Peress li saru lmenti minn diversi studenti tal-Fakulta' ta' l-Inġinerija dwar is-suġġett Computer Programming liema lmenti kienu dwar eżamijiet li jsiru fuq il-computers ta' l-Universita' u waqt l-eżami kien hemm breakdown tas-sistema, bil-konsegwenza li dawn l-istudenti ma setgħux ikomplu l-eżami u ġew penalizzati għax ma komplewx. Peress li din hija sitwazzjoni inġusta fil-konfront ta' dawn l-istudenti jista' l-Ministru jintervjeni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultat għal ħatra ta' chief inspector fid-Dipartiment tad-Dwana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dan ir-riżultat ġie ppubblikat fit-23 ta’ Novembru 2006 u inġieb ukoll għall-wiri fuq in-notice boards tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u tad-Dwana.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx stralċjata mir-reġistru tal-kumpanniji meta din ilha ma tiffunzjona snin twal, tant li l-aħħar darba li ġew ippreżentati xi dokumenti kien fid-29 ta' Mejju 1979?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-reġistru tal-Kumpaniji huwa operat mill-MFSA. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq in korsi ġewwa Ħal Għaxaq f'area magħrufa Ħal Millieri, jieqaf ħesrem? Jista' jgħid dawn ix-xogħlijiet meta se jerġgħu jissoktaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet jinsabu għaddejjin u mhux weqfin. Ix-xogħol kien waqaf ftit sakemm l-entitajiet ċaqalqu l-arbli tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru f'Ħ'Attard? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-toroq li saru f’Attard huma :-
Triq iż-Żraġen
Triq il-Bettija
Triq Daħlet l-Istrinġitur
p/o Triq Lorenzo Manche
Triq Żbiba
Triq Fikus
Triq Sardinella
Triq il-Larinġ
It-toroq li qed isir ix-xogħol fuqhom huma Triq P P Rubens u Triq E Cremona u dawk li fadal isir ix-xogħol fuqhom huma Triq it-Taħħan u Triq iż-Żahar.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fil-Mosta? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li dawn it-toroq saru ġewwa il-Mosta:
Triq il-Kultellazz
Triq it-Torri
Triq il-Ħuttaf
Triq Rużar Briffa
Triq Rużar Mizzi
Triq Katakombi ta' Bistra'
Triq Mons. Alan Fenech
Triq G. Mitrovich
Triq San Paċifiku
Triq Rużinjol
Bħalissa qiegħed isir xogħol f'dawn it-toroq li ġejjin:
Triq in-Naħal
Triq l-Għaddajjar
Triq iċ-Ċinju
Triq San Ġużepp
Triq Salvu Gatt
Triq il-Mitħna
Taf il-Ministru li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tgħix f'periklu imminenti peress illi s-saqaf qiegħed jaqa' fuqha?
Beħsieba l-Ministru tipprovdilha post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mhix qed tgħix fl-indirizz indikat.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-applikazzjoni tagħha qed tingħata prijorita’.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fir-Rabat? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li saret u tlestiet Triq Bir Riebu fir-Rabat, kif ukoll diversi xogħlijiet ta' major patching works fit-toroq li ġejjin:
Valletta Road
p/o Triq Borg Olivier
Triq il-Baħrija
Triq ta' L-Imtaħleb
Triq ta' Landrijiet
Triq Mużew
Wesgha tal-Mużew
Jista' l-Ministru jispjega kif il-kummissjoni nazzjonali folklor ma ngħatatx post alternattiv lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fl-ex korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma bħalma ngħataw persuni oħra li kellhom l-imħażen fl-inħawi ta' fejn sar il-parkeġġ tal-park and ride?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-imħazen milquta’ mill-proġett park and ride li fihom kien issir xogħol konness mal-Karnival kienu tlieta. F’ Portes de Bombes, fl-ex uffiċini tal-korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-ilma ġew allokati tliet taqsimiet sabiex fihom b’ mod temporanju tqiegħed l-materjal li kien hemm f’ dawn it-tlett imħażen u jitkompla xogħol relatat mal-Karnival.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru f'Ħaż-Żebbuġ? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru xogħlijiet f'dawn it-toroq :-
- Triq Ġeraldu Farrugia
- Dawret in-Niżla ta' San Pawl
- Triq Għarram
Dalwaqt jibdew xogħlijiet fi Triq l-Għeneb.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fl-Imġarr? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport din is-sena lestiet Triq George Zammit fl-Imġarr.
Il-kumplamnet tat-toroq inklużi fil-lista ta' toroq isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru jew qed isiru fl-Imtarfa? X'xogħol sar u x'fadal isir f'kull triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena tlesta x-xogħol tal-bini mill-ġdid tal-by pass tal-Imtarfa. Minbarra l-bini tat-triq ix-xogħol kien jinkludi l-bini ta' retaining wall fuq il-wied, main ġdid tad-drenaġġ, main ġdid tal-ilma u water culverts għall-ilqugħ ta' l-ilma tax-xita.
Fil-ġimgħat li ġejjin l-ADT sejra tistalla sinjali u r-road markings sabiex dan il-proġett jingħalaq. Bħalissa għaddejja wkoll il-bini mill-ġdid ta' Triq l-Imtarfa. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll it-tbaxxija ta' diversi servizz li kienu fil-wiċċ tat-triq, bini ta' bankini kif ukoll ħajt ġdid fejn din it-triq tmiss ma' playing field. Ix-xogħol fuq din it-Triq residenzjali ser jiġi jiswa' ftit aktar minn Lm60,000.
L-ADT ħarġet ukoll żewġ tenders għal xogħlijiet f'toroq madwar Chadwick Lakes. Dawn ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx minħabba li għad irid isir xi tindif minn xi entita' oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport kenitx involuta fix-xogħlijiet ta' embellishment tal-pjazza tal-Mosta? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur ta' dan il-kontribut?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li sar għall-embellishment tal-Pjazza tal-Mosta sar mill-Kunsill Lokali. L-Awtorita' tat-Trasport ikkontribwixxa parti mill-ispejjeż ta' dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport kenitx involuta fix-xogħlijiet ta' toroq li saru fil-housing estate Ta' Mliet, fil-Mosta? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur ta' dan il-kontribut?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-Housing Estate Ta' Mliet, fil-Mosta saru mill-Kunsill Lokali.
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni tad-djar kienx involut fil-proġett ta' embellishment tal-housing estate Ta' Mliet, fil-Mosta? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur ta' dan il-kontribut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, minbarra l-ispejjeż tal-periti li se jagħmel tajjeb għalihom il-Kunsill Lokali, il-proġett indikat mill-Onor. Interpellant hu finanzjat kollu mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar u mistenni jiswa madwar Lm300,000.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24913 li tagħha l-Ministru wieġeb hekk: "Ninsab informat li t-tag ta' dan it-taxi driver ġiet sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni finali mill-qorti fejn qed jinstema l-każ abbażi tar-regolament 131 (6) ta' l-MVR Liġi Sussidjarja 65.11. Fir-rigward tad-dewmien sabiex jinstama l-każ, jien informat li dan ma jaqax taħt il-kompetenza ta' l-awtorita' dwar it-trasport", jarax il-Ministru li qegħda tintuża two weights two measures meta f'każ ieħor ferm agħar minn dan it-taxi driver u nalludi għall-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jsuq taxi wkoll li dan għalkemm hemm allegazzjoni ta' każ ta' sokor waqt il-qadi ta' dmirijietu, ħalla n-nies l-art l-Imdina, meta suppost kien tour magħhom ta' sagħtejn u saħansitra ġġieled ma tnejn ta' l-awtorita' u xorta waħda wara ħamest ijiem sospensjoni, ingħata lura t-tag. Għaldaqstant jarax il-Ministru li dan huwa abbuż meta ġie preferut minn persuna li ssemma fil-mistoqsija parlamentari 24913 li dan ċertament għandu każ ferm inqas serju minn din l-istess persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'se tkun issa l-pożizzjoni ta' l-awtorita' dwar it-trasport?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-main l-antik tad-drenaġġ fi Triq Anton Falzon f'Hal Luqa hux se jinbidel filwaqt li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq il-bdil tal-kanen ta' l-ilma mill-Kunsill Lokali u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma peress li din it-triq se tingħata t-tarmac mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol minħabba li riċentement reġa' kien hemm żbroff tad-drenaġġ fid-djar tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma se tagħmel survey bis-CCTV fi Triq Anton Falzon, Luqa , it-Tnejn 30 t’April biex tiġi nvestigata l-kundizzjoni tal-main
In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24923 li t-Triq Dun Gennaro Camilleri mhix sqaq, tinfed minn Triq il-Kbira min-naħa u għal carpark u l-hotel Victoria min-naħa l-oħra, u ġaladarba mhix proprjeta' tal-gvern u dawn il-bollards ġew imwaħħla bla permess, jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu passi biex dawn il-bollards jitneħħew minnufih, u r-residenti jkollhom is-serħan tal-moħħ li meta jkollhom bżonn ta' emerġenza, dan l-impediment ma jibqax hemm?
Response (BORG, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24923 li tgħid illi t-trejqa Dun Gennaro Camilleri hija sqaq li ma jinfidx u m'hijiex proprjeta' tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju li s-sistema preżenti tippermetti li prodotti tal-filugranu u tal-fidda manifatturati barra minn Malta jingħataw boll lokalment u jinbiegħu daqs li kieku huma prodotti lokali? X'jista' jagħmel il-gvern biex ineħħi dan ir-riskju ta' kompetizzjoni inġusta kontra l-artiġjanat lokali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-sistema kif jingħata l-boll (hallmarking) fuq prodotti tal-filugranu, taqa' taħt il-kompetenza tal-konslu tad-Deheb u Fidda fid-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty li jifforma parti mill-Ministeru tal-Finanzi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħi lill-ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk anzjani li għandhom il-Karta Anzjan humiex intitolati għal xi roħs fuq it-telefon? Jekk iva, x'għandhom jagħmlu biex igawdu minn dan ir-roħs?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-roħs fuq il-kera tat-telephone (Maltacom) huwa dovut biss lil dawk l-anzjani li għandhom il-karta anzjan flimkien mal-karta r-roża valida (i.e. trid tkun imġedda). Dawn jistgħu japplikaw għal servizz billi jmorru fiċ-Ċentru tal-Customer Care l-Belt (Ċentru Servizz Anzjani), mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jew Kunsill Lokali tal-lokal, bl-internet billi jidħlu fis-sit tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' fis-servizz tar-Rebates, jew inkella bil-posta.