoni taħt l-iskema l-ġdida ta' l-Equity Sharing.

Membru ta' l-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif membru fl-Armata li kien ħa aktar minn 30 ġurnata sick leave u sa 15-il ġurnata qabel l-għoti tal-promozzjonijiet kien se jidher quddiem il-bord mediku biex jiġi boarded out, mhux talli ma deherx quddiem il-Bord Mediku, talli ngħata r-rank ta' Bumbardier? Għaliex ma deherx? X'kienu l-kriterji li fuqhom ingħata l-promozzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li ma jirriżultax li xi individwu fl-Armata li ħa l-promozzjoni ta’ Bumbardier, kien imsejjaħ biex jidher quddiem Bord Mediku sa ħmistax-il ġurnata qabel ingħataw l-promozzjonijiet ta’ dan l-aħħar.

Membri ta' l-Armata — Infantary Course

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex mill-membri kollha ta' l-Armata li ħadu sehem fl-Infantary Course, membru wieħed biss ġie rikonoxxut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fl-Armata jiġu organizzati numru sostanzjali ta’ korsijiet matul is-sena. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ġentilment tissottometti aktar dettalji dwar dan il-każ.

Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq — Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu indikat il-biljettii ta’ l-ajru kollha ta’ delegazzjonijiet immexxija minni inqatgħu mill-Air Malta. Kien hemm eċċezzjoni waħda fejn kien hemm transit flight għal Dublin. F’dan il-każ il-linja ta’ l-ajru għall-vjaġġ Malta / Londra / Malta kienet l-Air Malta u l-biljett inxtara mingħand l-istess kumpanija. Il-linja ta’ l-ajru għall-vjaġġ Londra / Dublin / Londra kienet AER Lingus kif indikat mill-Air Malta. Il-biljett ta’ l-ajru inxtara minn għand Air Tours Services Co. Ltd. Il-prezz tal-biljett kien Lm72.70.

Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxiet delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, tista' tgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tagħha, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — Direct Order ta' l-IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-aħħar sena ingħatax xi direct order relatat ma' l-IT tal-Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, liema kumpannija ngħatat dan id-direct order u liema parti tas-servizzi fl-isptar se jkunu moqdija b'dan id-direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sena ngħataw direct orders għall-konsulenzi relatati ma’ IT ta’ l-iSptar Mater Dei lil dawn il-kumpaniji: Quantum Plus Gartner Ireland Ltd KPMG Dawn id-direct orders huma relatati mal-kuntratt kollu ta’ l-IT għall-iSptar Mater Dei.

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000 u 24278 cioe' rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25627.

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000 u 24278 cioe' rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

San Ġwann — Vandaliżmu

Question

Fid-dawl ta' diversi ilmenti mingħand ir-residenti ta' Triq il-Qronfol, San Ġwann dwar żgħażagħ vandali li spiss jinġabru bil-lejl fl-inħawi tar-residenzi tagħhom kif ukoll tal-pjazzetta li hemm qrib din it-triq, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsiru rondi aktar frekwenti mill-pulizija minħabba r-regolarita' li bihom qed isir dan il-ksur tal-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm dan il-ksur ta' liġi.

San Ġwann — Spezzjoni f'residenza privata

Question

Wara li riċentement saret spezzjoni minn uffiċjali tal-housing departmenttal-fond f'San Ġwann li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar ilmijiet li deħlin minn taħt it-tiling f'ċerti kmamar ta' l-appartament tagħhom, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li jittieħdu xi passi rimedjali f'dan ir-rigward?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li wara spezzjoni mill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, li kienet saret madwar sena ilu fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, kien sar rapport lit-Taqsima tat-Tmexxija tal-Proprjeta' tal-Gvern fejn din it-Taqsima ntalbet tinforma lill-inkwilin li joqgħod fl-appartament ta' fuq dak indikat biex jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa biex ma tkomplix issir ħsara. Għalhekk, dwar passi rimedjali, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Port ta' l-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li l-Malta Maritime Authority qiegħda tagħmel sejħa għat-tenders għat-tfassil ta' pjan strateġiku għall-Port ta' l-Imġarr, Għawdex f'dan l-istadju? Ma jaħsibx li dan il-pjan imissu tfassal meta nbeda jew qabel ma nbeda x-xogħol fuq il-proġett?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Ministru, permezz ta’ l-Awtorita’ Marittima, qed kontinwament jara xi żviluppi ġodda jistgħu jsiru fil-qasam tat-trasport marittimu għal Għawdex. Għaldaqstant l-Awtorita’ Marittima permezz ta’ fondi provduti mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm Interreg IIIA (Italja – Malta) ikkommisjunat feasibility study dwar servizzi ta’ transport bil-baħar bejn Malta u Sqallija li jinkludi wkoll il-Port ta’ l-Imġarr Għawdex.

Ġustizzja u l-Intern — Mobile phones

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tweġiba hi fin-negattiv.